Illum previous editions

illum 25 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 Sports 30 L-E.T. President ta' Malta Marie Louise Ċoleiro Preċa żżur l-ASMK f 'Ta' Qali TMIEM il-ġimgħa li għaddiet kien wieħed impenjattiv għall- Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi b'żewġ attivitajiet. Waħda saret is-Sibt 17 ta' Ġunju 2017 liema programm kien jikkonsisti fit-tiġrijiet bil-Muturi Motocross u Karozzi Autocross filwaqt li l-għada l-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 l-Assoċjazzjoni organizzat attività bil-Muturi Enduro. Din għalqet l-ewwel Kampjonat Nazzjonali minn erbgħa li l-ASMK għandha f 'dan l-istaġun, kollha sponsorjati mid- ditta ASMK Pasta Poiatti 2016/2017. Intant nhar is-Sibt 17 ta' Ġunju ġie organizzat is-seba' programm bil-Muturi Motocross u d-disa' programm bil-karozzi Autocross b'total ta 42 kompetituri li rreġistraw. Tard wara nofsinhar beda l-programm bil-muturi fejn fi Klassi A rajna taqtigħa kompetittiva bejn Clayton Camilleri u Paul Muscat, it-tnejn fuq muturi KTM. Fl-ewwel tiġrija uffiċjali tal-ġurnata rajna lil Muscat jagħmel bidu tajjeb tant li mar mill-ewwel fuq quddiem u baqa' jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu sal- aħħar biex spiċċa rebaħ din it-tiġrija segwit minn Camilleri u David Dimech fuq mutur Honda. Fit-Tieni tiġrija rajna għal darb'oħra ħruġ tajjeb minn Muscat tant li dan ħa t-tmun tat-tiġrija mill-ewwel segwit minn Camilleri b'dan tal-aħħar mill-ewwel beda jagħmel pressjoni fuq Muscat sakemm fit-tielet dawra Camilleri rnexxielu jieħu l-ewwel pożizzjoni u baqa' jiddefendiha sal-aħħar. Ir-riżultat finali tal- ġurnata wera lil Camilleri rebbieħ ta' Klassi A segwit minn Muscat u Dimech rispettivament. Riżultati oħra mill- Muturi Motocross kienu dawn: Fi Klassi B kellna lill Ryan Faenza fuq Mutur Yamaħa jirbaħ din il-klassi segwit minn Ludvick Muscat fuq mutur Honda. Fit-tielet post spiċċa Mark Mamo fuq mutur Yamaħa filwaqt li fir-raba' post spiċċa Michael Sant fuq mutur Ħonda. Fi Klassi Ċ rajna lil Josepħ Ażżopardi fuq mutur Yamaħa jirbaħ din il-klassi seġwit minn Luke Sħeldon fuq Kawasaki. Fil-Klassi Veterans rajna lil Paul Deguara fuq mutur KTM jirbaħ din il-klassi seġwit mill-aħwa Sant - William u Jethro li spiċċaw il-ġurnata fit-tieni u fit- tielet post rispettivament. Fir-raba' post daħal Vince Aġius fuq mutur Yamaha. Għall-ħabta tas-7pm, l-Assoċjazzjoni kellha żjara uffiċjali mill-Eċċellenża Tagħħa, il-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca. Matul din iż-żjara, il-President ta' Malta iltaqgħet mal- Eżekuttiv u l-membri tal-Assoċjazzjoni kif ukoll għamlet kelmtejn tal- okkażjoni fejn irrinġrazzjat lil kull min jagħti s-sehem tiegħu biex il-Malta Community Chest Fund Foundation inkomplu nżommuha ħajja ħalli tkun tista' tġħin lil kull persuna li jkollha bżonn l-għajnuna u din tingħata mill-ewwel. Il-President saħqet li r-rata tal-mard tal-kankru qed tikber u meta r-rata tal-mard tikber it-talbiet ikomplu jiżdiedu. Il- President tal-Assoċjazzjoni s-Sur Frans Deguara ppreżenta lill-President ta' Malta s-somma ta' €1680 li nġabret waqt attività f 'Jannar li għadda li normalment issir fl-aħħar Ħadd qabel il-Milied iżda minħabba l-maltemp din id-darba l-attività saret f 'Jannar tal-2017. Is-Sur Deguara qal li din hija t-22 sena li l-Għaqda ASMK orġanizzat attività b'riżq il-MCCF Foundation u mistennija tkompli tagħmel dan fis-snin li ġejjin. Wara din iċ- ċerimonja l-President ta' Malta għamlet ftit ħin issegwi l-isports li jiġi organizzat mill-ASMK f 'dan il-kumpless. Intant l-Assoċjazzjoni kompliet bil-programm fejn taħt id-dawl artifiċjali li jdawwal il-korsa tal- karozzi Autocross ingħata bidu għall-programm tal-karozzi fejn rajna liż-żewġ klassijiet - dik tal-Autocross Modified u tal-Klassi Standard jikkompetu. Matul il-heats tal-ġurnata rajna lil Karl Miċallef fuq Ford Fiesta u Gordon Johnson fuq Opel Ċorsa jirbħu l-ogħla punteġġ tal-ġurnata biex issiġillaw posthom fil-finali ta' Klassi A. Ma' dawn ikkwalifikaw Vince Farrugia fuq VW Polo, Jean Paul Greċh fuq Peuġeot 106, Josepħ Micallef u Terence Azzopardi - it-tnejn fuq Opel Corsa. Minkejja li l-finali diġà saret, il-Kumitat żamm ir-riżultat milli jkun finali sakemm jiltaqa' l-Bord tad-Dixxiplina u jiddeċiedi fuq inċident li seħħ waqt l-istess finali. L-istess bord ukoll kellu jiltaqa' qabel din l-attvità biex jiġi deċiż każ ieħor li ġara fil-21 ta' Mejju li għadda waqt il-finali Klassi Autocross Standard fejn l-istess bord issospenda lil Johann Vella - kompetitur b'karozza Opel Nova wara li rriżulta li dan kellu sewqan mhux skont ir-regolamenti tal- Autocross. Għaldaqstant, Vella spiċċa tilef ir- riżultat finali tal-21 ta' Mejju kif ukoll ġie sospiż minn attività oħra tal-Kampjonat. Il-Bord tad-Dixxiplina mistenni jiddeċiedi fuq l-aħħar każ fil-jiem li ġejjin. Riżultati oħra li kellna mis-Sezzjoni Autocross rajna li fil-Finali Klassi B Autocross Modified fl- ewwel post spiċċa Chris Aqulina fuq Opel Corsa segwit minn Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova u Jurgen Mallia fuq Honda Civic. Fir-raba' post daħal Jonatħan Vella fuq Ford Fiesta. Mill-Finali Autocross Standard kellna dawn ir- riżultati: Melvin Buttiġieġ fuq Citroen AX rebaħ din il-finali segwit minn Nicovich Chircop fuq Peuġeot 106 u Deane Farrugia fuq Citroen AX. Fir-raba' post daħal Karl Scicluna fuq Peuġeot 106. Intant, l-attività li jmiss mistennija nhar is-Sibt 1 ta' Lulju 2017 bil-Karozzi Autocross u l-Muturi Motocross u Trials. Il- programm jibda fit-3pm. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni, www. asmk.org.mt, jew fil- paġni ta' Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel ukoll kuntatt bl-email fuq l-indirizz elettroniku, info@asmk.org.mt. President ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca imkien ma' uċjali tal-ASMK

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 June 2017