Illum previous editions

illum 6 august 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 | illum Sports 29 Maradona favur it-teknoloġija fil-futbol L-EKS plejer leġġendarju Diego Maradona ammetta li l-gowl li skurja fil-partita tal- kwarti tal-finali tat- Tazza tad-Dinja tal-1986 kontra l-Ingilterra kien b'idu u qal li llum il- ġurnata dak il-gowl kien faċilment ikun imħassar grazzi għall-użu tat- teknoloġija. Dan l-aħħar bdiet tintuża s-sistema tal- VAR, il-Video Assistant Referee li hi sistema li tintuża fejn jidħlu għoti ta' penalties, jew gowls l-aktar meta r-referee jkun tilef il-pożizzjoni jew il- perspettiva tiegħu sabiex jiddeċidi fuq azzjoni simili. Il-VAR diġà intużat f 'Diċembru li għadda waqt it-Tazza tad-Dinja tal-FIFA għall-Clubs fil-Ġappun u xahar ilu ntużat waqt it-Tazza tal- Konfederazzjonijiet. F'kummenti li ta Maradona qal li jaqbel mal-użu tat-teknoloġija, anke jekk hemm ħafna li maqdru din is-sistema. "Kull meta nitkellem favur it-teknoloġija dejjem naħseb fil-gowl li skurjajt kontra l-Ingliżi. Forsi ftit jafu li fit-Tazza tad- Dinja tal-1990 jien ukoll kont użajt idi biex intajjar ballun minn fuq il-linja fil-logħba kontra l-Unjoni Sovjetika. Il-futbol ma jistax ma javanzax u minkejja li hemm ħafna li jgħidu li dan hu ħela ta' ħin imma dejjem aħjar jinħela ftit ħin milli jkun hemm inġustizzja," kompla jgħid Maradona. "It-teknoloġija tippremja lil dawk it-timijiet li jirriskjaw li jattakkaw." Ta' min jiftakar li fl-1986, l-Arġentina kienu għelbu lill-Ingilterra u fl-istess logħba Maradona kien skurja gowl ieħor li baqa' mfakkar bħala wieħed mill-aqwa gowls fl-istorja tal-futbol. It-tim Arġentin baqa' sejjer biex rebaħ il- kompetizzjoni. Filwaqt li Maradona ammetta li l-gowl tiegħu kien ikun imħassar illum-il ġunrata u fakkar li li kieku intużat it- teknoloġija l-Ingilterra ma kinitx tirbaħ it-Tazza tad- Dinja fl-1966 għax skont hu l-gowl li skurjaw fil- finali kontra l-Ġermanja kien irregolari. Riċentament il- President tal-FIFA stess Gianni Infantino faħħar l-esperiment li sar waqt it-Tazza tal- Konfederazzjonijiet u qal li din is-sistema, il-VAR, hi l-futur tal-futbol. Dwar il-VAR tkellem anke Pierluigi Collina l-eksreferee internazzjonali Taljan li attwalment qed jokkupa l-kariga ta' Kap tal- Kumitat tar-Referees u qal li diġà tkellem ma' xi referees u qalulu li qed iħossu inqas pressjoni fuqhom la darba jafu li hemm din is-sistema li tgħinhom. L-eks plejer leġġendarju Diego Maradona. Diego Maradona jiskorja b'idu kontra l-Ingilterra fl-1986.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 august 2017