Illum previous editions

illum 6 august 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 C M Y CM MY CY CMY K MJCL Advert o6.08.17.pdf 1 04/08/2017 12:08 'Il-vera klikka issa qiegħda fil-Partit, u mhux fi żmien Gonzi' Attakk bla preċedent fuq it-tmexxija ta' Simon Busuttil mid-Deputat Mario Galea Minn Veronica Lynn Mizzi IDDEPUTAT Nazzjonalista Mario Galea, ilbieraħ fetaħ attakk bla preċedent fuq l-istil ta' tmexxija tal- Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, hekk kif iddeskrivieha bħala waħda 'awtoritarja' u 'mhux miftuħ biżżejjed'. F'kummenti li għadda fuq il- paġna tiegħu fuq Facebook, Galea appella lil Simon Busuttil sabiex ma jżommx is-siġġu tiegħu fil-Parlament ġaladarba mhux se jkun qed jibqa' kap tal-Partit, u għalhekk "mhux jibqa' fid-dell tal-kap il-ġdid, ikun min ikun." Dan kuntrarju għal dak li kien għamel Lawrence Gonzi li "ta' ġentlom li hu meta ddeċieda li jirreżenja minn kap tal-Partit wara t-telfa tal-2013, ċeda s-siġġu biex iħalli lill-kap il-ġdid f 'libertà assoluta." Fil- fatt, fil-kumment tiegħu, Galea waqt li jinsisti li għandu kull rispett lejn Simon Busuttil, għax hu "bniedem onest li għamel sagrifiċċji kbar biex telaq mill-Parlament Ewropew u daħal għall-piż kbir bħala kap tal-PN li kien jinsab fi kriżi kbira," qal li issa la ddeċieda li jitlaq u l-Partit dalwaqt se jkollu Kap ġdid, "għandu jiskot u jieqaf jieħu deċiżjonijiet importanti li se jorbtu l-kap il-ġdid." Mario Galea huwa t-tieni deputat parlamentari li esprima ruħu kontra t-tmexxija ta' Simon Busuttil wara li Edwin Vassallo wkoll kien tkellem dwar dan. 'L-għaqda tal-PN mal-PD sirna nafuha mill-media' L-eks Segretarju Parlamentari qal li tip ta' tmexxija ta' Busuttil ma kinetx tħalli lok ta' diskussjoni fi ħdan il-Partit hekk kif kien "jitkellem hu l-ewwel ħalli jaċċerta li tgħaddi tiegħu u ħafna deputati speċjalment dawk ġodda kienu jiddejqu jieħdu linja kontra dak li jkun qal il-kap." Galea jkompli jsostni li l-grupp parlamentari ma kienx jiġi kkonsultat qabel ma tittieħed xi deċiżjoni, iżda jekk kienu jiġu infurmati, kien isir dan wara li l-Partit ikun diġà ħa pożizzjoni pubblika dwarha. Jgħid li ġara hekk fil-każ tal-għaqda tal-Partit Nazzjonalista mal-Partit Demokratiku, meta din id-deċiżjoni "qatt ma ġiet diskussa fil-grupp parlamentari iżda aħna d-deputati tal-PN sirna nafu biha mill-media." Fl-attakk tiegħu, Galea jappella favur il-free vote għaliex jemmen li deputat m'għandux jivvota favur liġi li tmur kontra l-kuxjenza tiegħu. 'Rosette Thake ġiet imposta mill-Kap tal-Partit' Mario Galea kellu wkoll kliem iebes fil-konfront tal-attitudni rigward diversi karigi, partikolarment dik ta' segretarju ġenerali. Sostna kif il-kariga ma kinetx ġiet ikkontestata minkejja li kien hemm "nies oħra ferm validi li dak iż-żmien riedu jikkontestaw, imma kienu ordnati ma jikkontestawx mit-tmexxija tal-Partit." Minħabba f 'hekk, ikompli jsostni Galea, il- Partit spiċċa "b'segretarja ġenerali li la kienet taf lill-Partit u wisq anqas il-Partit kien jaf lilha, u spiċċat tilbes żarbun li ma jiġihiex. La kellha idea ta' strateġija politika u wisq anqas kellha idea ta' elezzjoni ġenerali." Dan filwaqt li insista li Thake kienet fil-fatt, "imposta mill-Kap tal-Partit." 'Nies ta' esperjenza fil-Partit ġew mormija' Il-viżjoni ta' Galea għall-Partit hi li jinġibdu lejn il-Partit nies li rtiraw wara li taw sehemhom fil-Partit. Għaldaqstant, jikkritika l-mod ta' kif "nies validi li fil-passat okkupaw karigi importanti li offrew l-għajnuna tagħhom, qalulhom li m'għandhomx bżonnhom." Fl-istess waqt, fil- kummenti tiegħu Galea qal li hemm persuni onesti li "għax ħadmu taħt Eddie jew Lawrence Gonzi saru qishom għandhom il-pesta." Fl-istess waqt, Galea qabbel ma' dak li għamel il-Partit Laburista fi ħdanu, li "ġabar lil kulħadd. Aħna minflok irmejna n-nies." Jilmenta li l-PN ma kellux strateġija u lanqas il-programm elettorali ma kien wasal għand kulħadd. "Kultant nibda naħseb li l-aħħar elezzjoni mhux tlifnieha imma tajna walkover lill-Partit Laburista." 'Dawk li jafu jmorru tajjeb mal-Kap, saru allat fil-Partit' L-eks whip Mario Galea jgħid li hu, f 'dawn l-aħħar erba' snin kien "moħbi u mwarra fil-Partit" u fl-istess waqt kien hemm nies "ippreferuti" li kienu għadhom ġodda, "imma għax jafu jmorru tajjeb mal-Kap, saru allat fil-Partit. Jaħsbu li jafu ħafna." Fl-istess waqt li jinsisti li hu għad fadallu x'jitgħallem, jgħid li "dawn mingħalihom li jafu kollox," waqt li jgħid li post il-prima donna mhux fil-politika. Galea temm dan l-attakk qalil fuq it-tmexxija ta' Busuttil billi appella sabiex il-PN jerġa' jħaddan il-valuri li dejjem iddistingwewh għaliex "billi nilagħbuha tal-liberali mhux se nirbħu voti ġodda." Temm l-appell imqanqal tiegħu billi sostna li hemm bżonn ta' direzzjoni għall-Partit Nazzjonalista għaliex "Partit bla direzzjoni fl-ebda port ma jsib kenn." "Busuttil kien jitkellem hu l-ewwel ħalli jaċċerta li tgħaddi tiegħu"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 august 2017