Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 Minn Albert Gauci Cunningham FI tliet xhur biss, bejn April u Ġunju ta' din is-sena 37 tifel u tifla ta' taħt l-10 snin kienu involuti f 'aċċidenti tat-traffiku. Minn dawn it-tfal, ħames persuni saħansitra sofrew ġrieħi gravi, 29 sofrew ġrieħi ħfief u tliet persuni oħra sofrew minn ġrieħi 'insinifikanti'. B'kollox kien hemm 76 persuna li għalkemm taħt l-età permessibbli biex persuna issuq, xorta spiċċaw vittmi ta' aċċident tat- traffiku hekk kif 39 persuna oħra, din id-darba bejn il-11 u s-17-il sena kienu involuti f 'aċċident tat-traffiku. Dan jirriżulta minn statistika ppubblikata mill- Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika (NSO) illi turi wkoll kif l-aktar grupp ta' età illi fiha kien hemm persuni li kienu involuti f 'aċċident tat-traffiku kienu dawk ta' bejn is-26 u d-59 sena, b'279 persuna involuta f 'aċċident ta' traffiku, waħda minnhom saħansitra titlef ħajjitha. Minn dawn 47 persuna sofrew minn ġrieħi gravi filwaqt li 219-il persuna sofrew minn ġrieħi ħfief. Fl-istess statistika jirriżulta li l-aktar lokalità illi fiha seħħew inċidenti kienet Birkirkara, li tinkorpora fiha diversi toroq traffikużi, fosthom; dik magħrufa bħala 'Valley Road', il-bypass ta' Birkirkara li minn tal-Qroqq tieħdok ħdejn ir-roundabout, Psaila Street kif ukoll, il-bypass ta' Fluer De Lys. F'Birkirkara seħħew 7.5% tal-aċċidenti kollha li seħħew madwar il-pajiż. It-tieni lokalità illi fiha saru ħafna inċidenti tat- traffiku kienet Ħal Qormi, b'5.4% tat-total. Din il-lokalità wkoll tinkludi ħafna toroq traffikużi, fosthom il-bypass li tieħdok lejn Ħaż-Żebbuġ, Triq Manwel Dimech fejn hemm supermarket partikolari u anke t-toroq li jgħaqqdu din il-lokalità ma' oħrajn bħall-Ħamrun u Birkirkara. It-tielet lokalità illi fiha saru l-aktar aċċidenti tat-traffiku kienet San Pawl il-Baħar. Din tinkludi fiha Buġibba, Qawra u anke Burmarrad u allura numru kbir ta' toroq residenzjali u anke arterjali. L-aktar ġurnata illi matulha seħħew aċċidenti, skont l-NSO hija l-ġurnata tal- Ġimgħa b'16.5%, bl-inqas tkun il-ġurnata tal-Ħadd b'9.7% tal-aċċidenti kollha li seħħew fil-pajjiż f 'dawn it- tliet xhur. Interessanti kif l-aktar ħin illi matulha seħħew aċċidenti kien fil-ħinijiet tas-siesta, jiġifieri bejn nofsinhar u t-3:00 p.m. Probabilment dik ix-xewqa għal nagħsa ħelwa fis-sigħat ta' wara nofsinhar, speċjalment fix-xhur sħan tas- sajf taffetwa l-konċentrazzjoni fis-sewqan bil-konsegwenza ta' rata ogħla ta' aċċidenti. Bejn April u Ġunju 2017, minn 4,080 aċċident, 931 seħħew f 'dawn il-ħinijiet tal- ġurnata. L-istess statistika turi illi għalkemm l-aktar tip ta' vettura li kienet involuta f 'aċċidenti kienet il-karozza, in-numru ta' muturi involuti f 'aċċidenti kien ta' 109, li huwa sinifikanti għax fit- toroq tagħna hawn bil-wisq aktar karozzi milli muturi. 37 tifel u tifla involuti f 'aċċidenti ta' traffiku fi tliet xhur biss F'każ minnhom il-vittma saħansitra sofriet ġrieħi gravi 37 tifel u tifla involuti f 'aċċidenti fit-toroq tagħna 'Il-bini ta' skola privata fuq art pubblika mhux mittiefsa jkun att ta' rgħiba bla mistħija' IL-MOVIMENT Graffitti jappoġġja bi sħiħ lir-residenti u l-kunsill lokali ta' Pembroke fl-oppożizzjoni tagħhom għall-iżvilupp insensat li qed jiġi propost fil-lokalità tagħhom. Pembroke bħalissa huwa mhedded mill-possibbiltà li ssir skola privata oħra li l-istruttura mostruża tagħha tinbena fuq art pubblika u naturali. Barra minn dan, saru diversi applikazzjonijiet sabiex jitwaqqgħu djar u jinbidlu fi strutturi b'sulari għolja. Qed ikun ukoll ikkunsidrat li tinbena triq bypass li tgħaddi minn ġo Pembroke. Il-Moviment Graffitti jgħid: "Jekk tinbena skola privata fuq art pubblika mhux mittiefsa, dan ma jkun xejn ħlief att ta' regħba bla mistħija. Spazji pubbliċi u miftuħa huma essenzjali għall-kwalità ta' ħajja diċenti tal-komunità, u iktar teħid t'art pubblika minn interessi privati jkun kompletament inaċċettabbli. Il-post ikkonċernat huwa wkoll xagħri mhux mittiefes, maġenb sit tan-Natura2000. Dan ifisser li din il-binja, barra li hija estetikament atroċi, se twassal ukoll għal dannu ambjentali konsiderevoli u irreversibbli. Il-Moviment Graffitti jgħid ukoll: "Malta hija maħkuma minn ġenn għall-bini bl-addoċċ li qed iħaxxen il- bwiet ta' ftit individwi, filwaqt li l-bqija tan-nies qed ikunu mġiegħla jgħixu fi spazji mimlija tniġġiż u konġestjoni. Iżda r-reazzjoni tar-residenti u l-kunsill lokali ta' Pembroke għal din it-theddida li l-lokalità tagħhom qed taffaċċja toffri tama lil dan il-pajjiż. Huwa biss billi norganizzaw rwieħna kontra dawn l-interessi l-kbar li nkunu nistgħu effettivament nirreżistu t-trasformazzjoni ta' Malta f 'pajjiż ikrah u bla ħajja." Il-Moviment Graffitti se jkun qed jattendi l-laqgħa organizzata mir- residenti nhar it-Tlieta 8 t'Awwissu fis-6 ta' filgħaxija fi Triq Gabriele Henin, u jħeġġeġ lill-pubbliku jipparteċipa wkoll.