Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480
Minn Albert Gauci Cunningham FIDDISKORS tal-President Marie Louise Coleiro Preca li mmarka l-ftuħ tat-13-il Leġiżlatura kienu bosta l-kwistjonijiet issottolineati, imma b'mod partikolari l-kwistjoni tal-faqar u l-kirjiet privati. Iż-żieda astronomika fil-valur tal-kirjiet privati hija kwistjoni li telgħet fuq nett tal- aġenda politika-soċjali tal-pajjiż fl-aħħar leġiżlatura, b'mod speċjali wara proposti ta' Yana Mintoff li kienet żvelat din il-gazzetta stess nhar il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 għal miżuri li jikkontrollaw il-prezzijiet tal-kirjiet privati. Fid-diskors tal-President, li kien qed jippreżenta l-viżjoni ta' Gvern Laburista għall-ħames snin li ġejjin, il-faqar jissemma' xejn inqas minn seba' darbiet u jkun rinforzat bħala wieħed mill-prijoritajiet ta' dan il-Gvern fosthom billi jindirizza l-problema ta' persuni li qed jgħixu f 'kirja privata. Fil-fatt l-istess diskors tal-bieraħ afferma l-wegħda Laburista li apparti li jissaħħaħ s-sussidju li diġà qed jingħata, f 'din il-leġiżlatura kull kuntratt ta' kirja għal residenza prinċipali jrid jorbot il-partijiet għal mhux inqas minn tliet snin. Il-viżjoni tal-Gvern titfa' bħala prijorità wkoll il-qtugħ għal kollox tal-lista ta' stennija għal dawk li qed jistennew housing soċjali. Il-lista ta' stennija ilha tiżboq it-3,000 applikazzjoni sa mill- 2013 u diversi deputati li tkellmu ma' din il-gazzetta f 'dawn l-aħħar sentejn dejjem qalu li l-housing huwa l-aktar ilment komuni li jiltaqgħu miegħu meta jħabbtu l-bibien tan-nies. Kienet din il-gazzetta wkoll li lura fl-20 ta' Marzu 2016 żvelat kif proġett ta' €50 miljun f 'housing soċjali se jkun imqassam fuq 16-il sit madwar il-pajjiż. Il-proġett għadu fi stadju bikri ħafna, b'xi siti jaraw l-ewwel xogħol ta' tħaffir. Nr 558 • 25 ta' Ġunju 2017 www.illum.com.mt €1.00 NEWSPAPER POST Muscat jimmira li jaqta' l-lista tal-'housing' Il-problema tal-kirjiet għoljin, il-faqar u l-għaqda fost il-prijoritajiet ewlenin ta' Gvern Laburista Tkompli f 'paġna 8 Tkompli f 'paġni 10-11 'Jien qatt ma kont involut f 'xi allegazzjonijiet, fondati jew mhumiex' F'INTERVISTA li qed tidher f 'din il-ħarġa, il-Ministru Chris Fearne, kandidat għall-kariga ta' Deputat Mexxej tal-PL u allura għal Deputat Prim Ministru, jisħaq illi fil-konfront tiegħu qatt ma saru allegazzjonijiet, "fondati jew mhumiex u din naħseb li hija xi ħaġa importanti fil-klima tal-lum." Fearne qal dan meta kien mistoqsi x'jaħseb li huma l-kredenzjali tiegħu biex ikun fil-kariga li għaliha se ssir elezzjoni bejn it-13 u l-15 ta' Lulju li ġej. Mistoqsi jekk din l-elezzjoni hix pass eqreb lejn ambizzjoni li jkun Mexxej tal-PL, Fearne jiċħad u jgħid li hu se jibqa' jħeġġeġ lill-PM Joseph Muscat biex idawwar fehmtu, jibqa' Prim Ministru u jmexxi lill- PL fl-elezzjonijiet ġenerali li jmiss. (Din hija l-ewwel minn serje ta' tliet intervisti mal- kontestanti għall-kariga ta' Deputat Mexxej tal-PL) Festa ta' Films għalikhom dan is-Sajf Ara paġni 14 u 15