Illum previous editions

ILLUM24092017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Tarxien R ........................ 1 Senglea A. ...................... 1 Fil-konfront bejn Tarxien Rainbows u Senglea Athletic ma rriżulta l-ebda rebbieħ, hekk kif dwan iż-żewġ timijiet temmew il-konfront ta' bejnitehom fi draw ta' 1-1. Kienu Senglea Athletic li ħarġu fuq l-attakk u wara ħames minuti logħob, Nicolas Virano, għadda pass tajjeb lejn Nicola Palmieri li ra x-xutt ċentrali tiegħu jiġi salvat mill-goalkeeper tar- Rainbows, Christian Cassar isalva bla diffikultà. Is- Sengleani komplew jattakkaw u fl-24 minuta marru fil- vantaġġ meta Ivan Paz ħa l-ballun fuq il-lemin, għeleb difensur avversarju u b'xutt fil baxx angulat sab ix-xibka avversarja. Ftit wara r-reazzjoni ta' Tarxien Rainbows, kienet immedjata, u wara corner li ngħata minn Ayrton Azzopardi għola tajjeb Ricardo Silva Faria però d-daqqa ta' ras tiegħu ghaddiet ftit barra mil- lasti tal-goalkeeper żagħżugħ ta' Senglea Athletic, Timmy Aquilina. Fl-40 minuta f 'attakk ieħor għal Senglea Athletic, il- goalkeeper tar-Rainbows, Christian Cassar tajjar b'diffikulta il-ballun li spiċċa ġie għand Terrence Vella li l-cross fil-baxx tiegħu ma sab lil ħadd min jikkonkludi għal ġewwa. Żewg minuti biss wara, ġiet innutata ħarba tal- midfielder offenisiv żagħżugħ, James Brincat, li baqa' javvanza pero' ħareġ fil-pront Timmy Aquilina li mblokka tajjeb f 'corner. Fit-tieni taqsima Tarxien Rainbows kienu aħjar mill- ewwel taqsima u ta' dan ġew ippremjati meta fis-66 minuta ġabu l-iskor indaqs meta s-sostitut Artur Benes xeħet cross pinġut lejn Ryan Darmanin li daħal tajjeb bejn żewġ difensuri u permezz ta' xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa għeleb lill-goalkeeper tas- Sengleani, Timmy Aquilina. Senglea Athletic irrispondew fit-80 minuta meta Augustu Rene Caseres għadda tajjeb lejn Terrence Vella, li iżda ra t-tentattiv tiegħu jiġi mblukkat mid-difiża tar-Rainbows. Tarxien R. R. Cassar, Scicluna, Azzopardi, Brinca, Grech, Darmanin (Spiteri 79'), Silva Faria, Cipriott (Desira Buttigieg 66'), McKay (Benes 50'), Baker, Calin Senglea A. Aquilina, Bondin, Bonnici, Terracciano, Garzia, Virano (Dalli 85'), Palmieri (Vella 78'), Paz, Caseras, Vella, Leyton Referi Trustin Farrugia Cann IVAN PAZ Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Fl-istaġun li għadda lagħab ma' St Andrews. Skorja l-gowl uniku għal Senglea Athletic. L-ebda rebbieħ bejn Tarxien R. u Senglea A. Ritratt: Dominic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM24092017