Illum previous editions

illum 6 august 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

9 Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 | illum Aħbarijiet 'Dar Kenn għal Saħħtek studju se jkun imbagħad qed jiġi ppubblikat f 'ġurnal psikjatriku internazzjonali. Grech spjega kif l-ewwel 136 pazjent li kellha d-dar ġew studjati permezz ta' testijiet li sarulhom u mbagħad baqgħu jiġu monitorjati tul il-proċess tagħhom. Fil-fatt, jispjega kif dawn il-pazjenti tjiebu f 'saħħithom hekk kif naqsu mill-piż u dan b'mod sostanzjali. Fl-istess waqt, iċ-chairman tal-Fondazzjoni jgħid kif bħalissa qed issir ukoll analiżi fuq il-kwalità tal-ħajja tal- pazjenti, "għaliex hi inutli li jkun naqaslek il-kolesterol, imma fl- istess ħin tibqa' bid-dipressjoni." Fl- istess waqt, isostni li l-vera prova tad-Dar, mhux dan l-istudju iżda x'jiġri snin wara, u kemm il-pazjenti jibqgħu jżommu mal-ħajja l-ġdida tagħhom. Meta mistoqsija dwar ir-rati ta' suċċess tal-pazjenti, Zerafa tgħid kif din hi għolja ħafna, hekk kif huwa verament żgħir in-numru ta' pazjenti li jiefqu mill- programm tagħhom minkejja li dan isibuh diffiċli ferm partikolarment fil-bidu tiegħu. "Għall-bidu, jibdew jirrifjutaw li jagħmlu ċertu eżerċizzju għaliex isibuh wisq diffiċli, imma meta nibdew naħdmu magħhom, nibdew naraw kif dawn qed jinbidlu drastikament minn ġurnata għall-oħra, sakemm meta jispiċċaw, jibdew jagħmlu l-eżerċizzju waħedhom, ikunu iktar motivati...sakemm tbiddel il- mentalità," saħqet Zerafa. Rata iktar għolja ta' pazjenti fis-sajf Grech u Zerafa spjegaw kif in- numru ta' pazjenti jiżdied kif jibda l-istaġun tas-sajf, partikolarment fejn għandhom x'jaqsmu l-pazjenti li jbatu mill-bulimia u l-anoressija, l-iktar minħabba li bħalissa l-istudenti jkunu bil-vaganzi. Meta persuna tkun tbati mill-anoressija b'mod partikolari, ikun diffiċli ferm għaliha sabiex tammetti li għandha problema u li allura teħtieġ l-għajnuna. Iktar minn hekk, il- pazjenti, li fil-maġġoranza tagħhom ikunu żgħażagħ u studenti, ma jkunux iridu jfittxu għajnuna fiż- żminijiet tal-iskola partikolarment waqt l-eżamijiet u saħansitra ġieli jkun hemm reżistenza mill-ġenituri sabiex uliedhom ma jitilfux skola. Għaldaqstant, minkejja li s-servizzi tad-Dar fejn hu possibbli jingħataw mingħajr il-bżonn li l-pazjenti jirrisjedu hemmhekk, fis-sajf ikun hemm żieda minħabba l-vaganzi. Fil-fatt, fil-preżent, id-Dar għandha 11-il pazjent li għandhom problemi ta' 'eating disorders'. Il- programmi għal dawn il-pazjenti jkun differenti u magħmul apposta għall-persuna, għall-kuntrarju ta' dawk il-persuni bi problemi ta' obeżità, liema programm ikun fiss ta' 8 ġimgħat. 'Għad fadal ħafna nies li mhux jużaw is-servizz' Dr Anton Grech jispjega kif l-ewwel u l-iktar pass maġġuri lokalment kienet Dar Kenn għal Saħħtek. Isostni kif wara t-twaqqif tad-dar, kien imiss li dawk in-nies li kienu jbatu minn dawn il-kundizzjonijiet jiġu avviċinati sabiex jieħdu t-trattament neċessarju. Dwar dan, modestament Grech jgħid li 'relattivament, għamlu suċċess.' "Fejn tidħol il-morbid obesity, konna verament ta' suċċess, waqt li l-eating disorders l-oħra, għall- ammont ta' nies li jużaw is-servizz, inħoss li kif anke wriet ir-riċerka, għad fadal ħafna nies li mhux jużaw is-servizz," sostna Grech. Għaldaqstant, Grech jgħid li l-pass li jmiss huwa biex jinstabu mezzi oħra kif jistgħu jiġu avviċinati iktar dawn il-persuni li għandhom bżonn l-għajnuna, u dan waqt li se tinbeda ħidma fuq livell primarju, "biex kemm jista' jkun nedukaw lill-poplu biex mhux infejqu lil min hemm, imma nevitaw li n-nies jaslu f 'dak il-punt. Dak hu l-pass li jmiss fil- proġett tagħna," temm jgħid Anton Grech. "Irridu kemm jista' jkun nedukaw lill-poplu biex mhux infejqu lil min hemm, imma nevitaw li n-nies jaslu f 'dak il-punt. Dak hu l-pass li jmiss fil-proġett tagħna" Dr Anton Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 august 2017