Illum previous editions

illum 25 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 Minn Albert Gauci Cunningham BĦALISSA għaddej ħafna diskors dwar valuri, il-ġid komuni u dwar il-but. Elementi mill-PN li forsi għadhom taħt ix-xokk ta' telfa kbira li ma kinitx mistennija qed jinterpretaw ir-riżultat elettorali bħala wieħed illi juri li l-poplu jivvota fuq il-but u, biex ngħiduha b'Malti tat- triq, għal'għajnu mill-valuri u mill-ġid komuni. Oħrajn qed jisħqu illi l-korruzzjoni waħedha ma trebbaħx elezzjoni ġenerali, filwaqt li oħrajn, fosthom din il- gazzetta, qed jinkoraġġixxu lill-PN biex jerġa' jiskopri l-għeruq tiegħu, biex jerġa' jkollu viżjoni li taspira u li toħloq l-entużjażmu. Naturalment, kull perjodu politiku u kull viżjoni hija frott ta' kuntest u f 'dan is-sens mhux l-għan ta' din l-analiżi li tieħu viżjoni 'l barra mill-istess kuntest tagħha. Huwa l-għan ta' din l-analiżi iżda li tħares lura lejn wieħed mill-aktar manifesti importanti tal-PN. Importanti fis-sens li witta t-triq għal rebħiet kbar għalih u suċċessi ikbar għall-pajjiż. Jista' jkun li huwa minn hawnhekk li l-PN isib l-għajn li jrid jixrob minnha u l-aħjar mod ta' kif jimxi 'l quddiem f 'dan il-mument hekk elettoralment diffiċli u daqstant kruċjali. Qed nirreferu għall-manifest tal-1981, imsejjaħ 'Il-Bidla Meħtieġa' Korruzzjoni...imma mhux fiċ-ċentru ta' kollox Bħall-aħħar elezzjoni l-għajta kontra l-korruzzjoni u kontra 'l-attakk fuq l-istituzzjonijiet' kienet tema pjuttost ċentrali għall-PN fl-1981. "Biex ikun hemm Gvern verament demokratiku...irid ikun hemm l-ewwel u qabel kollox rispett għall-verità u rikonoxximent li n-nies ta' dan il-pajjiż huma intitolati u informati fuq dawk il-materji kollha tal-Gvern li jikkonċernaw lilhom." Hekk jgħid il-manifest tal- PN fil-bidu tiegħu, filwaqt li jkompli jgħid f 'punt 1.4 tiegħu illi, "l-fibra morali tal-poplu therriet u t-triq hija miftuħa beraħ għall-prattiċi ta' patrunaġġ u korruzzjoni." Fil-parti tal-manifest li tirrigwarda l-kummerċ u x-xiri bil-goff (bulk buying) il-PN kien għamel wegħda ċara li "l-korruzzjoni għandha tkun maqlugħa mill-għeruq u mrażżna." U l-istess manifest huwa mimli b'eżempji bħal dawn li jitkellmu dwar dak li l-PN kien jara bħala d-diżrispett tal-Gvern ta' Dom Mintoff għall-istituzzjonijiet. Minkejja dan u minkejja illi m'hemmx l-iċken dubju li n-Nazzjonalisti kienu jemmnu li Gvern Laburista kellu elementi korrotti, kif reġgħu kienu jemmnu n-Nazzjonalisti din id-darba, il-korruzzjoni ma kinitx iċ-ċentru ta' kollox. Ma kinitx ir-raġuni għall-eżistenza tal-istess partit. Il-manifest ma jħalli ebda dubju li l-PN kien jara lill-Gvern ta' Mintoff bħala wieħed b'elementi immorali, iżda mal-gwerra kontra dawk l-elementi offra żewġ affarijiet, 1) - Partit b'ideoloġija ċara u daqstant importanti 2) - Viżjoni ekonomika, politika, soċjali u industrijali ta' pajjiżna. U iva, madankollu l-istess manifest, bħall-manifesti politiċi tal-aħħar elezzjoni kien irnexxielu jinkludi wkoll miżuri li kienu se jaffetwaw il-but. Il-boxxla ideoloġika tal- PN...fejn sejra? Partit mingħajr il-boxxla ideoloġika huwa partit bla direzzjoni. Il-manifest tal-1981 huwa mimli b'referenza għall- ħsieb tad-Demokristjaneżmu. "Il-funzjoni taċ-ċittadin skont il-kotba tal-iggvernar ta' Mintoff kien li jservu lill-Gvern...ċertament dan mhux Gvern fis-sens Demokristjan," tgħid parti mill-istess manifest f 'referenza waħda minn ħafna għall-PN bħala partit Demokristjan. U d-Demokristjani min huma jew x'suppost huma? Fl-Ewropa dawn huma ġeneralment iktar moderati mill-konservattivi u f 'pajjiżi bħall-Ġermanja (CDU) jiffurmaw il-partit Konservattiv, li flimkien mas-Soċjal Demokratiċi huwa l-partit li madwaru jifforma Gvern. Dawn il- partiti huma ġeneralment, bħall-konservattivi, kontra jew xettiċi fuq l-abort u żwieġ bejn persuni tal-istess sess, għalkemm naturalment dan jista' jvarja skont il-pajjiż partikolari. Kuntrarjament għal-Liberaliżmu jirrifjutaw is-sekulariżmu, bħas-Soċjal Demokratiċi jappoġġjaw il- ġustizzja soċjali, is-solidarjetà u r-regolarizzazzjoni (imma b'qies) tal-forzi