Illum previous editions

illum 6 august 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 Sports 30 William England impenjat bħala assistent direttur ta' tellieqa fi Sqallija IL-VIĊI-PRESIDENT tal- Federazzjoni Maltija tal-Motorsport, William England, li huwa wkoll liċenzjat bħala uffiċjal tal- Fe¬derazzjoni Internazzjonali tal- Awtomobiliżmu, kien impenjat bħala assistent direttur ta' tellieqa ġewwa ċ-cirkwit ta' Pergusa, fi Sqallija. It-tip ta' din it-tellieqa, li kien inkarigat minnha England, kienet relativament ġdida magħrufa ġewwa l-Italja bħala "Crono in Pista A Tipica", li tuża regoli tal-Hill Climb iżda tinstaq fiċ-ċirkwit. Din it-tellieqa hija dixxiplina differenti li mhix alternattiva għall-Hill Climb u lanqas għal sport ieħor li jsir ġewwa dan iċ- ċirkwit. England gie fdat f 'din il-pożizzjoni delikata biex jgħin lill-assistent direttur, Alessio Colaleo, mid-direttur residenti ta' Pergusa, Alessandro Battaglia. England ġie milqugħ fiċ-ċirkwit mill-president, Mario Sgaro, li introducieh mat-team li England kellu jmexxi. Iċ-ċirkwit ta' Pergusa huwa twil 4.9 kilometri, madwar għadira ġo park naturali fin-nofs ta' Sqallija li fil-passat ġie użat saħansitra għal tlielaq tal-Formula Wieħed. Dan fih tliet chicanes, jirrikjedi 40 marshalls, flimkien mal-entitajiet l-oħra kollha bħal servizz mediku, tifi tan-nar, protezzjoni ċivili u oħrajn. Colaleo inkariga lil England mill- komunikazzjoni mal-uffiċjali l-oħra kollha, id-dokumentazzjoni ta' qabel u wara t-tellieqa kif ukoll il-ftuħ, l-għeluq u l-lista tat-tluq tat-tellieqa. England sostna li din kienet esperjenza fantastika, ta responsabbiltá kbira li fiha tgħallem ħafna u li issa jista jgħaddi din l-esperjenza lill-clubs lokali għall-benefiċċju tagħhom, tas- sewwieqa u tal-isport awtomobilistiku in ġenerali. William England flimkien mal-assisten- ti tiegħu fi Sqallija. RAY Sant ġie kkonfermat President tar-Roma Club Malta għas-sebaż darba konsekuttiva. Fid-diskors tiegħu huwa semma' l-ħidma kbira li kontinwament issir mill- Kumitat - ħidma li se tkompli tissaħħaħ fis-snin li ġejjin b'inizjattivi ġodda biex l-operat ikompli jitjieb. "Flimkien bnejna mix-xejn il-passat tagħna, flimkien qed ngħixu l-preżent u flimkien biss nistgħu nibnu l-ġejjieni tal-klabb storiku tagħna." Dan kien il-kliem imqanqal tal-president Sant li bih għalaq il-Laqgħa Ġenerali Annwali 2017. L-organigramma dettaljata tal-Kumitat il-ġdid 2017- 2019 hija hekk :- President: Ray Sant Vici President: Claudio Attard Segretarju Ġenerali: Mark Galea Vici Segretarja: Graziella Bencini Tezorier: Ivan Vella Ass.Tezorier: Leslie Taliana PRO: Noel Farrugia Membru Attivitajiet Sportivi/Soċjali: Simon Zahra Konsulent Legali: Christopher Soler Awdituri: Lawrence Bugelli u Ray Calleja Presidenti Onorarji: Noel Enriquez u Sebino Nela Segretarju Onorarju: Louis Caruana Membri Onorarji: Pawlu Bugeja u Frederick Enriquez. Is-sede tal-klabb tinsab fi Triq Tunis,Pembroke. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur l-l-paġna uffiċjali ta' facebook Roma Club Malta 1973. Ray Sant ikkonfermat President tar-Roma Club Malta Il-Kumitat ġdid tar-Roma Club Malta 1973 għal bejn l-2017 u l-2019.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 august 2017