Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241
illum | Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 Sports 34 MEQJUS bħala wieħed mill-aqwa plejers tal-waterpolo fid-dinja, Guillermo Molina Rios twieled fil-belt Spanjola ta' Ceuta fis-16 ta' Marzu 1984. Jiżen 105 kilogramm u bi statura partikolari ta' 1.94 metru. Matul dan is-sajf qed jilgħab mal-klabb Malti ta' Sliema. Ismu huwa sinonimu mal- waterpolo internazzjonali hekk kif beda jilgħab dan l-isport ta' età żgħira ħafna ma' klabbs lokali bħal Ceuta, Club Natacion Caballa u Malaga. Hu jgħid illi beda jipprattika dan l-isport minħabba tradizzjoni fil- familja. Fil-fatt nannuh Manuel u zijuh Miguel kienu plejers tal- waterpolo filwaqt illi ommu Maria kienet tipprattika l-għawm. Kollox beda meta nannuh stess kellu f 'idu l-pixxina ta' Ceuta u darba meta kellu biss tliet snin, zijuh u ommu kienu tefgħu lil Guillermo fl-ilma. Għal bidu huwa beka mhux ftit iżda mbagħad meta beda jinnota s-sbuħija tal-ilma u jipprattika l-għawm, l-ilma u Guillermo saru ħbieb kbar. Ta' sitt snin beda jittrenja mal- klabb tal-lokal sakemm sentejn wara beda jikkompeti fl-ewwel logħob uffiċjali fil-kompetizzjonijiet tal- waterpolo ta' taħt l-għaxar snin. Kien żmien meta Guillermo beda jieħu dan l-isport bis-serjetà filwaqt illi beda jispikka fost kulħadd minħabba t-tul tiegħu kif ukoll għall-ħeffa li kellu. Il-qabża fil-kwalità għamilha meta ngħaqad mal-klabb rinomat ta' Barcelona fejn hemmhekk beda jirbaħ l-ewwel unuri personali tiegħu. Wara staġun ma' Pescararegarritorna fil-reġjun tal-Katalonja sakemm il-kowċ tat-tim nazzjonali Spanjol innota l-progress ta' dan iż-żagħżugħ tant li ġie mgħajjat sabiex jieħu sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-waterpolo li kienu saru fl-2001. Id-debutt tiegħu kien wieħed feliċi hekk kif rebaħ il-midalja tad-deheb ma' Spanja. Ħa sehem ukoll f 'erba' edizzjonijiet tal-logħob Olimpiku bil-kappa ta' pajjiżu bl-aħħar waħda tkun is-sena li għaddiet f 'Rio de Janeiro. Waqt il-logħob ta' Melbourne fis-sena 2007, ġie magħżul bħala l-aħjar plejers tat-tournament hekk kif skorja gowls importanti għal pajjiżu kif ukoll kellu wirjiet ferm impressjonanti nkluż il-midalja tal- bronż li kien rebaħ. Huwa rebaħ ukoll midalja tal- bronż fis-sena 2006 fil-kampjonati Ewropej li saru f 'Belgrade filwaqt illi akkwista l-midalja tal-fidda fil- Kampjonati Dinjija tal-2009. Dan kollu kompla xpruna l-karriera ta'GuillermoMolinaRios aktar 'il quddiem meta BrixiaBrescia tal-Italja akkwistaw is-servizzi tiegħu. Kien staġun perfett għall- plejer Spanjol meta spiċċa l-aqwa skorer tal-istaġun. U minn hawn illi sħabu tat-tim tawh il-laqam ta' 'Willy'. Klabb Taljan ieħor, Recco baqgħu affaxxinati bil-logħob meraviljuż ta' Rios tant illi xtraw lil dan il-plejer sabiex jilgħab magħhom fl-istaġun 2008/2009. Huwa għamel tliet snin magħhom u kien f 'dan il-perjodu illi ltaqa' ma' tfajla minn Genova bl- isem ta' Sofia Melella. Sofia hija partitarju kbira ta' Guillermo hekk kif iddeskriviha bħala persuna illi tgħinu u tinkuraġġih mhux ftit fil-karriera tiegħu. Il-karriera ta' 'Willy' kompliet tiżviluppa hekk kif ma' Pro Recco kompla jirbaħ u jiskorja gowls importanti. Il-pożizzjoni favorita tiegħu hija dik ta' attakkant però kif jgħid hu stess, jekk il-kowċ jiġi bżonnu xi mkien ieħor lest li jaqdi l-bżonnijiet tat-tim bil-qalb kollha. Kif bdejt tilgħab il-waterpolo? Tajjeb