Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480
Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 | illum Sports 31 Malta tospita l-Kampjonati Ewropej tat-Third League tal-Atletika MATUL dan tmiem il-ġimgħa Malta qed tospita l-Kampjonati Ewropej tat-Third League tal- Atletika. Id-dettalji tħabbru matul konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-jiem li għaddew fil-Kwartieri Ġenerali tal-Malta Amateur Athletics Association (MAAA) fil- preżenza tal-Onorevoli Dr Clifton Grima, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u l-Isport, atleti u uffiċjali. Il-President tal-MAAA, is-Sur Edwin Attard ħabbar li madwar 300 atleta u uffiċjali barranin ser jkunu f 'Malta għal din il- kompetizzjoni. Dan se jkun ir-raba' avveniment Ewropew tal-Atletika li se jkun ospitat f 'Malta. Fl-2004 Malta ospitat European Throwing Challenge, il-Kampjonati Ewropej tat-Third League tal-Atletika fl-2010 u l-Kampjonati tal-Istati Żgħar tal- Ewropa fl-2016. Il-Kampjonati ta' din is-sena ser jospitaw l-AASSE (Liechtenstein, San Marino u Ġibiltà), Andorra, Armenja, Ażerbajġan, Bosnja- Ħerzegovina, FYR Macedonia, Ġeorġja, Lussemburgu, Malta u Montenegro. Ir-riżultati tat-tim huma kkalkulati billi jingħaqdu l-punti tal-irġiel u tan-nisa u l-aqwa żewġ timijiet fit-Tielet League se jirbħu l-promozzjoni għat-Tieni League. Uħud mill-atleti Maltin ser jkunu preżenti għal dawn il-Logħob. Charlotte Wingfield, friska mis- suċċessi taghħa f 'San Marino ser timmira għal rebħa kemm fil-100m kif ukoll f '200m. Ir-rebbieħa l-oħra ta 'medalja tal-GSSE Rebecca Sare u Ian Paul Grech u t-Tim Relay ta' 4x100m se jkunu kollha qedin jimmiraw riżultati tajbin. It-tim Malti huwa magħmul minn 40 atleta u se jipprova jtemm f 'post tajjeb fil- klassifikazzjoni finali. Kompetizzjoni interessanti mistennija wkoll minn pajjiżi bħal-Lussemburgu, il-Bożnja u Ħerzegovina, u l-Ġeorġja li x'aktarx se jkunu qegħdin jissieltu għall-promozzjoni. Fi-dixxiplina tat-throws, mistenni dwell bejn Hamza Alic (Bożnija) – li rebaħ medalja tal-fidda fil- Kampjonati Indoor Ewropej tal- 2013 u li dan ix-xahar irreġistra l-aħjar riżultat tiegħu (20.82m) u l-atleta mill-Lussemburgi Bob Beremes li u rebbieħ tal-midalja tal- fidda fil Kampjonati Ewropej U23 tal-2-15. Ir-rebbieħ tal-midalja tal- bronż tal-Kampjonati Ewropej tal- 2016 tal-Ażerbajġan Hanna Skydan se tkun qed tikommpeti fit-taqsima Hammer tan-nisa. Għalkemm il-konċentrazzjoni tat-talent fit-Tielet League x'aktarx se tkun fil-taqsima tal-field, atleta partikolari fit-track mil- Lussemburgu Charline Mathias hija waħda li mistennija tat-wirja tajba. Mathias ħadet sehem fil-Logħob Olimpiku ta' Rio 2016. "Peressli din hija Kompetizzjoni Ewropea tal-Atletika, it-tmexxija ta' dan l-avveniment se tkun taħt skrutinju tal-European Athletics li se tibgħat mhux inqas minn seba' uffiċjali għal dan l-avveniment flimkien ma' Maniġer tal-Proġetti u membru tal-Kunsill Ewropew tal- Atletika. Barra minn hekk, il-photo finish u il-false start se jkunu ġestiti mill-kumpanija Awstrijaka ALGE Timing, fil-waqt li l-kejl tal-long throws ser jiġi ġestit minn persuna b'tagħmir elettroniku provdut mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet. Grazzi għall-GO plc se jkun hemm streaming live tal-avveniment. Barra minn hekk, se jkun hemm numru kbir ta' uffiċjali tekniċi lokali u voluntiera li mingħajrhom l-avveniment se jkun impossibbli," spjega Edwin Attard, president tal-Malta Amateur Athletics Association. L-Onorevoli Dr Clifton Grima, is-Segretarju Parlamentari għaż- Żgħażagħ u l-Isport indirizza wkoll lil dawk preżenti. Huwa emfasizza