Illum previous editions

illum 6 august 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Paceville: kriżi jew eseġerazzjonijiet? P aceville dejjem kien u dejjem se jibqa' - aħbarijiet u l-ebda bakketta maġika mhi se twassal biex jieqaf il-ġlied kollu, jew is-sokor kollu jew kull avveniment li jwassal għal kunitt. Il-fatt jibqa' li Paceville huwa post illi fih jinġabru eluf ta' żgħażagħ u persuni ta' etajiet differenti. Kongregazzjoni kbira ta' nies minn kull pajjiż, kultura, razza u sfond soċjali. Fil-fatt Paceville, minnu nnifsu huwa post illi fih id- distinzjoni ta' kulur, nazzjon, sfond u klassi soċjali, xi ftit jew wisq jisfumaw fix-xejn. Għaliex? Għax għajr għal ftit stabbilimenti huwa post li fih hemm xelta kbira ta' stabbilimenti li mhumiex esklussivi għal grupp ta' nies u f 'ħafna mill-istess stabbilimenti d-dħul huwa b'xejn. Fil-fatt, minkejja kull riklam ħażin li jingħata, Paceville xorta jibqa' uniku mhux f 'Malta biss, imma fl- Ewropa. Għajr għal postijiet bħal Ibiża, gżira riservata kważi esklussivament għad-divertiment, Paceville joffri wieħed mill-ftit postijiet illi fih persuna tista' tmur minn klabb/ bar għall-ieħor b'libertà, fi ftit sekondi u mingħajr ma jkollha għalfejn tħallas biex tidħol. Dan huwa differenti f 'ħafna bliet Ewropej oħrajn fejn minkejja xena tad- divertiment vibranti, ħafna mill-klabbs jiswew ħafna flus biex tidħol fihom jew inkella huma 'l bogħod minn xulxin tant li tkun teħtieġ xi forma ta' trasport biex tivvjaġġa bejn wieħed u ieħor. Dan mhux il-każ f 'pajjiżna, li jagħmel minn Paceville post attraenti għall-eluf ta' turisti żgħażagħ li jiġu pajjiżna kull sena. Minkejja dan u minkejja li post bħal Paceville, ħobbu jew obogħdu, huwa 'selling point' qawwi għal pajjiżna, jidher illi għadna 'l bogħod milli nagħmlu sostenibbli dak li għandna llum. Huwa pożittiv li kif qed nirraportaw illum fuq il-faċċata tal-gazzetta, il- Pulizija se tkun qed twettaq eżerċizzju ta' infurzar qawwi biex ikun aċċertat li f 'dawn il-ġimgħat illi matulhom jiżdiedu l-parties u x-xorb, u lil hinn ukoll, ma jkunx hemm persuni taħt l-età ta' 17-il sena li jiffrekwentaw stabbilimenti li mhux suppost jiffrekwentaw. Huwa pożittiv ukoll li wara l-istorja fuq din il-gazzetta ta' nhar il-Ħadd li għadda wkoll illi fiha sid ta' stabbiliment sostna li kulħadd għadu fid-dlam dwar pjanijiet ta' sigurtà għal Paceville, proposti sentejn ilu, il- Ministru Carmelo Abela fil- fatt irreaġixxa u saħaq illi fil- fatt ġie ppreparat dokument dwar din il-materja. Dan kollu huwa importanti. Huwa importanti li tirrenja l-ordni, li jkun hemm biżżejjed pulizija fuq il-post u li jkun hemm pjan ħolistiku dwar il-lokalità. Pereżempju, ġie mressaq MasterPlan għal Paceville. Pjan li kien fih it-toqob, kien fih ċerti deċiżjonijiet li ma kinux ikkomunikati tajjeb biżżejjed u oħrajn li forsi setgħu qajmu suspett ta' interessi ulterjuri, suspetti reali jew mibnijin fuq il-perċezzjoni. Imma għax il- MasterPlan ta' Paceville kellu punti li qajmu kontroversja ma jfissirx li għandna nidfnuh u mmewtuh. Jagħmel żball il-Gvern jekk jabbanduna l-idea ta' MasterPlan, minħabba illi fl-ewwel attentat li qatt sar biex din il-lokalità tingħata xi forma ta' nifs ġdid, saret ħafna kritika, ħafna minnha ġustifikata. Fejn kienu se jintmessu proprjetajiet jew stabbilimenti, il-Gvern jeħtieġ imur 'back to the drawing board', jeħtieġ ibiddel. Min-naħa l-oħra jeħtieġ jieqaf jipprova jbiddel it-tessut tal-post biex minn post għal dawk li jħobbu joħorġu jew imorru klabb isir post esklussiv, simili għal dawk li nsibu fi bliet Ewropej. Jekk nagħmlu hekk inkunu qridna dak li jagħmel din il-lokalità differenti minn oħrajn. Madanakollu xorta neħtieġu pjan għal Paceville. Neħtieġu pjan għall-parkeġġ, pjan li jinċentiva investiment ġdid f 'din il-lokalità bi stabbilimenti ġodda li joffru xi ħaġa differenti, pjan għall-immaniġġjar tal-iskart, pjan ta' sigurtà, pjan ta' mmaniġġjar tat- traffiku, pjan għal spazji miftuħin fl-istess lokalità u pjan biex ir-residenti ta' Paceville jkollhom l-għodda biex isemmgħu leħinhom u jitolbu kumpens fejn dan ikun mistħoqq. Il-bajja ta' San Ġorġ għandha bżonn titkabbar billi jiżdied l-ammont ta' ramel fiha (li wara kollox tpoġġa hemm u mhuwiex naturali) u b'hekk tkun tiflaħ għad- domanda eseġerata li diġà hemm għaliha. Hemm bżonn ta' klinika għal dan il-post, għassa preċiżament għal Paceville u anke post pubbliku, imma miżmum u kkontrollat, fejn persuna tista' tmur taqdi l-bżonnijiet tagħha. Bil-fataliżmu se nibqgħu eżatt fejn qegħdin. Ingergru meta jiġri xi ħaġa, nimlew il-paġni tal-gazzetti, naħilfu li se nbiddlu u nibqgħu eżatt fejn ilna snin fuq snin, kollox bil-'management by crisis'. Nappellaw lill-Gvern u l-Oppożizzjoni biex dwar dan is-suġġett ukoll jipprovaw ipoġġu bilqiegħda u jaraw kif l-attentat ta' MasterPlan għal Paceville, ikun suċċess. Jew hekk, jew inkella l-istatus quo. Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 august 2017