Illum previous editions

ILLUM24092017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Nr 571 • 24 ta' Settembru 2017 www.illum.com.mt €1.00 NEWSPAPER POST Tliet żgħażagħ jidħlu fi iskola u jagħmlu ħerba Intervista mal-plejer tal- waterpolo Christian Presciutti Ara pg 34-35 Minn Albert Gauci Cunningham u Jesmar Baldacchino IS-SITWAZZJONI straordinarja fil-PN qed tkompli tiggrava hekk kif apparti minn sospensjoni mdendla fuq ras Jean Pierre Debono, din il-gazzetta tista' tiżvela illi kważi żewġ terzi tal- Grupp Parlamentari, jew madwar 20 Deputat Parlamentari, mhux qed jappoġġjaw lil Adrian Delia. Uħud, apertament u attivament, filwaqt li oħrajn iktar fil- magħluq. Din hija sitwazzjoni bla preċedent fl-aħħar snin li qed tikkomplika mhux ftit il-proċess biex Delia jsib postu fil-Parlament. Mill-informazzjoni li għandha din il-gazzetta, sal-bieraħ kien jidher illi għad m'hemmx qbil mad-Deputat Frederick Azzopardi biex dan iċedi postu. Laqgħa li kellu Delia, fir- residenza ta' Azzopardi tard bil-lejl bejn il- Ġimgħa u s-Sibt jidher li baqgħet ma waslitx għal ftehim finali. L-ILLUM, tista' tiżvela illi fl-aħħar jiem saret pressjoni qawwija biex Azzopardi, indikat bħala d-Deputat li se jċedi postu għal Delia, ma jagħmilx wisgħa għall-kap tal-PN u ma jaċċettax l-offerta li kien qed jagħmillu. Din il-gazzetta ċemplet diversi drabi lil Frederick Azzopardi, kemm il- Ġimgħa bil-lejl kif ukoll matul il-ġurnata tal- bieraħ, biex tistaqsi jekk intlaħaqx qbil. Imma kien kollu ta' xejn. In-nuqqas ta' appoġġ li Delia għandu fil- Parlament ifisser li jekk Delia jkun kostrett imur għall-aħħar 'karta', jiġifieri li jirreżenja Hermann Schiavone, xorta jkun tilef mill-ftit appoġġ li għandu fil- grupp. Jekk jirreżenja Schiavone, kif qal li lest jagħmel, elezzjoni każwali fuq il-Ħames Distrett probbabilment jirbaħha Norman Vella. Din il-gazzetta tinsab infurmata li t-tim ta' Delia qed titratta bħala 'urġenti' laqgħa ma' Norman Vella u se jipprova jinnegozja miegħu biex ikun hu li jieħu l-post li kien jokkupa David Stellini bħala l-PR tal-Partit Popolari Ewropew. • Kampanja ta' pressjoni biex ħadd ma jċedi s-siġġu • Delia ma jgawdix appoġġ maġġoritarju fil-Grupp Parlamentari • Jibqa' ma jintlaħaqx qbil ma' Frederick Azzopardi 'Rivolta' fil-Grupp Parlamentari Tkompli f 'paġna 14 L-ILLUM tista' tiżvela li fl- 20 ta' Settembru għall-ħabta tal-16:15pm, tliet żgħażagħ ta' 15–il sena daħlu illegal- ment fl-iskola tal-Gvern ta' Blata l-Bajda, fejn hemmhekk għamlu ħerba billi kissru bosta apparat u tagħmir li jintuża mill-iskola, filwaqt li anke għamlu ħsara lill-infrastruttura tal-iskola. Il-pulizija kkonfermat dan kollu mal-gazzetta ILLUM, filwaqt li informatna li l-in- vestigazzjoni min-naħa tal- Korp għadha għaddejja.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM24092017