illi ngħid illi l-isport tal- baħar huma sinonimu mal-familja Molina minħabba li n-nannu u z-ziju tiegħi kienu jilagħbu l-waterpolo fi Spanja. Apparti minn hekk ommi kienet tipprattika l-għawm u anke l-canoeing u kien għalhekk illi bħal qisu jien kelli nkompli din it-tradizzjoni familjari. L-ewwel kuntatt li kelli mal-ilma kien xi ftit partikolari. In-nannu Manuel kellu l-pixxina ta' Ceuta taħt idejh. Spiss konna nkunu hemm mal-ġenituri tiegħi sabiex inqattgħu ġurnata hemmhekk. Darba fost l-oħrajn ommi qabdet u tefgħetni fl-ilma u jien tgħidx kemm bkejt. Kelli tliet snin dak iż-żmien u tista' tgħid illi għal bidu nħsadt xi ftit. Madankollu dak l-episodju servieni ta' ġid kbir minħabba illi minn hemm 'l quddiem bħal qisu bnejt relazzjoni pożittiva mal-ilma u b'hekk bdejt nitrenja l-waterpolo. Kellek esperjenzi sbieħ mat-tim nazzjonali Spanjol fost l-oħrajn riċentement ħadt sehem ukoll f 'tournament prestiġġjuż. Iva fil-fatt wara li ħadt sehem f 'erba' edizzjonijiet tal-logħob Olimpiku u f 'xi kampjonati dinjija u Ewropej mat-tim nazzjonali Spanjol, kelli l-unur nilgħab f 'tornew oriġinali u partikolari li sar fil-belt ta' Sydney bl-isem ta' WaterpolobytheSea. Hemmhekk lgħabt mat-tim AllStars fejn kont ferm kburi illi kont fit-tim mal-aqwa plejers tal-waterpolo fid-dinja. Lgħabna kontra t-tim nazzjonali Awstraljan, tim kumpatt u b'saħħtu u tana battikata kbira hekk kif għandhom plejers ferm b'saħħithom u veloċi. Kellimni dwar il-perjodu li lgħabt mat-tim nazzjonali ta' pajjiżek. Ma' Spanja lgħabt għal madwar 16- il sena u kelli logħbiet ferm pożittivi fejn ħadt sehem f 'kampjonati ferm pożittivi. Issa bħal qisu qed naħsibha li nirtira sabiex nagħti aktar ċans lil xi plejers żgħażagħ jkollhom esperjenzi internazzjonali. L-uniku diżappunt jibqa' fil- Logħob Olimpiku fejn stajna morna aħjar. Però minkejja kollox ma jiddispjaċinix għax tajt ħafna lil pajjiżi. X'kienet ir-reazzjoni tiegħek meta kkuntatjawk Pro Recco biex tmur magħhom? Għall-bidu lanqas ridt nemmen li kienu kkuntattjawni Pro Recco u biex ngħidlek il-verità ħsibt li kienet xi ċajta. Iżda wara ftit indunajt li veru riedu lili u ħassejtni ferħan se ntir. Pro Recco huwa wieħed mill-iktar timijiet rinomati fl- Italja fejn rebħu tmien Euroleagues u sitt Eurocups fost l-oħrajn. U Fost l-aqwa plejers tal-waterpolo Cristian Antony Muscat Guillermo Molina - meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers tal-waterpolo d-dinja fejn matul dan is-sajf qed jilgħab f 'pajjiżna ma' Sliema ASC waqt li -Italja jilgħab ma' Pro Recco. "Għall-bidu lanqas ridt nemmen li kienu kkuntattjawni Pro Recco u biex ngħidlek il-verità ħsibt li kienet xi ċajta. Iżda wara ftit indunajt li veru riedu lili u ħassejtni ferħan se ntir. Pro Recco huwa wieħed mill-iktar timijiet rinomati fl-Italja fejn rebħu tmien Euroleagues u sitt Eurocups fost l-oħrajn. U għalhekk ħassejtni ferħan li kont ser nagħmel parti minn klabb daqshekk prestiġjuż." "Biex tkun plejer tajjeb f 'kull sport hemm bżonn ta' ħafna xogħol, taħriġ u fuq kollox ħafna sagrifiċċji. Minkejja kollox dan l-isport tani ħafna sodisfazzjon u għallimni ħafna l-valur tal-onestà speċjalment ma' sħabi. Li rrid ngħid huwa illi sħabi jafu fejn qegħdin miegħi minħabba illi nikkomunika magħhom bl-iktar mod skjett u nippruvaw nanalizzaw kull logħba li nkunu lgħabna filwaqt illi nagħtu kuraġġ lil xulxin kemm fit-tajjeb kif ukoll fil-ħażin."