Illum previous editions

illum 25 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... KYLIAN MBAPPE - Kylian Mbappe għamilha ċara ma' Monaco li huwa jrid jingħaqad ma' Real Madrid. Spekulazzjoni rigward dan il-plejer ta' 18-il sena ilha tikber kulma jmur iż-żmien, hekk kif Monaco qed jippruvaw iżommu lil dan il-plejer akkost ta' kollox wara l-istaġun mill-aqwa li kellu matul l-istaġun li għadda. Iżda l-plejer internazzjonali Franċiż qal lis-sid ta' Monaco li Real Madrid huwa l-uniku team li jrid jingħaqad miegħu. KASPER SCHMEICHEL - Manchester United u Liverpool iridu jħallsu s-somma ta' €50 miljun jekk iridu jakkwistaw lill-goalkeeper ta' Leicester City Kasper Schmeichel. Il-Foxes iżda ma jridux iċedu lil dan il-goalkeeper Daniż u se jkunu qed jitolbu ċ-ċifra msemija ta' €50 miljun li għandha tikser kull rekord fil-football Ingliż rigward goalkeeper biex huma jibdew jaħsbu biex ibiegħu lil dan il-goalkeeper li jiġi iben l-eks goalkeeper leġġendarju ta' Manchester United, Peter Schmeichel. CHRIS SMALLING - Tottenham Hotspur jinsabu lesti li jidħlu f 'taqtiegħa mal-arċi-rivali ta' Arsenal biex jakkwistaw lid-difensur ta' Manchester United Chris Smalling. Il-fatt li r-Red Devils akkwistaw lil Victor Lindelof fil-jiem li għaddew mingħand Benfica se jkun qed ifisser li Chris Smalling mistenni jiġi mibjugħ minn Manchester United u huwa jixtieq jiġi ngaġġat mill-manager tal-Ispurs Mauricio Pochetino, li jinsab lest li jbiegħ lid-difensur Awstrijakk Kevin Wimmer fost interess f 'dan il-plejer minn Southampton. M'BAYE NIANG - Arsenal qed ifittxu li jegħlbu l-isfida ta' Everton biex jiffirmaw lill-winger ta' Watford M'Baye Niang. Dan il-player ta' 22 sena lagħab 11-il partita ma' Watford b'self matul l-istaġun li għadda iżda ma riedx jagħemel it-trasferiment tiegħu mingħand AC Milan wieħed permanenti. Il-Gunners issa xeħtu l-interess tagħhom fih, għalkemm huwa mifhum li Everton jista' jkollhom vantaġġ żgħir fl-akkwist ta' dan il-plejer. GIANLUIGI DONNARUMMA - Il-goalkeeper ta' AC Milan Gianluigi Donnarumma ġie offrut lil Manchester United mill-aġent tiegħu, Mino Raiola. Dan il-goalkeeper li għad għandu biss 18-il sena fil-jiem li għaddew għażel li ma jġeddidx il-kuntratt tiegħu mar-Rossoneri fost id- diżappunt kbir tal-partitarji ta' AC Milan. Intant, PSG u Real Madrid ukoll qed isegwu mill-viċin il-progress ta' dan il-goalkeeper li għalkemm għadu ta' età ferm żgħira mistenni jiswa lil min se jkun qed jingaġġah somom esorbitanti ta' flus. MANUEL PELLEGRINI - Crystal Palace kellhom taħdidiet mal-manager Manuel Pellegrini biex jieħu post Sam Allardyce bħala manager. L-ex kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż, Allardyce, ħalla t-tmexxija ta' Crystal Palace wara li wassalhom biex iżommu posthom mal-elite tal-football Ingliż, u issa huma xeħtu ħarsithom fuq il-manager ta' 63 senau ex kowċ ta' Manchester City, Manuel Pellegrini, biex jiggwidahom bħala coach fil-futur. MARCO ASESNIO - Marco Asensio qed jikkunsidra li jħalli lil Real Madrid fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin b'Juventus u Arsenal jinsabu interessati fl-akkwist tiegħu. Dan l-attacking midfielder ta' 21 sena ingħaqad mal-Galacticos mingħad Mallorca tliet snin ilu u irriżulta bħala plejer ferm promettenti iżda ftit li xejn ġie utilizzat minn Real Madrid. Huwa jixtieq li jilgħab b'mod iktar regolari u jekk Real Madrid jagħżlu li jiffirmaw iktar plejers li jilagħbu propju fl-istess pożizzjoni tiegħu, huwa mhux se jkollu għażla oħra ħlief li jingħaqad ma' xi tim ieħor possibilment ma' Arsenal jew Juventus. DOMINIC SOLANKE - Chelsea se jkunu qed jitolbu s-somma ta' £10 miljuni mingħand Liverpool bħala kumpens għal Dominic Solanke. Dan l-attakant ta' 19-il sena jinsab lest biex jingħaqad mar-Reds immexxija mill-kowċ Jurgen Klopp, iżda t-tim minn Merseyside irid iħallas lil Chelsea wara li kienu huma li rawmu lil dan il-plejer fl-akkademja tagħhom. Ir-Reds qed joffru s-somma ta' £3 miljuni li hija inqas mis-somma inizjali mitluba minn Chelsea ta' £8 miljuni, iżda issa huma se jkunu qed jitolbu s-somma ta' £10 miljuni wara l-irwol vitali li dan il-plejer kellu fir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja ta' taħt l-20 sena mill- Ingilterra ANDREA BELOTTI - Manchester United għadhom m'għamlux offerta uffiċjali għal Andrea Belotti hekk kif jidher li huma ma jinsabux f 'pożizzjoni biex iħallsu l-klawżola tar-release ta' dan il-plejer li tammonta għal €100 miljun. Belotti ilu jissemma' li jista' jingħaqad ma' Manchester United, iżda kollox qed jindika li l-prijorità assoluta fil-preżent tar-Red Devils hija dik li jakkwistaw lill-attakkant ta' Real Madrod, Alvaro Morata.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 June 2017