Illum previous editions

illum 6 august 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 22 Kummerċjali Il-Farsons Beer Festival jagħlaq illejla IS37 edizzjoni tal-Farsons Beer Festival jiġi fi tmiemu llejla wara għaxart ijiem ta' birra mill-aqwa u l-aħjar talenti u artisti Maltin. Eluf ta' nies diġà żaru l-festival li qed joffri aktar minn 50 birra lokali u internazzjonali, mhux anqas minn 70 artist u wirjiet fuq tliet palki, u żona rinnovata b'għażla mifruxa ta' ikel minn ristoranti popolari. Il-protagonisti tal-festival huma bla dubju l-birer, ħafna minnhom rebbieħa ta' bosta premjijiet. Il-firxa wiesgħa tinkludi birer lokali bħal Cisk u l-Farsons Classic Brews, birer internazzjonali bħal Carlsberg, Budweiser, Corona u Guinness, birer speciality u artiġjanali bħal St Austell, Leffe, Baladin u ħafna aktar, kif ukoll s-ciders Bulmer's u Strongbow. Fil-programm illejla se jkun hemm Filletti & Friends u Fakawi fil-Main Stage, Colourblind, Rock Troupers fir-Rock Stage u Gabriel Mansueto fil-Blues N Brews Stage. Arranġamenti speċjali mal-Malta Public Transport għal rotot diretti u tard billejl jiżguraw l-accessibbiltà għall- festival. Il-festival jiftah fit-8pm u d-dhul u parkeġġ huwa b'xejn. Il-Fondazzjoni HSBC Malta tagħti ħajja ġdida lit- Torri l-Abjad MIN iħobb l-istorja ta' Malta ser ikollu ġawhra oħra x'jesplora hekk kif inbeda x-xogħol ta' restawr u riabilitazzjoni fuq it-Torri l-Abjad (White Tower) fl- Aħrax tal-Mellieħa. Il-Fondazzjoni HSBC Malta u Din l-Art Ħelwa organizzaw ċerimonja fis-sit, fil-preżenza tas-Sindku tal- Kunsill Lokali tal-Mellieħa John Buttigieg, biex jingħata bidu għall-proġett ta' tliet snin. Oriġinarjament it- torri inbena fl-1658 u kien modifikat matul il-perjodu tal-Kavallieri madwar l-1716. It-torri ikoniku qed ikun riabilitat bħala parti mill-proġett ta' Din l-Art Ħelwa biex ikun restawrat is-sit kollu. Dan jinkludi l-fortifikazzjoni bil-batterija tal-artillerija u l-foss. Il-proġett jinkludi wkoll it-tlestija ta' dormitorji u faċiliatjiet oħra, kif ukoll ċentru tal-viżitaturi u faċilitajiet edukattivi. Il-Fondazzjoni HSBC Malta qed tiffinanzja r-restawr, il-konservazzjoni u r-riabilitazzjoni tat-Torri kif ukoll il-fortifikazzjoni ta' barra. Meta r-restawr jitlesta, it-torri mistenni jipprovdi faċilitajiet edukattivi u jgħolli l-valur storiku, kulturali u ambjentali tas-sit u l-inħawi tal-madwar għall- istudenti tal-livelli kollha. Il-Kap Eżekuttiv ta' HSBC Malta Andrew Beane qal: "It- Torri l-Abjad jirrappreżenta ġawhra oħra ta' storja, arkitettura u kultura f 'Malta. L-appoġġ tal-Fondazzjoni ta' HSBC Malta għal dan il-proġett hu konformi mal- miri tagħna favur l-ambjent, l-edukazzjoni u l-wirt storiku." "Din l-Art Ħelwa hi grata lejn il-Fondazzjoni HSBC Malta, li emmnet f 'dan il- proġett, u fil-viżjoni tagħna li noħolqu ċentru fejn il- viżitaturi jiskopru mhux biss dan is-sit storiku, iżda wkoll jitgħallmu dwar l-ambjent naturali tal-inħawi. Qed nippjanaw li nipprovdu wkoll faċilitajiet fejn gruppi jkunu jistgħu jorqdu lejl biex b'hekk jingħata servizz li bħalissa hawn tant bżonnu," qalet il-President Eżekuttiv ta' Din l-Art Ħelwa, Maria Grazia Cassar.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 august 2017