Illum previous editions

illum 6 august 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 Aħbarijiet Qegħdin -istaġun tal-festi. Kull fejn tmur tara tiżjin, tisma' l-murtali u titpaxxa bil-kuluri. Din il-ġimgħa kienet waħda ferm speċjali għall-poplu ta' Birżebbuġa, hekk kif nhar it-Tnejn laqgħu l-vara titulari mill-aktar artistika ta' San Pietru l-Ktajjen fuq ix-xtut tal-lokalità. Restawrata mill-ġdid, din l-istatwa llum se tiddawwar mat-toroq ta' Birżebbuġa, li tfakkar il-mument li anġlu salva lil San Pietru mill-arrest. Ritratt ta' Ruben Anthony Xuereb Ritratt tal-ġimgħa Meta x-xitan jittanta u s-sħana titla' kwaranta Minn Liam Carter HIJA ħaġa tajba li Awwissu la tarah u lanqas tmissu, għaliex il- bidu tiegħu laqqagħna mat-tielet mewġa ta' sħana għal dan is-sajf. Ilbieraħ filgħaxija l-uffiċċju meteoroloġiku rrapporta li l-ogħla temperatura laħqet it-38 grad Celsius. Imma fil-fatt is-sħana kienet tinħass iktar minn hekk, madwar 42 grad Celsius. Jiġifieri dak it- tgergir kollu dwar is-sħana kien kollu ġġustifikat! Sabiex noffru daqsxejn ta' konsolazzjoni, tajjeb li wieħed jinnota li m'aħniex l-unika pajjiż li qed nesperjenzaw dawn it- temperaturi stratosferiċi, hekk kif mewġa ta' sħana mlaqqma 'Luċifru' laqtet l-Ewropa kollha bir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Ewropa u l-Balkani jkunu l-iktar reġjuni fil- mira kiefra tagħha. B'riżultat ta' dan diversi każijiet ġew rappurtati fil-midja internazzjonali, hekk kif din it- temperatura estrema ħolqot ħruq kbir f 'diversi foresti fi Spanja u l-Albanija. Iżda mhux biss, hekk kif fl-Italja ġie rrapportat li f 'diversi dwieli kellu jsir il-ħsad tal-għeneb ġimgħat qabel min kif kien pjanat li jseħħ. Similarment fil-Bożnija- Ħerzegovina dawn it-temperaturi kienu ta' ħsara kbira għall- agrikoltura, settur li jagħmel parti sostanzjali mill-ekonomija tal-istess pajjiż. Dan minbarra mir-rapporti oħra ta' żewġ persuni li mietu, wieħed fil-Polonja u wieħed fir- Rumanija b'kaġun ta' temperaturi għoljin. Għalhekk din il-ġimgħa Meteoalarm, servizz onlajn li joffri tiswijiet f 'każ ta' temperaturi estremi madwar l-Ewropa, ħabbar 'red alarm' l-ogħla livell ta' twissija kontra temp estrem, li kien indirizzat lejn aktar minn 10 pajjiżi fl-Ewropa. Fl-istqarrija li ħareġ ilbieraħ, l-uffiċċju meteoroloġiku ħabbar numru ta' twissijiet indirizzati lill-pubbliku ġenerali fosthom twissijiet dwar l-importanza li tiġi evitata x-xemx partikolarment bejn il-11:00 u l-16:00. Għandhom jiġu evitati wkoll bosta xarbiet alkoħoliċi u dawk li jkunu mimlijin zokkor u kaffeina filwaqt li huwa rrakkomandat li jinxtorob ammont konsiderevoli ta' ilma. Min-naħa l-oħra b'riżultat ta' battalja intensiva kontra temperaturi għoljin fid-djar tal- Maltin, reġa' ġie rrappurtat ksur ta' rekord ieħor ta' konsum ta' elettriku, hekk kif f 'Lulju l-konsum kien laħaq 447 megawatt, fl-ewwel ġimgħa ta' Awwissu dan tela' għal 460 megawatt. Il-fenomenu ta' temperaturi għolja u mewġiet ta' sħana f 'pajjiżna kien diġà rraportat lura fl-24 ta' Awwissu tal-2016, meta l-ILLUM tkellmet mal-eks Kap tal-uffiċċju meteoroloġiku; Charles Galdies li kien wissa li din is-sena ser ikollna temperaturi 'ogħla min-normal'. L-eks assistent dirretur għall- protezzjoni tal-ambjent fil-MEPA kien saħansitra qal illi Malta riesqa lejn diżastru ekoloġiku b'nuqqas ta' 'ilma li ser iwassal għall-proċċess ta' deżertifikazzjoni. L-aħħar darba li L-Ewropa esperjenzat xenarju simili kien lura fl-2003 meta mewġa kbira ta' sħana ħasdet lill-Ewropa, hu kkalkulat li kienet ħalliet madwar 20,000 persuna mejta madwar il-kontinent. Mewġa ta' sħana 'Luċifru' tolqot l-Ewropa b'temperaturi jilħqu t-43 grad Celsius ġewwa Spanja u l-Kroazja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 august 2017