Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241
Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 'Irridu nagħtu sinjal li l-politika MINKEJJA li għal diversi snin, kien hemm l-għajta ta' bżonn ta' iktar nisa f 'pożizzjonijiet li jittieħdu d-deċiżjonijiet fihom, is- sitwazzjoni ftit li xejn tjiebet. Dan jidher ċar kristall mill-elezzjoni ġenerali ta' xahar ilu, mhux biss fir-riżultat finali ta' kemm-il mara ġiet eletta fil-Parlament, iżda iktar minn hekk mill- ammont ta' kandidati femminili li tefgħu n-nomina tagħhom. Fil-fatt, jekk wieħed jagħti ħarsa lejn il-lista ta' kandidati nisa maż-żewġ partiti ewlenin, in-numri tagħhom huma ferm żgħar meta mqabbla ma' dawk tal-irġiel. Fl-elezzjoni ta' Ġunju li għadda, il-Partit Laburista ppreżenta 11-il kandidata mara minn fost 70 kandidat, jiġifieri 16% tal-kandidati kollha. Fl- istess waqt, il-Partit Nazzjonalista kellu 24 kandidata mara minn fost 102 kandidat, li jfissru 24% tal-kandidati. Għaldaqstant, dan jispjega n-numru ferm baxx ta' deputati parlamentari nisa, li f 'din il-leġiżlatura jammontaw għal 10, waħda biss iktar mil-leġiżlatura passata. Fix-xhur ta' qabel l-elezzjoni, kienet bdiet titqajjem il-kwistjoni ta' kwoti parlamentari skont il- ġeneru u miżuri oħrajn sabiex in- numru ta' nisa fil-Parlament jiżdied tant li jkun iktar rappreżentattiv tas-soċjetà, bil-Prim Ministru Joseph Muscat ikun wieħed minn ta' quddiem li jitkellem favur. Fil-fatt, fil-manifest elettorali tiegħu, il-Partit Laburista wiegħed li għandha tinbeda 'diskussjoni dwar miżuri pożittivi li jistgħu jittieħdu sabiex iktar nisa jkunu rappreżentati fil-Parlament.' Għaldaqstant, il-Partit Laburista lura fl-elezzjoni għall-ħatra ta' Deputat Mexxej, ħabbar programm li se jkun qed jimbarka fuqu bil- għan li l-elezzjonijiet tal-Membri Parlamentari Ewropej, tal-Kunsilli Lokali u sussegwentement, l-Elezzjonijiet Ġenerali, ikollhom iktar nisa jikkontestaw għalihom. Il-persuna, li flimkien ma' tim ta' nies, qed tikkordina dan il- programm, bl-isem ta' Lead hi l-Membru Parlamentari Ewropew, Miriam Dalli. Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM iltaqgħet ma' Dalli biex tispjega aħjar din l-inizjattiva u x'inhu l-ħsieb aħħari li jrid jinħareġ minnha. Fl-intervista, l-MPE Miriam Dalli saħqet li dan il- programm mhuwiex programm ta' kwoti, waqt li fakkret kif xhur ilu, meta ġiet mistoqsija direttament dwar il-kwoti, hi kienet sostniet li fuq naħa, hemm bżonn li jsir xi ħaġa minħabba li r-rappreżentanza femminili hi wisq baxxa, u fuq in- naħa l-oħra tibża' li l-kapaċitajiet tal-mara jibdew jiġu dubitati għaliex tingħata kariga minħabba li hi mara u mhux neċessarjament hi kapaċi. 'Kont kuntentissima bir- riżultat tal-elezzjoni, imma diżappuntata bl-ammont ta' nisa' Dwar l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, Dalli sostniet li kienet diżappuntata, mhux dwar ir-riżultat finali, iżda minħabba r-riżultat ta' rappreżentanza baxxa ta' nisa. "Jien kont kuntentissima bir-riżultat tal- elezzjoni, imma kont diżappuntata ħafna bl-ammont ta' nisa li telgħu fil-Parlament. Mhix kwistjoni ta' kapaċitajiet tagħhom, imma fil- kwantità, in-numru għadu baxx ħafna," sostniet Dalli. Minħabba f 'hekk, Dalli ssostni li s-soluzzjoni tinsab fiż-żieda tan-numru ta' kandidati, għaliex "jekk m'aħniex se nżidu l-ammont ta' kandidati, qatt mhu se naraw qabża fl-ammont ta' nisa li jitilgħu fil-Parlament. Jekk tagħti għażla ta' żewġ nisa u għaxart irġiel," tisħaq l-MPE, "iċ-ċansijiet li tiġi eletta mara huma ħafna inqas minn dawk tal-irġiel." Wara r-riżultat tal-elezzjoni, Dalli qalet kif ċemplet lill-Prim Ministru Joseph Muscat sabiex tgħidlu li kien hemm bżonn li ssir xi ħaġa fir- rigward. "Irridu nagħmlu xi ħaġa u ma nistgħux inħallu iktar żmien jgħaddi. Jekk se ndaħħal lil xi ħadd fil-politika, huwa ġust li dawn ikunu ilhom ftit fil-politika, ikunu draw u n-nies isiru jafuha. Huwa inutli li ngħid mara biex toħroġ fl-elezzjoni ġenerali ftit ġimgħat jew xhur qabel u ma jkunux jafuha n-nies għax in-nies jivvutaw lil min jafu," żiedet tgħid Dalli. Dan il- punt huwa ta' problema mhux biss għan-nisa, imma għall-kandidati kollha, tgħid Dalli għaliex jekk il-votanti ma jafux lill-kandidat