Illum previous editions

illum 25 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-għawm? Ommi kienet bdiet tibgħat lil ħija biex jipprattika l-għawm u fl-istess ħin bħal qisu ddeċidiet illi anke jien ta' sena u nofs nipprova naqdef xi tnejn 'l hemm u 'l hawn. Hi stess kienet tgħidli illi l-ilma ma tantx kien ibeżżagħni tant illi darba waqt illi konna l-pixxina jien kont ħrabtilha xi ftit u qbiżt fil-baħar bil-ħwejjeġ b'kollox. Ommi tgħidli illi dak il-ħin inħasdet mhux ftit għax ma kinitx ċerta hux ser terġa' tarani ħajja jew le. Madankollu jien xejn ma qisni ħabbilt rasi għax bżaqt l-ilma li kont blajt 'il barra filwaqt illi żammejt mat-tarf tal-pixxina. Minn hemm 'l hemm l-imħabba tiegħi lejn l-ilma u l-għawm komplew jikbru tant illi kont nibki sabiex immur ngħum. Ommi għalhekk iddeċidiet illi tiktibni għal-lezzjonijiet tal-għawm meta lanqas biss kont għadni għalaqt tliet snin biex bħal qisu tikkuntentani filwaqt illi sserraħ rasha illi ma nagħmilx xi praspura oħra! L-għawm sar il-passatemp favorit tiegħi tant illi rnexxieli nieħu midalja talli kont ipparteċipajt fil-logħob tas-sajf illi ġew organizzati dak iż-żmien. Tiftakar liema kien l-ewwel unur prinċipali li rbaħt? Niftakar illi l-ewwel unur prinċipali illi rbaħt u li bqajt niftakar kien meta kelli disa' snin u kont ipparteċipajt f 'kompetizzjoni f 'Berlin. Hemmhekk irnexxieli nirbaħ il-midalja tad-deheb fil-kompetizzjoni freestyle fuq distanza ta' 50 metru kif ukoll oħra tal- fidda fil-butterfly event. Is-sodisfazzjon tiegħi kien akbar meta spiċċajt it-tieni l-aqwa għawwiema fil- kompetizzjoni skont il-ġurija u dan tani aktar kuraġġ biex inkompli nieħu dan l-isport b'aktar serjetà. Kienu l-ewwel żewġ midalji internazzjonali illi rbaħt u tista' taħseb kemm kont ferħana dak iż-żmien. Kif nafu l-għawm għandu ħafna tipi ta' kompetizzjonijiet illi jiġu organizzati. Liema l-iktar waħda li tħossok komda tipparteċipa fiha? F'dawn l-aħħar snin ħadt sehem f 'diversi dixxiplini tal-għawm bħal backstroke, breaststroke, butterfly u freestyle. Meta kont weġġajt dahri kelli nieqaf xi ftit minnhom u kkonċentrajt aktar fuq backstroke sakemm eventwalment stajt inkompli fl-erbgħa li huma. Semmejt dawn l-erba' tipi ta' kompetizzjonijiet tal-għawm. Tista' tispjega x'differenza hemm bejniethom? Meta qed tieħu sehem f 'kompetizzjoni partikolari tagħmel differenza kbira kif tkun fiżikament iġifieri kemm tkun twila u anke s-saħħa li jkollok. Ħa ntik eżempju; jekk inti jkollok ċertu saħħa kapaċi tmur tajjeb ħafna f 'distanza qasira ta' 50 metru filwaqt illi jekk ikollok ċertu nifs tista' tieħu sehem f 'distanzi twal. Bħal qisu kull għawwiem għandu d-dixxiplina partikolari tiegħu. Jien min-naħa tiegħi l-aktar illi mmur tajjeb huwa fil-kompetizzjoni tal-50 metru għalkemm ġieli għamilt distanzi sa 400 metru. L-objettiv tiegħi issa huwa illi nipprova distanzi itwal ħalli dejjem intejjeb il-ħiliet tiegħi fl-għawm. Kellimni ftit dwar il-kowċ illi titħarreġ miegħu. Il-kowċ tiegħi huwa Artem Goncharenkou ġej mill-Ukrajna. Nista' ngħid illi huwa kowċ bravu u jgħinni ħafna fit-taħriġ tiegħi. Fil-passat huwa kien ukoll jikkompeti fl-għawm u ġieli ħa sehem fil-Logħob Olimpiku. B'hekk nistgħu ngħidu illi mhux nieqes mill-esperjenza. Huwa jiggwidani ħafna f 'kull dixxiplina tal-għawm fejn jenfasizza ħafna fuq il- ħinijiet li għawwiem għandu jġib sabiex dejjem itejjeb il-wirja tiegħu. Ili għal dawn l-aħħar sena ma' dan il-kowċ għax qabel kont nittrenja l-ewwel ma' Keith Bartolo u mbagħad ukoll ma' Gail Rizzo (mal-klabb tiegħi ta' Neptunes WPSC) illi bħala persuna li għandha x'taqsam mal-għawm m'għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni. Hija persuna illi tinkuraġġik mhux ftit u kont mort tajjeb ħafna magħha tant illi ksibt rekords personali fil-breaststroke u fil-kompetizzjonijiet tal-50 metru u tal-100 metru. Irnexxieli saħansitra nkiser ir-rekord tagħha stess f 'kompetizzjoni partikolari ftit taż-żmien ilu. Naf illi int kont tieħu sehem ukoll fis-synchronized swimming. Għaliex ma komplejtx tipparteċipa f 'din id- dixxiplina? Niftakar illi meta kont nipprattika din id-dixxiplina kien ikolli sessjonijiet intensivi matul il-ġimgħa u kien qed ikun diffiċli għalija biex inlaħħaq mas- synchro u mal-iskola fl-istess ħin. Apparti minn hekk bdejt ngħejja ħafna u saħansitra anke weġġajt darba minnhom f 'dahri u b'hekk kont iddeċidejt illi aħjar nieqaf għax kien qed ikun ta' stress kbir għalija. Raġuni oħra kienet illi l-kowċ Ġappuniża illi kont nitgħallem magħha kienet telqet minn Malta u iktar qisni qtajt qalbi li nkompli. Fl-istess ħin iktar kont miġbuda lejn l-għawm bħala tlielaq milli bħala tip ta' sport ieħor u kif jgħidu l-ewwel imħabba ma tmut qatt. Aktar qabel int semmejt lill-eks kowċ tiegħek Gail Rizzo. X'ħassejt meta ftit taż-żmien ilu rnexxielek tikser ir-rekord tagħha stess? Kont ferħana se ntir b'dak li rnexxieli nagħmel. Gail Rizzo kienet waħda mill- idoli tiegħi fl-għawm u spiss kont naraha meta kienet tikkompeti f 'xi avveniment partikolari. Kien hemm diversi għawwiema illi ppruvaw jiksru r-rekord ta' Gail li kien ilu jeżisti għal madwar għoxrin sena. Fl-aħħar mill-aħħar kont kburija illi kelli nkun proprju jien illi rreġistrajt ħin tajjeb ħafna li stajt nikser dan ir-rekord. Niftakar illi meta kont għamilt din il- bravura, Gail Rizzo stess kienet ċemplitli u ferħitli għal dak li rnexxieli nagħmel filwaqt illi awguratli għall-futur. Bħala persuna hi kienet kburija illi kienet il-kowċ tiegħi u li kienet għenitni nasal għal dan l-objettiv. Kellimni dwar l-esperjenza illi kellek m'ilux waqt il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar illi saru f 'San Marino. Bla dubju illi kienet esperjenza sabiħa anke minħabba l-fatt illi tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżek. Għamilt li stajt fil-kompetizzjonijiet li ħadt sehem fihom u naħseb illi kollox ma' kollox għandi nkun sodisfatta. Ili mat-tim nazzjonali minn Ottubru li għadda