Illum previous editions

ILLUM24092017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... WILLIAM CARVALHO - West Ham United qed ifittxu midfielder u l-għażla waqgħet fuq il-plejer Portugiż ta' Sporting Lisbon William Carvalho. Dan il-plejer ta' 25 sena kien ilu segwit minn Juventus għal numru ta' ġranet waqt is-suq tat-trasferimenti tas-sajf iżda wara l-akkwist ta' Blaise Matuidi, il-Bianconeri tilfu l-interess fih. JAN OBLAK - Hekk kif dan jidher illi ser ikun l-aħħar staġun tal-goalkeeper internazzjonali Taljan Gianluigi Buffon, id-diriġenza tal-klabb minn Turin diġà qed taħseb għas-sostitut tiegħu. Wara li akkwistaw lil Wojciech Szczesny mingħand Roma fil-bidu ta' dan l-istaġun, id-diriġent Giuseppe Marotta qed jevalwa l-possibilta' li jieħdu lil gowlkiper ta' Atletico Madrid Jan Oblak għall-istaġun illi ġej. Oblak għandu 24 sena u jilgħab mat- team nazzjonali tas-Slovenja. Huwa ġie akkwistat minn Atletico Madrid fis-sena 2014 u kellu wirjiet tajbin b'mod partikolari fil-UEFA ChampionsLeague fl-istaġuni passati. ANDRES INIESTA - "Andres Iniesta ser jibqa' magħna!". Dawn kienu l-ewwel kummenti illi d-diriġent ta' Barcelona Robert Fernandez qal lis-sit Spanjol Marca f 'intervista esklussiva. Fernandez qal illi l-midfielder ta' esperjenza Spanjol ser jibqa' ma' Barcelona minħabba li hu jinsab kuntent jilgħab mal-ġganti Spanjoli. Il-pass li jmiss huwa illi issa jitkellem mal-plejer sabiex jikkonvinċih jispiċċa l-karriera fil-Camp Nou. RIO FERDINAND - L-eks difensur internazzjonali tal-Ingilterra u ta' Manchester United Rio Ferdinand fl-eta' ta' 38 sena żvela illi ser jipprova karriera fil-boxing. "Miż-żraben għall-ingwanti!" kien it-titlu tal-artiklu li deher fis-sit sportiv Ingliż goal.com. li kkonfermat ix-xewqa ta' Ferdinand li jirnexxi f 'dan l-isport. Sentejn wara li rtira mil-logħba tal-futbol, Ferdinand deher f 'ritratt bl-ingwanti tal-boxing lest biex jibda jitħarreġ f 'dan l-isport. Ferdinand lagħab 81 darba mat-tim nazzjonali Ingliż fejn skorja tliet gowls. CAVANI U NEYMAR - Wara dak li deher fil-ġurnali sportivi ewlenin Franċiżi dwar it-tilwima ta' min ser jagħti l-penalty bejn Edinson Cavani u Neymar fil-partita kontra Lyon, tkellem l-attakkant Urugwajan. "Wara dak kollu li deher fil-ġurnali naħseb illi l-media Franċiża kabbret ftit il-każ. Jien m'għandi l-ebda problema ma' Neymar." Cavani kompla jgħid illi dak il-ħin kien konvint illi kellu jagħti l-penalty hu u hekk għamel. Eventwalment l-eks attakkant ta' Napoli u Palermo falla x-xutt mill-11-il metru hekk kif il-goalkeeper ta' Lyon irnexxielu jxellef il-ballun li spiċċa jaħbat mal-mimduda qabel mad-difiża avversarja xejnet il-periklu. OUSMANE DEMBELE - Id-diriġenti tal-klabb Spanjol ta' Barcelona jinsabu imħassba mhux ħażin wara li l-aħħar akkwist tagħhom Ousmane Dembele weġġa' waqt il-partita li l-Katalani lagħbu kontra Getafe, logħba li rebħu 2-1. Wara bidu mill-aqwa mal-Blaugrana fejn saħansitra kiseb post fl-attakk ma' Messi u Suarez, Dembele ser ikollu jibqa' barra għal mill-inqas erba' xhur minħabba din l-injury. Il-plejer sewa lil klabb €150 miljun meta ġie akkwistat mingħand BorussiaDortmund. ARTURO VIDAL - Waqt illi Inter kienu qegħdin jiġru wara l-firma tal-player ta' Bayern Munich Arturo Vidal, fl-istess ħin ir-rivali mill-istess belt Milan ukoll bdew b'mod sigriet jippruvaw jiksbu s-servizzi tiegħu. Dan sar magħruf mis-sit Taljan calciomercato.it meta proprju d-diriġent ta' Milan Massimiliano Mirabelli beda jagħmel minn kollox sabiex flimkien mad-diriġent l-ieħor Marco Fassone jagħtu plejer ta' isem lill- kowċ Vincenzo Montella. PIETRO PELLEGRI - Diversi klabbs mill-Premier League Ingliż tefgħu ħarsithom fuq il-plejer żagħżugħ ta' Genoa Pietro Pellegri. Minbarra Juventus, Milan u Inter, anke Chelsea u ManchesterCity diġà kkuntattjaw lil Genoa għall-akkwist ta' dan il-plejer. Dan il-plejer qed jitqies bħala fenomenu u għalkemm għad għandu biss 16-il sena diġà deher erba' darbiet bil-flokk tal-Grifoni. S'issa lagħab ukoll f 'kull livell fit-tim nazzjonali Taljan fejn ukoll qed jispikka b'mod partikolari fit-tim ta' taħt is-16-il sena. LORENZO PELLEGRINI - Manchester United qed ifittxu diversi possibiltajiet sabiex isaħħu t-tim fis- suq tat-trasferimenti ta' Jannar. Wara li d-diriġenti tar-Red Devils iddikjaraw illi jinsabu fi trattativi sabiex jiksbu l-firma ta' Radja Nainggolan, qed iqum ukoll interess fil-plejer ta' nofs il-grawnd Lorenzo Pellegrini illi tant impressjona fil-logħba kontra Verona. Skont il-gazzetta Il Corrieredello Sport, l-ogħla uffiċjali tal-United ikkuntattjaw lill-aġent ta' Pellegrini sabiex jaraw il-kuntratt tiegħu u qed jikkunsidrawh bħala wieħed mill-objettivi tagħhom fis-suq li jmiss. Pellegrini ġie akkwistat mill-Giallorossi din is-sena wara sentejn jilgħab ma' Sassuolo.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM24092017