Illum previous editions

illum 25 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 Intervista 10 I t-tellieqa għall-kariga ta' deputat mexxej għall- aarijiet tal-Parlament ħdan il-Partit Laburista bdiet nhar il-Ħamis li għadda hekk kif intemm il-perjodu ta' nominazzjonijiet għal din il-kariga. Fil-fatt, huma tlieta l-persuni li tefgħu n-nomina tagħhom bit-tama li bejn il-Ħamis 13 u s-Sibt 15 ta' Lulju jiġu eletti u sussegwentement maħtura deputat Prim Ministru. Tliet kandidati, it-tlieta li huma ministri li reġgħu ġew afdati bid-dekasteri li kellhom tul il-leġiżlatura li għaddiet, u li tista' tgħid kellhom rekord ta' suċċessi l-ħidma tagħhom s- snin li għaddew. Għaldaqstant, din il-gazzetta bdiet tistaqsi x'inhuma dawk il-kwalitajiet li jagħmlu lil kull wieħed minn dawn il-kandidati, ideali għall-kariga. Il-gazzetta ILLUM bdiet b'intervista mal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne biex tistaqsih dwar l-aspirazzjonijiet tiegħu u xi jkunu l-prijoritajiet tiegħu jekk ikun elett f 'din il-kariga. Kif għamilna 25 sena ma nirbħux, issa nistgħu nsiru l-Partit tal-Gvern Chris Fearne saħaq li l-Partit Laburista qiegħed probabbilment fl- iktar punt b'saħħtu fil-100 sena storja tiegħu. "Għadna kemm irbaħna żewġ elezzjonijiet b'maġġoranza storika, u jidhirli li kif għamilna 25 sena ma nistgħux nirbħu elezzjoni u meqjusin bħala l-partit tal-oppożizzjoni, issa għandna l-possibbiltà nkunu l-partit tal-Gvern." Hekk sostna l-Ministru tas-Saħħa Fearne, dwar il-viżjoni għall-Partit Laburista, fejn żied jgħid li l-Partit għandu jagħmel ġenerazzjoni sħiħa rebbieħa, "mhux l-elezzjoni li ġejja biss, imma possibbilment anke ta' wara, u nkunu għamilna 15, 20 sena fil-Gvern. Illum, il-PL qiegħed fil-pożizzjoni li jista' jaspira li jagħmel żmien konsiderevoli fil-Gvern." Għaldaqstant, kompla jgħid Fearne, il-viżjoni fit-tul tal-Partit, tkun tista' titwettaq, b'valuri bħall-eradikazzjoni tal-faqar, li Malta tkun soċjetà ġusta, li kulħadd ikollu aċċess għas-saħħa u l-edukazzjoni eċċellenti mingħajr ħlas. Insista li din hi viżjoni li l-Partit jista' jaħdem fuqha fuq 20 sena u bħala kandidat għall-kariga tat- tieni wieħed fit-tmexxija wara l-Prim Ministru, saħaq li għandu l-enerġija, il-ħeġġa u l-kwalifiċi, "biex inkun wieħed mill-mexxejja li jieħu lill-Partit Laburista f 'dan il-perjodu ta' Gvernijiet. Bħala deputat mexxej, jiena nista' noffri lill-Partit il-possibbiltà li nirbħu, u nerġgħu nirbħu u nerġgħu nirbħu." Jispjega li dan jgħidu minħabba tliet raġunijiet, billi l-ewwel nett jinsisti li l-kompetenza tiegħu, hu wrieha bil-fatti, kemm fil-ħajja professjonali bħala kirurgu ta' suċċess, u anka fil- ħajja politika, "meta l-Prim Ministru afdali Ministeru kbir bl-ikbar nefqa tal-Gvern, u reġa' fdahuli. Bdejna minn sitwazzjoni fejn il-qasam kien qed ifalli u f 'temp relattivament qasir, dawwarnieh f 'settur li llum kulħadd jirrikonoxxi li huwa ta' suċċess." 'Meta għidt li l-PL se jirbaħ b'40,000 vot irredikolawni, imma kelli raġun' Fearne, li fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet kien l-iktar kandidat li kiseb voti wara l-mexxejja tal-Partiti, b'iktar minn 10,000 vot fuq żewġ distretti, insista li sabiex tibqa' tirbaħ l-elezzjonijiet, trid tkun 'electable'. Saħaq li bir-riżultat personali li kiseb fl-aħħar elezzjoni wera li għandu bażi soda ta' fiduċja mill-kostitwenti, u li jappella għal bażi wiesgħa ta' eletturi, mhux biss Laburisti. "Biex partit jirbaħ u jibqa' jirbaħ, jeħtieġ li jkollu l-grupp ta' votanti tiegħu imma mhux biss. irid ikun jappella wkoll lil dawk li jinsabu fin-nofs, il-floaters u s-switchers," sostna Fearne. Bħala kredenzjali li Fearne isostni li għandu li jagħmluh ideali għall-kariga ta' deputat mexxej hi li hu bniedem integru u serju, għaliex "jien qatt ma kont involut f 'xi allegazzjonijiet, fondati jew mhumiex, u din naħseb li hija xi ħaġa importanti anke fil-klima tal-lum, u minbarra dan, naħdem tajjeb ħafna mal-Prim Ministru li reġa' fdali Ministeru importanti li kien fih il- problemi." Chris Fearne kompla jgħid li kwalità oħra li tagħmlu ideali għall-kariga hi li huwa qrib in-nies. Filwaqt li jgħid li l-fatt li huwa tabib, jgħinu jkun qrib in-nies kontinwament, u qal kif, "inħoss il-polz tan-nies u tal-politika. Fil-fatt, kont l-uniku persuna li għidt b'mod pubbliku u ripetut li l-PL se jirbaħ l-elezzjoni b'40,000 vot. Meta kont għidtha, pruvaw jirredikolawni, imma rriżulta li kelli raġun." Insista li hu għandu l-ħeġġa, enerġija u determinazzjoni biex mhux biss ikun parti mit-tmexxija tal-Partit għal sentejn jew tlieta, imma "nista' nieħu l-partit minn rebħa għall-oħra, anke għal numru ta' rebħiet." 