Illum previous editions

illum 6 august 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol ANGEL DI MARIA - Il-winger ta' PSG Angel Di Maria ġie identifikat bħala akkwist potenzjali għal Barcelona dejjem jekk jitilfu lil Neymar li qed jissemma' li jista' jingħaqad mal-Pariġini għas-somma inkredibbli ta' £222 miljun. Dan għalkemm fil-jiem li għaddew Gerard Pique ħabbar li Neymar mhux se jkun qed jiċċaqlaq minn mal-Katalani. ALEXIS SANCHEZ - Manchester City se jkunu qed jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex jakkwistaw lil Alexis Sanchez. Il-futur ta' dan l-attakkant miċ-Ċili ġie mqiegħed f 'dell ta' dubju matul il-jiem li għaddew meta huwa rtira mit-taħriġ tal-Gunners fejn afferma li ħassu ma jiflaħx. U waqt li l-Gunners qed jistennewh li jirritorna magħhom fil-pre-season ġaladarba jirkupra saħħtu lura, somma rrapurtata ta' £320,000 fil-ġimgħa mingħand Manchester City hija mistennija li titfa' iktar pressjoni fuq Arsenal biex iċedu lil Alexis Sanchez li fadallu biss sena kuntratt mal-Gunners. GYLFI SIGURDSSON - Everton għamlu t-tieni offerta għall-attakkant mill-Iżlanda ta' Swansea City, Gylfi Sigurrdsson, fejn din id-darba offrew is-somma ta' €45 miljun. Dan għalkemm l-Iswans qed jitolbu €50 miljun, iżda l-manager Olandiż ta' Everton Ronald Koeman qed jittama li somma ta' €40 miljun flimkien ma' €5 miljuni oħra f 'bonuses tkun biżżejjed biex tipperswadi lil Swansea City biex ibigħu lil dan il-player lit-Toffess. COUTINHO, HAZARD U DELE ALLI - Barcelona se jkunu qed ifittxu li jakkwistaw lil wieħed mill-players bejn Philippe Coutinho, Eden Hazard jew Dele Alli biex jieħu post Neymar. Il-ġganti Katalani kulma jmur qed jippreparw għal wara t-tluq ta' Neymar, li jidher destinat li jħalli lill-Katalani. Barcelona għandhom stima kbira ta' dawn it-tliet plejers imsemmija fejn għalkemm huwa ferm diffiċli li wieħed jimla l-vojt ta' Neymar, qed jitqiesu bħala kandidati idonei biex iħallu mpatt ma' Barcelona. ANDER HERRERA - Barcelona jidher li se jkunu qed jitħabtu bis-sħiħ biex jakkwistaw lill-player ta' Manchester United Ander Herrera hekk kif ir-Red Devils b'dan il-plejer fadallu biss sena kuntratt ma' Manchester United u qed jitqies bħala tragward ewlieni għal Manchester United. Iżda Jose Mourinho qed iqis lil dan l-eks plejer ta' Athletic Bilbao bħala ċentrali fil-pjanijiet tiegħu, b'taħdidiet rigward tiġdid tal-kuntratt tiegħu jidhru li diġà bdew fl-Istati Uniti hekk kif Manchester United qed jagħmlu minn kollox biex iżommuh magħhom. ANTOINE GREZMANN - Barcelona jistgħu jagħmlu offerta għall-istilla ta' Atletico Madrid Antoine Griezmann dejjem jekk Neymar iħalli lill-Katalani biex jingħaqad ma' PSG. Rapporti qed jindikaw li l-Blaugrana għamlu lista ta' players potenzjali li jistgħu jieħdu post Neymar u li tinkludi plejers bħal Philippe Coutinho u Paulo Dybala. Madankollu, Antoine Griezmann li tant impressjona bil-flokk ta' Atletico Madrd matul l-istaġun li għadda qed jitqies bħala l-aħjar għażla minħabba li jiswa l-inqas. RAFINHA - Liverpool qed isegwu mill-viċin il-progress tal-midfielder ta' Barcelona Rafinha. Dan biex huwa jimla l-vojt ta' Philippe Coutinho, dejjem jekk dan jagħżel li jħalli lir-Reds biex jingħaqad ma' Barcelona. Arsenal u Tottenham Hotspur ukoll xeħtu l-interess tagħhom fuq Rafinha hekk kif dan l-imsemmi player igawdi stima kbira kemm minn Arsene Wenger kif ukoll minn Mauricio Pochetino. minn Cristian Antony Muscat ARTURO VIDAL - Inter għamlu lill-plejer miċ-Ċili ta' Bayern Munich Arturo Vidal bħala t-tragward numru 1 għalihom matul dan is-sajf u qed jippreparaw offerta ta' €50 miljun. Bayern Munich jixtiequ jżommu lil dan il-plejer ta' 30 sena u qed ifittxu li joffrulu kuntratt ġdid, iżda qed jiġi rrapurtat li mhumiex ippreparati li jgħollu s-salarju ta' dan il-plejer b'mod konsiderevoli. CHRISTIAN PULISIC - Dejjem jekk jitilfu lil Philippe Coutinho biex jingħaqad ma' Barcelona, Liverpool mistennija jixħtu ħarsithom fuq il-player ta' Borussia Dortmund Christian Pulisic. Il-Katalani qed isegwu l-progress ta' Coutinho bħala dak li jista' jieħu post Neymar, dejjem jekk dan tal-aħħar jagħżel li jingħaqad ma' PSG għas-somma ta' £222 miljun. Għalkemm ir-Reds digà ħabbru li Coutinho ma jinsabx għall-bejgħ, huwa rrapurtat li dan il-plejer se jkun qed isaqsi għal trasferiment, u jekk dan iseħħ, huma se jkunu qed jagħmlu offerta għall-plejer internazzjonali Amerikan ta' 18-il sena.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 august 2017