Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564
illum | Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 Intervista 12 Alla ma jħallasx bin-nhar F uq il-gżira żgħira tagħna, xi knisja jew kappella huma karatteristici sinonimi max-xenarju tal-pajjiż, lwaqt li l-bini majestuż u l-koppliet ta' dawn jiddominaw l-istampa tas-sema tal-pajjiż. Apparti minn dan il-knejjes huma ddekorati mill-isbaħ rikkezzi bħall-arti u oġġetti sagri ta'valur għoli. B'dan il-fatt, sfortunatament dawn it-tempji sikwit ikunu fiċ-ċentru ta' attentati ta' serq, hekk kif is-sigurtà laxka fil-knejjes u l-valur għoli li jġibu magħhom bosta oġġetti li jinstabu ġewwa l-knejjes jagħmluha, serqa attraenti u ideali għall-ħallenin. Is-sena l-oħra, saru disa' serqiet minn knejjes, bl-aħħar waħda tkun is-serqa li ħasdet il-Bormliżi fit-22 ta' Lulju li għadda hekk kif il-ħallelin sgassaw it-tabernaklu u rnexxielhom jisirqu l-pissidi u ċ-ċiborji u xi kalċijiet mis- sagristija. Iżda mhux biss, hekk kif dawn serqu wkoll labra bil-brillantini li titpoġġa mal-Kwadru Titulari fi żmien il-festa, il-valur ta' din il-labra kien stimat li jlaħħaq mal-€20,000. Fil- ġranet li għaddew żewġ persuni tressqu il-qorti fuq il-każ fejn iktar tard, il- Pulizija irnexxiela tirkupra l-oġġetti misruqa. Wara li l-affarijiet irritornaw lura lill-Knisja, l-arċipriet ġie infurmat li fil-fatt il-labra tal-brillantini ma kinetx tiswa iktar minn €100. Fid-dawl ta' din is-serqa, L-ILLUM tat ħarsa lejn l-istorja wħud mill-aktar serqiet ċelebri minn knejjes f 'pajjiżna. Ħarsa lejn l-istorja ta' serq fi l-knejjes f 'pajjiżna lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Serqa mill-Knisja taż-Żurrieq 1979 Fis-satra tal-lejl fit-2 ta' Settembru 1979 persuna jew persuni mhux magħrufa, wettqu serqa fil-Knisja titulari ta' Santa Katarina fiż-Żurrieq. Dan wara li l-istatwa ta' Santa Katarina kienet iddaħħlet lura fil-Knisja wara l-purċissjoni tradizzjonali madwar ir-raħal. Il-ħallelin serqu bosta affarijiet tad-deheb u tal-fidda bħal ġiżirana u brazzuletta li kienu jitlibbsu lill-istatwa ta' Santa Katerina. Hekk kif l-ebda bieb ma deher li kien ġie sgassat, kien ġie rrappurtat li l-ħallenin staħbew fil-kantina tal-knisja, wara li din ingħalqet fil-11.30pm. Serq mill-Knisja tal-Isla fl-1984 u fl-1986 F'Ġunju tal-1984, kienet seħħet serqa ta' oġġetti tad-deheb u tal-fidda mill-Knisja tal-Vittorja fl-Isla. Investigazzjonijiet preliminari kienu stabbilixew li xi persuna jew persuni mhux magħrufa, irnexxielhom jidħlu fil-knisja billi niżlu b'ħabel mit-tamboċċi tal-oratorju għaż-żona fejn titpoġġa l-istatwa ta' Ġesù Redentur. Sentejn biss wara, il-Knisja tal-Vittorja reġgħet kienet fil-mira tal-ħallelin hekk kif din id-darba n-niċċa tal-vara tal-Bambina kienet ġiet żgassatta bl-użu ta' xema kbira. Fost l-oġġetti tad-deheb li nsterqu kien hemm kuruna tad-deheb li kienet titpoġġa fuq il-pedestal tal-istatwa. Iż-żewġ każijiet baqgħu qatt ma ġew solvuti. rrappurtat li l-ħallenin staħbew Ħaż-Żabbar 2009 Fil-21 ta' Novembru tal-2009, sitt iċrieket, żewġ brazulleti, żewġ ġiżirajjen, par imsielet u flus kontanti ġew misruqa min-niċċa tal- Madonna tal-Grazzja F'Ħaż-Żabbar. Ħadd ma kien induna bis-serqa sakemm waqt il-quddiesa tal- Ħadd, Fr Sebastian Caruana induna li s-serratura tat-tabernaklu kienet ġiet imbagħbsa. Minn investigazzjonijiet li saru iktar tard mill-pulizija rriżulta li xi ħadd kien ukoll bagħbas is-serratura tan-niċċa tal-Madonna tal- Grazzja, minn fejn insterqu oġġetti ta' ġojjellerija u flus antiki. Ħabat li l-kappillan kawt u, qabel is-serqa kien żamm nota tan- numru tas-serje tan-noti. Għalhekk meta l-ħalliel ta' 27 sena mar il-Bank Ċentrali sabiex ibiddel il-flus antiki għall-ewro, il-pulizija minnufih ġiet infurmata u arrestat lill-ħalliel ftit tal-ħin wara. minnufih ġiet infurmata u