tas-suq. Huma iktar ekonomikament liberali, jiġifieri kontra restrizzjonijiet u bi twemmin ta' 'inqas Gvern, iktar privat' imma xorta favur regolarizzazzjoni fejn hemm bżonn. L-ateiżmu, in- nazzjonaliżmu u l-ugwaljanza tal-istatus matrimonjali għal persuni tal-istess sess, huma ideat li dejjem kienu xi ftit skomdi bihom. Il-PN, u jidher li l-Kap b'mod unilaterali, fil-kampanja elettorali li għaddiet propona affarijiet li jitfgħuk f 'dubju serju kemm minn dan it-twemmin għadu intatt jew prattikat. L-inklużjoni ta' ateista fil-lista ta' kandidati tal-PN, il-wegħda li jitwaqqaf l-investiment fl-isptar ta' Għawdex u allura l-innazzjonalizzar tiegħu, l-astensjoni fil-vot dwar l-Unjoni Ċivili, is-silenzju relattiv tal-PN fil-Liġi li kopriet l-ivvilifikar tar-reliġjon u aktar. Dawn, filwaqt li setgħu għoġbu settur ta' votanti mdaqqas, tefgħu f 'dubju serju il-gwida ideoloġika tal-partit. Fiż-żmien li ġej, f 'każ minnhom fil-ġimgħat li ġejjin, il-PN se jiffaċċja vot Parlamentari dwar Liġi li se tbiddel l-Unjoni Ċivili fi żwieġ għal persuni tal-istess sess, diskussjoni dwar il- legalizzar għall-użu rikreattiv tal-marijuana u possibilment diskussjoni u liġi dwar l-ewtanasja. Dawn se jkunu lkoll testijiet qliel ta' liema boxxla politika u ideoloġika se juża l-PN, jekk se juża waħda. Il-passat wera li meta l-boxxla baqgħet fin-nofs il-PN tilef l-appoġġ. Mill-2017 il-PN se jkollu jwitti triq ċara ta' 'l fejn sejjer fuq kwistjonijiet soċjali bħal dawn, għax dawn se jkollu jiffaċċjahom. Naturalment il- bilanċ se jkun wieħed li diffiċli tilħqu u għalhekk ħafna se jorbot fuq min se jkun fit-tmun tal-PN minn nofs Settembru. Viżjoni għat-tul li kollox jintrabat magħha "Gvern Nazzjonalista jafferma b'mod inekwivoku li aħna Ewropej, li postna huwa magħqudin ma' Ewropa Magħquda, kif imwielda minn tliet statisti Demokristjani... għaqda f 'organizzazzjoni federali ta' stati ma twassal għall-ebda telf ta' identità tal- istat. Anzi issaħħaħha." Hekk jingħad f 'punt 9.4 tal-manifest tal-PN tal-1981. Dan il-paragrafu fil-fatt kien il-kolla li għaqqdet lill-PN għal ħafna snin u li wasslitu għal ħafna rebħiet elettorali. Li wasslet lil pajjiżna biex fl-2003 jsir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea. Imma din ma kinitx l-unika viżjoni għat-tul li kellu l-istess partit. Il-PN rabat lilu nnifsu ma' viżjonijiet ekonomiċi li rajna jseħħu u li llum kulħadd, primarjament Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat irid li jsostni u saħansitra jkabbar. Il-manifest tal-1981 kien qal hekk; "se niżviluppaw aktar is-settur tal-banek u s-servizzi finanzjarji għal individwi barranin kif ukoll kumpaniji, kemm f 'Malta kif ukoll li joperaw minn barra..." u f 'parti oħra tal- istess manifest il-PN kien qal hekk; "Naraw skop kbir għat-turiżmu, ristrutturat kif suppost, kif ukoll bl-għoti ta' servizzi minn Maltin lil klijenti barranin, servizzi fi sferi bħal transhipment, id-distribuzzjoni u proċessar ta' oġġetti manifatturati....il- lokalizzar f 'Malta ta' sptarijiet.. off shore banking u servizzi oħra finanzjarji...". Il-manifest ta' wkoll roadmap dwar fejn il-PN ried jieħu l-Università: "Għalkemm l-Università hija essenzjalment Maltija fil-karattru, għandha tinfetaħ għal studenti barranin u għalliema barranin u ma tistax teżisti f 'iżolazzjoni imma tistabilixxi kuntatti ma' Universitajiet barranin." Dan jorbot ma' diversi oġġettivi u miżuri marbutin ma' viżjoni ħolistika, fosthom pjan għal 'full employment', il-ħolqien tal-MCESD u anke l-ħolqien tal-Kunsilli Lokali permezz tal-kunċett tad- diċientralizzazzjoni tal-poter. Illum, din il-viżjoni tal- 1981, ta' Eddie Fenech Adami Tagħlimiet Nazzjonalisti mill-1981 għall-Partit Il-kuntesti huma differenti. Il- protagonisti huma differenti. Imma l-manifest elettorali tal-PN tal-1981 'Il-Bidla Meħtieġa' jista' jkun l-ewwel pass għall-bidla fil- PN Eddie Fenech Adami, ma' martu Mary f 'laqgħa mal-Papa Benedittu...taħt it-tmexxija tiegħu l-PN kien hemm aċċenn partikolari fuq id-Demokristjaneżmu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 June 2017