Illum previous editions

illum 6 august 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 | illum Sports 31 Żewġ sewwieqa Maltin jispiċċaw - ewwel post -Ingilterra IŻŻEWĠ sewwieqa Maltin, Rodren Vella u Bernard Galea, kienu mpenjati f 'round ieħor tal- kampjonat magħruf bħala 750mc Roadsports Class C fi tmiem il-ġimgħa li għadda fejn spiċċaw fl-ewwel post. It-tellieqa saret fiċ-ċirkwit ta' Caldwell Park li hu magħruf mad- dilettanti u s-sewwieqa bħala minjatura tan-Nurgburgring li hemm fil-Ġermanja. Vella u Galea saqu fuq il-karozza tagħhom Civic Honda. It-tellieqa hija meqjusa bħalha "mini-endurance" għall-karozzi tat-triq iżda fl-istess tagħti l-libertá lit-timijiet għal numru ta' modifikazjonijiet. Kull tellieqa tkun twila ftit aktar minn 45 minuta u t-team għandu l-opportunitá li jbiddel is-sewwieq jew il-karozza wara 25 minuta. Vella u Galea għandhom karozza waħda u wara 25 minuta jinbidel is-sewwieq. Fir-rawnd li jmiss se naraw liż-żewġ sewwieqa Maltin ġewwa Silverstone. Rodren Vella u Bernard Galea -Ingilterra. Usain Bolt imħasseb serjament dwar id- doping fl-isport LATLETA Ġamajkan, Usain Bolt, li fil-jiem li ġejjin se jagħti l-"addio" lill- karriera llustra tiegħu meta proprju għada jibdew il-kampjonati tad-dinja tal-atletika, f 'Londra, wissa li dan l-isport miexi lejn katastrofi jekk ma tinstabx soluzzjoni għall-problema tad-doping li qed tikkalpesta dan l-isport. Huwa qal dan hekk kif dan l-aħħar l-atletika ntlaq¬tet minn bosta skandli bl-ak¬tar wieħed ikun dak, fl-2015, fejn bosta atleti Rus¬si ġew skwalifikati għal għo¬mor¬hom. Bolt qal: "Ninsab inkwetat ħafna li dak li se nħalli waraj¬ja ma tantx fadallu ħajja jekk l-atleti ma jirrispettawx lilhom infushom u dan l-isport li mal-medda tas-snin tant ta sodisfazzjon u paxxa lil miljuni ta' spettaturi. "Nispera li l-atleti jifhmu li bid- doping mhux biss jagħ-m¬lu ħsara lilhom infushom iżda qed itappnu dan l-isport. Aktar minn hekk, iridu jgħinu biex l-atletika terġa' tikseb il-fiduċja ta' kulħadd biex in-nies jirritornaw fl-istadji u jagħtu s-sapport tagħhom. "Nemmen li dak li ġara fir-Russja, sentejn ilu, l-atletika niżlet fl-abbissi tal-umiljaz¬zjoni fejn l-atleti kienu qed jiġu megħjuna mill-awtoritajiet tal-pajjiż biex jieħdu sustanzi pprojbiti. "Dan il-każ kien eżempju ċar li min jisraq jinqabad. Meta atleta jirbaħ bil-kapaċitajiet tiegħu, is-sodisfazzjon ikun wieħed inspjegabbli. Jekk min-naħa l-oħra, jinqabad li rebaħ bl-għajnuna ta' sustanzi projbiti ... jispiċċa umiljat u jitlef il-fiduċja ta' kulħadd għall-kumplament tal- karrie¬ra minbarra li jibqa' ttimbrat matul ħajtu kollha." Illum Bolt huwa meqjus bħala leġġendarju hekk kif rebaħ tmien midalji tad-deheb Olimpiċi. Cristiano Ronaldo jiċħad li evada t-taxxa LATTAKKANT internazzjonali ta' Real Madrid, Cristiano Ro¬naldo, il-bieraħ deher fil-qorti Spanjola akkużat b'evaż¬joni ta' miljuni f 'taxxa, f 'Pozuelo de Alarcon, f 'Madrid. Il-prosekuturi allegaw li Ronaldo, li huwa l-aktar atleta mħallas, evada €14.7 miljuni f 'taxxa bejn l-2011 u l-2014. L-attakkant Portugiż ċaħad dawn l-allegazzjonjiet fejn tenna li l-kuxjenza tiegħu hija nadifa. Huwa qal: "Qatt ma ħbejt xejn u dejjem aċċertajt mal-konsulenti tiegħi biex il-kontijiet jitħallsu fiż-żmien tagħhom u mingħajr dewmien." Ronaldo dam 90 minuta jwieġeb għal mistoqsijiet rigward din l-akkuża. Ħadd mill-media Spanjola ma tħalliet tidħol fl-awla u l-aġenti tiegħu ħarġu stqarrija sagħtejn wara s-smiegħ li kienet tgħid li s-servizzi tat-taxxa Spanjola għandhom kollox bil-miktub dwar il-ħlasijiet tat-taxxa tal-klijent tagħhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 august 2017