Illum previous editions

illum 6 august 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 | illum Aħbarijiet Fr Colin ifaħħar lill-Arċisqof imma jimmira l-kanuni lejn il-midja li jmexxi Il-midja tal-knisja takkużah b'"attentat patetiku" biex jiskreditaha Minn Albert Gauci Cunnigham FR Colin Apap, awtur ta' evalwazzjoni dwar il-midja tal-Knisja waqt il-kampanja elettorali, filwaqt li ħalla aġġettivi mill-iktar pożittivi biex jiddeskrivi lill-Arċisqof Charles J Scicluna, kien pjuttost skjaċċanti fi kliemu meta mal-ILLUM kien qed jitkellem dwar il-midja tal- Knisja, primarjament l-RTK u s-sit Newsbook. Apap, akkuża lil dawn iż-żewġ mezzi ta' xandir illi b'għemilhom u bil-mod kif għamlu r-rapporti u preżentaw l-aħbarijiet fl-aħħar kampanja elettorali għamlu "disservizz kbir" lill-Knisja Maltija u lill-Arċisqof Scicluna li sostna illi prova jbiddel u jagħmel l-knisja aktar rilevanti imma ta' dan "ħallas prezz". Meta kien qed jitkellem ma' din il-gazzetta Apap jisħaq illi t-tibdiliet li seħħew fil-midja tal-knisja bl-għażla ta ċerti persuni fit-tmexxija tagħha "jkompli jsaħħaħ il-konvinzjoni ta' xi wħud li l-knisja Maltija qed tagħmel parti mill-istrateġija ta' partit politiku kontra ieħor." Hu kien qed jirreferi għall-aħħar ħatriet fil-midja tal-Knisja, liema ħatriet kienu żvelati fuq il- gazzetta ILLUM u li jinkludu lil Ġeġe Gatt, iben Austin Gatt, u Lawrence Zammit, eks strateġista tal-PN. Apap irreferiena għall- evalwazzjoni li għamel hu tal- istess midja tal-knisja fejn fost affarijiet oħrajn jakkużaha illi waqt il-kampanja elettorali "is- sors ewlieni tal-aħbarijiet kien dak ta' Daphne Caruana Galizia u Simon Busuttil...u meta u jekk dawn l-akkużi (dwar Egrant) jiġu ppruvati foloz liema se tibqa' l-impressjoni ta' min segwa l-RTK/Newsbook? X'sentimenti se jibqgħu f 'min iħossu li ġie tradut mill-emfasi tal-RTK/Newsbook li warrbu bloggs u kitbiet ta' tant oħrajn u qagħdu jikkwotaw lil Caruana Galizia u Simon Busuttil?" Il-midja tal-Knisja ma qagħditx lura u rrispondiet lil Apap. Il- Media Content Manager Sylvana Debono sostniet li l-kritika ta' Apap "m'għandha l-ebda kredibilità meta tqis illi hu parti integrali mill-midja tal-Partit Laburista." Debono saħqet li kuntrarjament għal "rapport ta' ftit paġni li ħejja minn jeddu Fr Colin Apap...l- Awtorità tax-xandir, fl-ebda ħin tul il-kampanja elettorali, qatt ma sabet problema mal-bulettini tal- aħbarijiet tal- RTK jew mal- programmi ta' ġrajjiet kurrenti ta' RTK." Debono kompliet tisħaq illi l-RTK kien l-uniku stazzjon tul il-kampanja elettorali li "ta' vuċi lill-partiti kollha li kkontestaw l-elezzjoni. Ebda stazzjon ieħor m'għamel dan." Mhux hekk jaħseb Apap li akkuża lill-midja tal-knisja illi kienet qed "titma' lill-fidili aħbarijiet mill-bużżieqa, anke l-istatistika kienet manipulata," sostna Apap li kompla jgħid illi "l-unika stħarriġ pre-elettorali li kien korrett (ta' Vince Marmara) kien injorat,". Apap irribatta wkoll studju li qed ikun ikkwotat minn dawk li jmexxu l-istess midja, fosthom Fr Joe Borg, billi saħaq li dan mhux kredibbli għax sar mill- kumpanija ICON, mmexxija minn Gege Gatt, Direttur tal-istess stazzjon. L-istħarriġ wera li fil-perjodu in kwistjoni l-midja tal-Knisja esperjenzat tkabbir fl-udjenzi li jsegwuha. Debono sostniet li t-tentattiv ta' Fr Apap biex jiskredita dan l-istudju huwa "sempliċement patetiku" u fakkret kif l-istudju li sar mit-tali kumpanija studja aktar minn żewġ miljun interazzjoni (likes, shares...) li saru fuq il-midja soċjali u għalhekk assigura li kważi ma jkun hemm ebda marġinu ta' żball. Minkejja l-kritika tiegħu lejn il- midja tal-Knisja, Fr.Colin saħaq illi l-Arċisqof huwa "leali lejn il-Papa. Huwa pprova jagħmel il- Knisja Maltija rilevanti għas- soċjetà tal-lum li qed tinbidel malajr u li hija mdorrija titfa' taħt it-tapit soluzzjonijiet rigward iż-żwieġ, sess, governanza..." Huwa faħħar ukoll l-attitudni ta' Scicluna bħala persuna li tgħid dak li tħoss mingħajr tidwir filwaqt li sostna li "jien niddistingwi bejn il-Monsinjur Scicluna u n-nies tal-media tiegħu. Mhumiex l-istess. Imma sfortunatament il-perċezzjoni komuni hija li l-RTK u Newsbook qed jesprimu l-opinjonijiet tal-Arċisqof." Fuq dan il-punt ukoll Debono wieġbet u aċċertat lil din il-gazzetta li "apparti l-appoġġ dejjem jikber tal-udjenzi, il-midja tal-knisja għandhom l-appoġġ sħiħ u kostanti tal-tmexxija tal-Knisja li uriet l-appoġġ sħiħ tagħha diversi drabi kemm publikament kif ukoll lid- diriġenti tal-medja tal-knisja. Fr Apap għandu kull dritt għall-opinjoni tiegħu iżda ma għandu l-ebda dritt jivvinta u jgħawweg il-fatti." Appar ti l-appoġġ dejjem jikber tal- udjenzi, il-midja tal-knisja għandhom l-appoġġ sħiħ u kostanti tal-tmexxija tal-Knisja Fr Colin Apap Sylvana Debono

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 august 2017