l-importanza ta' dawn l-avvenimenti, li mhux biss jagħtu lill-atleti lokali l-opportunità li jikkompetu ma' atleti internazzjonali iżda jikkontribwixxu wkoll għat- turiżmu sportiv peress li dawn l-avvenimenti jikkontribwixxu wkoll għall-ekonomija Maltija. Dr Grima kompla jemfasizza l-importanza li l-Ministeru u SportMalta taw u se jkomplu jagħtu lil dawn l-inizjattivi. "L-opportunità li nospitaw kompetizzjonijiet internazzjonali tgħin biex inpoġġi lil Malta fl- għajnejn ta' korpi governattivi internazzjonali, l-European Athletics u l-IAAF. Permezz tal-għajnuna u l-assistenza finanzjarja tagħhom, il- Malta Amateur Athletics Association tkun tista tinvesti f 'aktar faċilitajiet u tagħmir għat-tisħiħ tal-atletika f 'Malta," spjega Romain Schwaiger, Segretarju Ġenerali tal-MAAA Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, l-MAAA xtaqet tieħu din l-opportunità biex tirringrazzja lill-Kumitat Olimpiku Malti u lil SportMalta għall-appoġġ kontinwu tagħhom kif ukoll lill-isponsors prinċipali GO plc, General Soft Drinks u Mapfre Middlesea. Informazzjoni dettaljata dwar l-iskeda tinstab fuq www.malta2017.org. Mix-Xellug għal-Lemin: Edwin Attard, l-Onorevoli Dr Clifton Grima, Romain Schwaiger, Ian Paul Grech u Antonella Chouhal Silverbacks inkurunati Champions tan-Netball għall-istaġun 2016-2017 SILVERBACKS reġa' rebaħ il-Kampjonat tan- Netball tal-Ewwel Diviżjoni li hija l-ogħla diviżjoni fil-Kampjonat nazzjonali għat-tieni darba. Huma ġew dikjarati champions nhar il-Ħadd li għadda meta lagħbu l-aħħar logħba tal-Kampjonat tagħhom kontra Wolves United. It-tim tas-Silverbacks ma tilef l-ebda logħba u b'hekk ġie nkurunat Champion bl-ogħla ammont ta' punti u bla ebda telfa. It tim immexxi mill-kowċ Helga Turban skorja 499 gowl u sofra biss 220 gowl matul l-istaġun kollu. Dan ifissier li kemm l-attakk kif ukoll id-difiża taw fost l-aqwa wirja possibli. Silverbacks lagħbu kontra sitt timijet matul l-istaġun fuq żewġ rawnds, bl-aktar logħba li tispikkat kienet kontra t-tim li rebaħ il- Kampjonat is-sena l-oħra, fejn l-ewwel rawnd spiċċaw bi skor ta' 28-23 għal Silverbacks u t-tieni rawnd bl-iskor ta 23-22 għas- Silverbacks. Din kienet logħba ferm sabiħa u hekk kif fl-aħħar erba' minuti tal- logħba, Silverbacks kienu qed jitilfu b'distakk ta' erba' punti, kienu l- plejers ta' Silverbacks li spikkaw u għamlu sforz kbir biex iġibu dak l-iskor u b'hekk ħarġu rebbiħin. Matul l-istaġun Silverbacks kellhom taħriġ intensiv li kien għal dan it taħriġ li l-plejers baqgħu b'saħħithom fuq il-court u b'hekk ġabu l-aħjar riżultati. Ħafna drabi kien ikun hemm plejers li minħabba xogħol ma kinux jistgħu jattendu għat-taħriġ avolja dan kien mill- inqas, iżda huma għamlu ħilithom kollha biex isibu ħin jittrenjaw u żammew pożittività kbira. Il-logħob kien iebes imma għas-Silbverbacks din kienet sfida kbira u qatt ma ħarsu lura lejn l-iżbajli li kienu għamlu matul il-logħob iżda komplew jiġġieldu għal dak l-iżball u ħadmu għal riżultati pożittivi għal kull logħba. Il-livell tal-fitness baqa' jiżdied matul l-istaġun u b'hekk ħareġ tim b'saħħtu. Kull plejer emmnet fiha nfisha u kull plejer ħadem mal-bqija tat-tim u bħala tim wieħed. Il-plejers huma onorati bir-riżultati li ġabu u xtaqu jirringrazzjaw lill-kowċ Helga Turban tal-ħidma tagħha magħhom matul l-istaġun kollu. Silverbacks Netball Champions 2016 - 2017 Plejers : Corinna Lagana, Lara Debono, Nadya Turban, Francesca Farrugia, Lucretia Hili, Martina Cauchi, Anna Aloisio, Raina Pace, Mariella Baldacchino, Tamara Vella. Kowċ : Helga Turban It-tim tan-Netball Silverbacks - Champions tan-Netball lokali