'Meta tkun isfel, l-unika triq hi 'l fuq...meta tkun fuq, l-unika triq hi 'l isfel' Mistoqsi minn din il-gazzetta x'jista' jagħti iktar lill-Partit, jekk kif qal hu stess, jinsab fl-aqwa żmien tiegħu, Fearne dlonk wieġeb li hu jrid jagħti kontinwità lill-Partit fuq medda ta' snin. "Nemmen li lill-Partit nista' noffrilu mhux biss perjodu qasir ta' snin imma noffrilu perjodu ta' 15, 20 sena," sostna Fearne. Kompla jgħid li l-iktar ħaġa diffiċli, partikolarment fil-politika hi li meta tkun qed tirbaħ, tkompli tirbaħ. Xogħli flimkien mal-Prim Ministru u l-istrutturi tal- partit ikun li nżomm il-Partit jirbaħ. "L-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu hi li ngħidu issa rbaħna, u jiġri li jrid wara li jgħaddu dawn il-ħames snin. Importanti li nibqgħu nżommu l-Partit rebbieħ u jibqa' jiġġedded. Meta tkun isfel, l-unika triq hija 'l fuq, imma rridu noqogħdu attenti għax meta tkun fuq, l-unika triq hi 'l isfel," insista Fearne waqt li jisħaq li huwa għandu kredenzjali progressivi. 'Ir-riżultat personali tal-elezzjoni mlieni kuraġġ biex nikkontesta' It-tmexxija tal-Partit Laburista kellha post vakanti fit-tmexxija tagħha ftit iktar minn sena ilu meta kien hemm l-elezzjoni għad-deputat mexxej għall-affarijiet tal-Partit. Għaldaqstant, din il-gazzetta tistaqsi għalfejn issa, u għalfejn din il-kariga. Għal dan, Fearne jibda billi jgħid li ż-żewġ karigi huma differenti ferm minn xulxin. Iżda lil hinn minn dan, sostna li kien importanti ferm ir- riżultat elettorali li kiseb tliet ġimgħat ilu. "Qabel l-elezzjoni, jien kont għidt li jekk jiena nitla' miż-żewġ distretti u nitla' b'mod komdu, nikkunsidra li nitfa' l-kandidatura tiegħi għal deputat mexxej. Li tlajt minn żewġ distretti, mal-ewwel għadd b'iktar minn 10,000 vot, tagħtni s-saħħa u mlietni bil-kuraġġ biex nieħu dan il-pass," saħaq Fearne li żied jgħid li l-kariga ta' deputat Prim Ministru hi kariga ta' responsabbiltà kbira li flimkien mal-Prim Ministru, tkun qed tmexxi l-pajjiż. 'Għandi l-enerġija nibqa' għaddej minn tal-inqas 10 snin oħra' Ir-riżultat elettorali, jibgħat diversi messaġġi lill-partiti, kemm dak fil-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni. Allura, x'inhuma l-messaġġi li Chris Fearne jaħseb li bagħat l-elettorat fl- aħħar elezzjoni? "Il-poplu ried il-kontinwità u li nkomplu l-proġetti li bdejna erba' snin ilu," beda jwieġeb Fearne, waqt li sostna li "lest biex noffri din il- kontinwità mhux biss mil-leġiżlatura li għaddiet għal din, imma anke għal-leġiżlaturi sussegwenti, għaliex għandi l-enerġija biex nibqa' għaddej minn tal-inqas 10 snin oħra." It-tieni messaġġ li Fearne jemmen li l-elettorat bagħat fl-aħħar elezzjoni, kien dak li qegħdin jippreferu iktar lill-kandidati li għandhom għeruq sodi fil-PL. "L-esperjenza ta' Marlene u speċjalment Godfrey Farrugia, li ġurnata kienu ma' partit u l-għada stenbħu ma' partit ieħor, lill-votanti Laburisti dejqithom u l-vot tagħhom qed jippreferu jagħtuh lill-kandidati li għandhom għeruq sodi fil-Partit Laburista. Il-messaġġ deher u kien hemm anke numru ta' kandidati li kellhom sfond differenti, li marru inqas tajjeb milli stennew huma stess," sostna Fearne. Rivalitajiet distrettwali: 'purament elettorali' Bħala deputat mexxej, wieħed ikun 'Mill-Partit tal-Oppożizzjoni, issa L-esperjenza ta' Marlene u speċjalment Godfrey Farrugia, li ġurnata kienu ma' partit u l-għada stenbħu ma' partit ieħor, lill- votanti Laburisti dejqithom u l-vot tagħhom qed jippreferu jagħtuh lill-kandidati li għandhom għeruq sodi l-PL Se nagħmel ħilti biex lil Joseph Muscat nibdillu fehemtu u jibqa' mexxej " " " " Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt 'Nista' noffri lill-Partit il-possibbiltà li nirbħu, u nerġgħu nirbħu u nerġgħu nirbħu'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 June 2017