u bqajt nikser ir-rekords personali u ntejjeb dejjem aktar il-ħiliet f 'dan l-isport. Naf illi int tattendi l-Iskola Nazzjonali tal-Isport. Kemm issib din l-iskola bħala għajnuna għall-isport li tipprattika? Iva, din l-iskola hija unika għax tgħinek ħafna filwaqt illi tikkoopera miegħek sabiex tkun tista' tipprattika l-isport favorit tiegħek. Dawk l-istudenti li jipprattikaw l-għawm iqumu fil-ħamsa u nofs ta' filgħodu sabiex immorru l-pixxina. Issa aħna skola nibdew fis-sebgħa u nofs iżda l-awtoritajiet tal-iskola għamlulna arranġament illi nibdew siegħa wara u xorta nagħmlu l-lezzjoni li nkunu tlifna fil-bidu. B'hekk qed jirnexxielna nlaħħqu sew mat-taħriġ u mal-ħinijiet tal-iskola. Kif jirnexxilek tlaħħaq bejn l-istudju u l-għawm? Bla dubju illi mhux faċli illi tlaħħaq mat-tnejn li huma. B'xi mod jirnexxieli anke minħabba l-fatt illi ftit noħroġ fi tmiem il-ġimgħa. Filfatt inħalli s-Sibt u l-Ħadd biex nagħmel ix-xogħol tad-dar u fl-istess ħin nara x'għandi x'nistudja ħalli dejjem inkun preparata. Min-naħa l-oħra, waħda mill-objettivi prinċipali ta' din l-iskola hija illi dderri l-istudent f 'kunċett ta' karriera doppja. Bħala adulta 'l quddiem tarak tipprattika l-karriera prinċipali tiegħek u tgħum? Biex ngħidlek il-verità bħalissa iktar qed niffoka fuq l-eżamijiet u s-sena skolastika preżenti. Jien bħala suġġetti għażilt l-accounts u l-bioloġija u s'issa għadni bejn ħaltejn liema ser naqbad nagħżel bejn suġġett matematiku u ieħor xjentifiku. Għandi xewqa illi nilħaq sports psychologist għax fl-istess ħin nkun qed nagħmel xogħol relatat fl-isport però wara kollox iż-żmien għad itina parir. Taħseb li fil-futur jista' jkun hawn għawwiema li jkunu professjonali u jaqilgħu x'jieklu bl-isport illi jipprattikaw? Ifhem fil-futur kollox jista' jiġri imma kieku sabiħ illi jien inkun għawwiema professjonali u din tkun il-karriera prinċipali tiegħi. Jekk inħarsu lejn xi għawwiema barranin bħal Federica Pellegrini u oħrajn dawn jipprattikaw l-għawm b'mod professjonali u tista' tara kemm jagħmlu progress kompetizzjoni wara oħra. Huwa importanti illi naslu għal-linja professjonali għax ġid kbir nistgħu nieħdu f 'kull sport inġenerali. Kemm issib għajnuna minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti? Dawn iż-żewġ entitajiet jgħinu ħafna federazzjonijiet sportivi fost L-Għawwiema tal-Preżent Cristian Antony Muscat Mya Azzopardi - l-għawwiema tal-preżent u tal-futur f'pajjiżna hekk kif għalkemm għad għandha biss 14-il sena, diġà kisret bosta rekords nazzjonali tal-għawm, liema fatt għandu jixprunaha biex tabilħaqq tidħol l-kategorija ta' fost l-aqwa għawwiema ta' kull żmien f'Malta. "Kont kuntenta ħafna b'dak illi rnexxieli nagħmel. Kelli ħafna grinta u motivazzjoni biex immur aħjar u sa ċertu punt irnexxieli. F'moħħi kelli illi nagħmel lil pajjiżi kif ukoll il-ġenituri kburin b'dak li għamilt kif ukoll lill- klabb tiegħi ta' Neptunes."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 June 2017