jew ikunu bnew ċertu relazzjoni magħhom, mhux se jivvutawlu. Fil-fatt, Miriam Dalli taqsam din il-problema f 'numru ta' punti u tinsisti li din tibda min-numru ta' kandidati, li hi kwistjoni ta' kwalità u kwantità, "irid ikollna kandidati li nattirawhom minn kmieni u mhux fl-aħħar minuta, irridu niftħu l-bibien tagħna u ninfetħu għal nies ġodda li qatt ma daħlu fil- politika, imbagħad eventwalment nasal biex nifhem l-idea ta' miżuri pożittivi." Dalli tgħid dan waqt li tinsisti li mingħajr miżuri ta' dan it-tip, dan il-bilanċ u titjib mhux se jintlaħaq tul ħajjitna għaliex ikun jirrikjedi għexieren ta' snin. Għaldaqstant, il-programm LEAD se jkun fost l-oħrajn jindirizza problemi bħal din, u fil-fatt Dalli tiddeskrivi l-programm bħala miżura pożittiva. Applikazzjonijiet għadhom ma fetħux...imma l-applikanti diġà interessati Il-programm mistenni li jibda jiffunzjona minn Ottubru li ġej, bl-applikazzjonijiet jiftħu lejn l-aħħar ta' Awwissu. Minkejja dan, l-interess mill-applikanti prospettivi kien diġà wieħed kbir ħafna tispjega Dalli. It-tnedija tal-programm fuq il-media soċjali se tkun qed issir għada t-Tnejn, iżda Miriam Dalli tgħid li diġà kien hemm 40 mara u tfajla li avviċinawha u wrew interess bis-serjetà sabiex jagħmlu parti minn dan il-programm. Dalli qalet kif fost il-persuni interessati li diġà avviċinawha dwar LEAD, hemm ukoll żgħażagħ ta' 16-il sena li saħqet kemm tieħu gost bl-entużjażmu li dawn iġibu magħhom. Il-lista ta' persuni interessati f 'dan il-programm, tispjega Dalli, jvarjaw minn 16- il sena sa 62 sena, jiġifieri dan mhux programm limitat biss għal kandidati żgħażagħ. Nofs il-kandidati tal-PL għall-elezzjoni jkunu nisa sal-2027 Wara selezzjoni u tqassim tal-kandidati prospettivi skont l-interessi tagħhom, dawn in-nisa jibdew bil-programm tagħhom fih innifsu, li se jkun twil sena. Dalli tispjega kif l-għan huwa li sa tmiem is-sena programm, il- Partit Laburista jkollu 12-il mara li eventwalment tkun lesta tikkandida ruħha fl-elezzjoni ġenerali. "Jekk sal-aħħar tas-sena jkollna minn tal- inqas 12, il-programm jerġa' jibda s-sena ta' wara, u anke ta' wara għax ikun imqassam fuq erba' snin, u jekk ikollna minn tal-inqas 12 kull darba, nispiċċaw b'48 kandidat, li tkun qabża enormi," sostniet l-MPE. Dalli kompliet tispjega li l-għan ta' dan il-programm huwa li dawk in-nisa li jersqu 'l quddiem ikunu eventwalment kandidati tal-PL għall-elezzjoni ġenerali, minkejja li jista' jkun hemm uħud li jkunu interessati f 'kandidaturi oħra bħall-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Il-pjan tal-Partit Laburista fil- programm LEAD għandu miri ċari, primarjament dak li sas-sena 2027, jiġifieri żewġ elezzjonijiet ġenerali oħra l-lista ta' kandidati tiegħu għall-elezzjoni ġenerali jkollha 50% tagħha magħmula minn nisa. Fl-elezzjoni ġenerali tal-2022, il-PL għandu l-mira li jkollu 35% tal- kandidati nisa, 40% kandidati nisa fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tal-2024 u 50% fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal- istess sena. "Programmi bħal dawn, normalment jieħdu tliet leġiżlaturi biex jidħlu fis-seħħ," tispjega l-MPE "iżda aħna qed nippruvaw nieħdu t-triq tan-nofs għaliex stajna għamilna l-mira li sal-elezzjoni li ġejja jkollna 50% tal-kandidati jkunu nisa, iżda aħna ma rridux li nżidu n-numru biss, imma li nżiduh flimkien ma' żieda fl-imħabba fil-politika. Irridu li dawk li verament jibqgħu, ikunu dawk li verament iħossu li jistgħu jikkontribwixxu," sostniet Dalli. 'Il-politika mhix biss li tagħmel diskors jew tagħti intervista' Għaldaqstant, il-mistoqsija tiġi waħedha: x'se jkunu qegħdin jitħarrġu fih dawn in-nisa sabiex ikunu lesti u preparati sabiex jaffaċjaw id-dinja politika? Miriam Dalli tgħid kif dawn il-kandidati prospettivi se jkunu qegħdin jibbenefikaw minn sessjonijiet ta' mentoring min-nies li diġà jinsabu Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt "Jekk m'aħniex se nżidu l-ammont ta' kandidati, qatt mhu se naraw qabża fl-ammont ta' nisa li jitilgħu fil-Parlament" "Jekk verament irridu li l-programm ikun suċċess, irridu nbiddlu affarijiet oħra, bħall-ħinijiet tal-Parlament u li l-Parlament joffri servizzi ta' childcare"