Illum previous editions

illum 6 august 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 | illum 19 Opinjoni 19 X i żmien ilu, fil- gazzetta Leħen Is-Sewwa kont ktibt artiklu dwar it-talba li saret mill-għaqda tal- omosesswali Maltin biex it-terapija tal-konverżjoni mill-omosesswalità għall- eterosesswalità tkun dikjarata illegali. Fil-kitba tiegħi kont stqarrejt li min hu omosesswali m'għandux ikun imħajjar, wisq inqas imġiegħel ma jibqax omosesswali. Kont għidt ukoll li l-persuni omosesswali għandhom ikunu rispettati u aċċettati fis-soċjetà, fuq kollox fil- familja tagħhom. Imma żidt ngħid li jien nagħraf ukoll li fost l-omosesswali hemm persuni li huma mħawda dwar in- natura tagħhom. Hemm minnhom li mhumiex kuntenti bis-sitwazzjoni tagħhom għax bħal ħuthom u bħal ħbiebhom jixtiequ jkollhom familja bħal tagħhom. U lanqas ma jħossuhom imkabbra li jħossuhom omosesswali u mhux eterosesswali bħall- kotra tan-nies li jafu. Mistoqsija U kont għamilt il- mistoqsija: Jekk persuna omosesswali titlob l-għajnuna biex tingħatalha terapija li biha ssir eterosesswali, għandu wieħed jagħlqilha l-bieb u jgħidilha "Ma nistax ngħinek għax skont il-liġi din l-għajnuna hija illegali?" Hawnhekk semmejt il-klinika ta Dr. Alfred Messer, psikjatra prattikanti u psikanalista, għalliem fl- Università ta' Columbia, li għandu klinika psikoanalista fi New York, kap tar-riċerka dwar il-familja u għandu wkoll esperjenza fl-istitut tas-saħħa mentali fl-istat ta' Georgia. Kif jaħsibha dan it-tabib? Dr. Messer ma jaqbilx mal-idea li ladarba int omosesswali bilfors tibqa' omosesswali. Huwa jemmen f 'terapija li tinvolvi l-membri kollha tal-familja, għax jemmen li l-omosesswalità hi sintomu tad-diżordni li tkun għaddejja fil-familja. Għalhekk l-għajnuna trid tingħata fil-livell ta' familja. Mhux biss fl-Amerika, it- terapija mill-omosesswalità għall-eterosesswalità hija legali. Anke fl-Ingilterra dit- terapija hija legali għax dan l-aħħar tul ix-xahar ta' Lulju, il-legalità tagħha kienet fl- aħbarijiet. Fil-gazzetta Ingliża The Sunday Times tat-2 ta' Lulju 2017 dehret l-aħbar li Jayne Ozanne, attivista Evanġelika omosesswali ressqet mozzjoni fis- Sinodu Ġenerali tal-Knisja Anglikana biex tikkundanna t-terapija tal-bidla għax din timplika li l-omosesswalità hija diżordni. F'Jannar li għadda tkellmu wkoll kontra t-terapija l-Kulleġġ Rjali tat-Tobba u s-Soċjetà Psikoloġika Ingliża. Mike Davidson: terapista Fi tweġiba għal din il- mozzjoni William Nye, segretarju ġenerali tal- Arċisqof ta' Canterbury, Justin Welby, stqarr li issa jmiss lit-terapisti li huma mdaħħlin f 'din it-terapija biex jagħtu l-fehma tagħhom. Dlonk wieġeb wieħed mit-terapisti li qiegħed f 'dan il-qasam li mhux biss għandu ħafna esperjenza imma hu stess kien talab l-għajnuna ta' din it-terapija fil-ħajja miżżewġa tiegħu. Dan it-terapista huwa Mike Davidson, li għandu 62 sena u li jgħid li ta t-terapija lil 300 klijent. Hu jistqarr li minn dawk li talbu l-għajnuna għax ma kinux kuntenti fil-ħajja sesswali tagħhom, hemm terz minnhom li llum huma eterosesswali; hemm terz ieħor li għażlu ċ-ċelebat, u t-terz l-ieħor ma ssoktawx bit-terapija li kienu qed jingħataw. Fost dawn il- klijenti kien hemm għadd żgħir minnhom li ntbagħtu għandu permezz tal-Knisja Anglikana. Davidson ma jaqbilx mal- idea li dit-terapija tissejjaħ 'terapija ta' konverżjoni', bħallikieku hemm swiċċ li bih daqqa tkun omosesswali u oħra tkun eterosesswali, daqshekk sempliċi: "Jiena nemmen li l-bnedmin huma flessibbli ħafna fid-direzzjoni li kapaċi jieħdu." Hu sab diffikultajiet biex isir tabib kwalifikat u għalhekk joffri s-servizzi tiegħu mingħajr ħlas. Fl-inkjesta tagħha, Ozanna qalet li 97% ta' dawk li wieġbu qalu li rċevew it-terapija meta kellhom inqas minn 30 sena u kważi nofshom meta kellhom inqas minn 17-il sena. "Nagħraf ukoll li fost l-omosesswali hemm persuni li huma mħawda dwar in-natura tagħhom. Hemm minnhom li mhumiex kuntenti bis- sitwazzjoni tagħhom għax bħal ħuthom u bħal ħbiebhom jixtiequ jkollhom familja bħal tagħhom" Meta l-omosesswali juru xewqathom DUN ANG SEYCHELL

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 august 2017