Illum previous editions

illum 25 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 | illum Opinjoni 17 L -applikazzjoni ta' żvilupp (PA3592/16) biex tinbena Dar għall- Anzjani bejn in- Naxxar u Ħal Għargħur biex tinbena Dar għall-Anzjani kellha tkun diskussa mill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar nhar il-Ħamis. Il-laqgħa pubblika, iżda, kienet posposta madwar ħames sigħat qabel ma kellha ssir. Jista' jkun li hemm raġunijiet validi għal dan il-posponiment, imma s'issa dawn għad mhumiex magħrufa. Alternattiva Demokratika ilha x-xhur tagħti appoġġ lir-residenti fl-inħawi tas- sit propost għall-iżvilupp sa minn meta kien magħruf li saret il-proposta għall-bini ta' din id-Dar tal-Anzjani. Hemm bosta raġunijiet li jiġġustifikaw li wieħed jopponi din il-proposta għal żvilupp barra miż-żona ta' żvilupp. L-ewwel reazzjoni meta tkun rinfaċċjat bi proposta bħal din tkun dwar l-impatti diretti fuq il-komunità residenzjali. Dan jgħodd kemm għal dawk li jirriżultaw waqt il-fażi tal-kostruzzjoni kif ukoll dwar dawk li jirriżultaw meta d-Dar tal-Anzjani tkun qed tiffunzjona. Dawn l-impatti jinkludu l-istorbju u l-vibrazzjonijiet li jirriżultaw mit-tqattiegħ tal-blat, it- trabijiet eċċessivi kif ukoll il-fastidju ġenerali assoċjat ma' sit kbir ta' kostruzzjoni wara l-bieb. Meta mbagħad id-Dar għall-Anzjani tibda topera, it-traffiku ġġenerat f 'kull ħin, kif ukoll it-teħid tal-ispazju għall-parkeġġ preżentement użat mir-residenti huma fost ir-raġuniiet ewlenin li jintużaw biex jiġġustifikaw oppożizzjoni għall-proġett. Dawn huma kollha raġunijiet li jagħmlu ħafna sens, minkejja li, xi ftit jew wisq, hu possibli li jkunu mitigati. Imma fl-opinjoni tiegħi, anke qabel ma nikkunsidraw dan kollu għandu jkun emfasizzat li l-proposta biex tinbena Dar għall-Anzjani barra miż-żona tal-Iżvilupp bejn in-Naxxar u Ħal Għargħur hi oġġezzjonabbli fil-prinċipju. Mill-punt di vista ta' politika soċjali ma jagħmilx sens li nibqgħu ninkuraġixxu li niġbru lill-anzjani tagħna għall-kura fl-istituzzjonijiet bħad-Djar għall-Anzjani. Jagħmel iktar sens li ngħinu lill-anzjani tagħna biex ikunu jistgħu jibqgħu jiffurmaw parti integrali mill-komunità, ibbażati fi djarhom, flok ma jiċċaqilqu lejn il-periferiji tal- ibliet u l-irħula tagħna. Mela tajjeb, filwaqt li l-Ministeru tal-Politika Soċjali jinsisti fuq l-integrazzjoni tal-anzjani fil-komunitajiet fl-ibliet u l-irħula, l-awtorità b'responsabbiltà għall-ippjanar tal-użu tal-art tibqa' tiffaċilita s-segregazzjoni. Hu ovvju li m'hemmx koordinazzjoni. Tassew każ li l-id il-leminija ma tafx x'inhi tagħmel l-id ix-xellugija. Id-Djar għall-Anzjani fil- periferija tal-ibliet u l-irħula tagħna m'humiex sostenibbli u dan minħabba li barra li jinkoraġixxu s-segregazzjoni flok l-integrazzjoni tal- anzjani joħolqu wkoll deficit ambjentali. Dan iseħħ minħabba ċ-ċaqliq ta' numru ta' residenti miċ-ċentri tal- ibliet u l-irħula tagħna għaż- żona li sal-lum hi meqjusa bħala li hi barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ). Dan iwassal għal żieda fil-postijiet residenzjali vojta u fl-istess ħin ikompli jkabbar il-parti l-mibnija tal-pajjiż, bħal dak li qallu li m'għandniex biżżejjed art mibnija. Iċ-Ċensiment tal-2011 kien identifika li f 'Ħal Għargħur kien hemm 28.5% tal-proprjetà residenzjali vojta filwaqt li fin-Naxxar il-persentaġġ kien ta' 24.5%. Dawn in-numri jirreferu kemm għall-proprjetà residenzjali vojta s-sena kollha kif ukoll dik li hi vojta għal parti mis-sena biss. Bla dubju dawn iċ-ċifri kulma jmur qed imorru għall-agħar. Dan iwassal għat-tieni argument kontra l-proposta għall-bini ta' Dar għall- Anzjani barra miż-żona tal-Iżvilupp bejn in-Naxxar u Ħal Għargħur. Kif jista' jkun iġġustifikat il-bini ta' art barra miż-żona tal- iżvilupp meta anke l-proċess tal-applikazzjoni, huwa u jeżamina l-possibbilità ta' siti alternattivi wasal għall-konklużjoni li anke ġoż-żona tal-iżvilupp innifisha teżisti art li tista' tkun żviluppata mingħajr il- ħtieġa li wieħed imur ODZ? Jidher li bħala riżultat tal-kontroversja taż-Żonqor hemm min għadu ma tgħallem xejn. Naħseb li wasal iż-żmien li xi ħadd iġib l-Awtorità tal-Ippjanar f 'sensiha forsi tifhem ftit il- ħtieġa tal-konsistenza. Hu ovvju li ftit koordinazzjoni bejn il- Ministeri responsabbli mill- politika soċjali, l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli kien iwassal biex ikunu evitati l-iżbalji kollha f 'dan il-każ. Għad hemm ftit ċans. L-awtur hu Viċi Chairman ta' Alternattiva Demokratika. cacopardocarm@gmail.com, http://carmelcacopardo. wordpress.com Skont Cacopardo... Miż-Żonqor sa Ħal Għargħur: x'tgħallimna? Jidher li bħala riżultat tal- kontroversja taż-Żonqor hemm min għadu ma tgħallem xejn. Naħseb li wasal iż-żmien li xi ħadd iġib l-Awtorità tal-Ippjanar f 'sensiha CARMEL CACOPARDO

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 June 2017