Illum previous editions

illum 25 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 Films Mir-raġel brimba għall-buffi tat-terrur...x'hemm Carmel Bonnici F'dan iż-żmien tas-sena,id-distributuri lokali KRS Releasing Ltd., juru lilna l-kritiċi t-trailers ta' di- versi films li se joħorġu fix-xhur tas-sajf. Mill-aħħar ġimgħa ta' Ġunju sal-aħħar ġimgħa ta' Settem- bru mistennija jintwerew madwar 34 produzzjoni. Il-kumpaniji maġġuri ta' Hollywood iħallu l-aħjar prodott tagħhom għal dan iż-żmien u ħafna minnhom joħorġu hawn fl-istess ġimgħa. Dawn ikopru xogħlijiet ta' diversi temi u ġeneri, bl-aktar popolari jkunu l-blockbusters tas-super- eroj u l-films animati; warajhom il-kummiedji spinti u anki dawk tal-biża' u t-twerwir. Il-blockbusters Iż-żagħżugħ Peter Parker [ir-Raġel Brimba], osservat mill-għalliem tiegħu Tony Stark [alias Iron Man], se jittestja l-poteri tiegħu kontra l-ħażin Vulture fi 'Spider-Man: Homecoming'. Ix-xadini li ħadu pussess tal-pjaneta jkunu attakkati minn kurunell kattiv u Caesar, il-kap tagħhom, f 'War For the Planet Of The Apes' se jimbarka fuq vendetta. Mid-direttur viżżjonarju Luc Besson jasal 'Valerian and the City of A Thousand Planets', blockbuster ambjentat fil-wesgħat imbiegħda tal-univers. Mit- Tieni Gwerra Dinjija nerġgħu nfakkru l-qilla li sofrew is-suldati alleati tturufnati fix-xtut ta' 'Dunkirk'. Ambjentat 20,000 sena ilu 'The Solutrean' jirrakkonta d-diffikultajiet li jiltaqa' magħhom żagħżugħ li jgħix f 'għar u li jrid imur lura f 'daru. Xogħlijiet oħra ta' natura elaborata huma 'American Made', l-istorja vera ta' imbruljun u pilota li jintbagħat fuq missjoni sigrieta mis-CIA, b'Tom Cruise fil-parti ewlenija u 'Atomic Blonde' aġenta sigrieta f 'intriċċi impossibbli. Il-films animati Dawn il-films qed jiżdiedu fil-produzzjoni tagħhom. Kaxxa maġika se ssalva ċirklu mill-falliment f ''Animal Crackers'; żewġ ċajtiera gwappi jippnotizzaw lill-prinċipal tagħhom li jaħseb li hu r-redikolu 'Captain Underpants'. 'The Emoji Movie: Express Yourself ' hi kummiedja animata li sseħħ ġo 'smartphone'. L-avventuri eċċitanti ta' Adam, adolexxenti mhux normali, insegwuhom f ''The Son of Big Foot', li jsib li hu t-tifel tal-kreatura misterjuża, Big Foot. Dawn ix-xogħlijiet tant qed jagħmlu suċċess li qed inisslu ħafna 'sequels', bħal 'The Nut Job 2: Nutty By Nature' fejn l-iskwirril u sħabu jiġġieldu mas-Sindku biex post għal-lapert ma jinbeniex u jsir lok perikuluż tad-divertiment. 'Cars 3' jurina lill-karozza Lightning McQueen teħodha ma' oħrajn tat-tiġrija u aktar avventuri jistennew lil Gru u Lucy u l-Minions f ''Despicable Me 3' Il-kummiedji 'The Big Sick' dwar in-namur bejn kummidjant Pakistani u Emily, studenta li ggradwat, iġib ħafna klaxx ta' kulturi; erba' tfajliet Afrikani/Amerikani jmorru fuq vjaġġ f ''Girl Trip' li fih minn kollox; f ''The House', Scott u Kate jitilfu l-fondi tal- kulleġġ ta' binthom u b'desperazzjoni fuqhom jaraw kif se jakkwistaw il-flus lura; ħamest ibniet tal-qalb jerġgħu jingħaqdu wara 10 snin għall-'weekend' memorabbli f ''Rough Night'. It-thrillers tal- azzjoni Mitch Rapp, rekluta iswed tas-CIA kien imħarreġ biex jinvestiga mewġa ta' attakki fuq miri tal-militar u ċivil f ''American Assassin'; suldat ferut tal-għadu fil-Gwerra Ċivili Amerikana jfittex kenn fi skola ta' tfajliet u jqanqal tensjoni sesswali u perikuluża bejniethom f;'The Beguiled'. Clint Eastwood kien il-protagonist tal-film tal-1971 u hawn naraw lil Colin Farrell. Id-direzzjoni din id-darba hi ta' Sofia Coppola li żgur se tkun distinta minn dik oriġinali tal-'macho' Don Siegel. 'The Hitman's Bodyguard! hu dwar l-aqwa protettur tad-dinja li jkollu klijent ġdid. L-aġent magħruf bħala Kingsman jiskopri organizzazzjoni ta' spiji fl-Istati Uniti u flimkien jingħaqdu biex jegħlbu għadu komuni f ''Kingsman: The Golden Circle'.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 June 2017