Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241
illum Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 Sports 28 Etienne Bonello u Michelle Vella Wood tat-Team Greens inkurunati Champions DAN l-aħħar għadu kif intemm il-Kampjonat Nazzjonali tat-Time Trail 2017 organizzat mill- Federazzjoni Maltija taċ- Ċikliżmu fejn rajna jkunu ddikjarati Champions ġodda għal din is-sena. Fil- Kategorija tal-Elite, Etienne Bonello tat-Team Greens CC rebaħ dan il-kampjonat fejn spiċċa Champion meta tella total ta' 575 punt miksuba minn żewġ rebħiet fil-Bypass tal-Imrieħel u l-Mtarfa, kif ukoll it-tieni post fil-Miżieb. B'hekk huwa kellu s-sodisfazzjon kbir li jsir Champion fid-19-il sena tiegħu fiċ-ċikliżmu lokali. Minkejja l-età tiegħu, dan is-suċċess kien dovut għall- attenzjoni u d-dedikazzjoni tiegħu. It-tieni u t-tielet post ġew miksuba minn Christian Formosa (The Cyclist) u Nicholas Micallef (Mosta AF Sign Studio CC) b'410 u 385 punt rispettivament. Bħala Champion Femminili ttrijonfat Michelle Vella Wood biex kisbet suċċess doppju wara li iktar qabel kienet rebħet ukoll il-Kampjonat tar-Road Race. Hija spiċċat fuq quddiem b'575 punt, akkwistati minn żewġ rebħiet fl-Mtarfa u l-Miżieb u t-tieni post fil-Bypass tal- Mriehel. L-ex-champion Marie Claire Aquilina wkoll tat- Team Greens spiċċat it-tieni b'375 punt filwaqt li Marion Pullicino ta' Mosta AF Sign Studio CC spiċċa fit-tielet post b'175 punt. Nicholas Attard Montalto ta' The Cyclist rebaħ Kampjonat ieħor tal-Juniors wara li kien rebaħ ukoll il-Kampjonat tar-Road Race, għal darb'oħra b'punteġġ impressjonanti ta' massimu ta' 600 punt. It-tieni post inkiseb minn sieħbu Isaac Spiteri b'525 punt filwaqt li Gianluca Camilleri ta' B'Kara St Joseph SC spiċċa t-tielet b'310 punt. Fil-Kategorija tal-Masters 40+, Ivan Zammit ta' Birkirkara St Joseph SC spiċċa champion b'punti massimi ta' 600 sabiex huwa rdoppja wkoll it-titli din is-sena wara li kien ukoll spiċċa bħala l-Champion tar-Road Race. Fit-tieni post ikklassifika l-Għawdxi Domenic Cutajar b'total ta '460 punt, filwaqt li Geatano Degabriele ta' Team Greens spiċċa t-tielet b'415 punt. Il-Kampjonat tal-Masters 50+, ra għal darb'oħra s-suċċess ta' Nicky Farrugia ta' Mosta AF Sign Studio CC b'400 punt miksuba minn żewġ rebħiet fil-Bypass tal- Mriehel u l-Mtarfa. Sieħbu Michael Lia spiċċa fit-tieni pożizjoni b'total ta' 375 punt, filwaqt li b'350 punti spiċċaw fit-tielet post Kenneth Zammit ta' The Cyclist. Emmanuel Camilleri ta' Mosta AF Sign Studio CC kellu suċċess komplet bi tliet rebħiet għal massimu ta' 600 punt fil- Kampjonat Masters 60+. Il-Kampjonat tat-tfal ta' taħt il-15 il-sena, Christina Spiteri ta' The Cyclist rebħet ukoll dan il-Kampjonat meta kisbet massimu ta' 600 punt. Fit-tieni post spiċċat l-ex-champion Veronique Pace Asciak ta' Mosta AF Sign Studio CC b'525 punt. Sadanittant, Nikol Micallef ta' Mosta AF Sign Studio CC spiċċa bħala champion fil-kategorija tiegħu b'540 punt, akkwistati minn żewġ rebħiet fil-Bypass tal- Mriehel u l-Mtarfa u r-raba' post fil-Mizieb. It-tieni spiċċa Mika Zammit ta' Agones SFC b'495 punt u t-tielet ikklassifika Malcolm Vassallo ta' Mosta AF Sign Studio CC b'490 punt. Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu xtaqet trodd ħajr lit-tim tal-ARRTS timing system li ħadu ħsieb il-ħinijiet tat-tiġrijiet u lil Kunsilli Lokali rispettivi tal-koperazzjoni kollha tagħhom. Radd ta' ħajr ieħor imur għal Korp tal- Puliżija li kienu ta' assistenza kbira u kontinwa, kif ukoll lil Malta Red Cross Operations u bosta voluntiera, timekeepers u marshalls għas-servizz tagħhom. Uħud miċ-Champions Nazzjonali tat-Time Trial imkien ma' John Zammit u Joe Bajada. "Ma nara xejn ħażin fl-fatt li PSG ħallsu €222 miljun għal Neymar" - Josè Mourinho minn Cristian Antony Muscat F'AĦBAR li ħarġet nhar il-Ħamis li għadda u li xxukkjat lid-dinja tal-futbol u mhux biss minħabba s-somma esorbitanti ta' flus li nvolviet lill-attakkant ta' 25 sena Neymar jingħaqad ma' PSG għas-somma ta' €222 miljun. Dan qajjem bosta kritika minn bosta esponenti li din is-somma hija wisq astronomika u ma tagħmikx sens. Fil-fatt f 'bosta kummenti fuq il-media soċjali, diversi persuni kitbu li l-futbol spiċċa u qed jiġi kkontrollat biss minn persuni biljunarji u mill-flus. Oħrajn kitbu li somma bħal din setgħet ittaffi ftit il-problema tal-ġuħ f 'diversi pajjiżi foqra fosthom il-pajjiż li ġej minnu Neymar jiġifieri l-Brażil. Iżda bħas-soltu il-manager ta' Manchester United Jose Mourinho ħasad lil kulħadd bil-kliem tiegħu fejn qal li ma jara xejn ħażin li PSG ħallsu din is-somma għall-akkwist ta' Neymar, hekk kif tabilħaqq dan il- plejer jiswa din is-somma minħabba t-talent inkredibbli tiegħu fil-futbol. Permezz ta' dan it- trasferiment, Neymer, se jkollu salarju ta' aktar minn €26 mijun fis-sena li jfisser ukoll €500,000 fil- ġimgħa. Dan minbarra dħul konsiederevoli ieħor ġej minn sponsors u drittijiet tal-immaġini tiegħu kif ukoll bonuses relatati ma' rebħ u gowls skurjati li jaslu mill-Pariġini kif ukoll mit- tim nazzjonali Brażiljan tul is-sena. Neymar huwa kkunisdrat bħala wieħed mill-aqwa plejers fid-dinja fil-preżennt fejn fl-esperjenza tiegħu ma' Barcelona, skorja xejn inqas minn 105 gowls għall-Katalani, waqt li rebaħ magħhom żewġ Kampjonati tal-Liga Spanjola, tliet Copa del Rey kif ukoll il-UEFA Champions League. Dan it-trasferiment record fl-istorja tal-futbol mondjali qajjem ukoll diversi mistoqsisjiet rigward il- Financial Fair Play li tistipula li klabb ma jistax jonfoq aktar minn somma partikolari indikata lilu fi trasferimenti ta' plejer fis-sena. Iżda jidher li l-klabbs qed jinjoraw dawn ir-regolamenti xorta waħda u jagħżlu li jonfqu somom kbar ta' flus f 'akkwisti ta' plejers bil- FIFA tibqa' ma tiħux azzjoni.