Illum previous editions

ILLUM24092017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 | illum L-ARTIST Spanjol Pablo Picasso jgħid li 'l-iskultura hija l-arti tal-intelliġenza'. Jekk induru dawra mal-Belt Valletta, żgur li nsibu numru kbir ta' skulturi mill-isbaħ, reliġjużi u sekulari, li matul l-450 sena mill-bini ta' din il-Belt, huma rifless ta' kliem Picasso. U din mhijiex biss xi ħaġa tal-passat, għax l-istorja tal-patrimonju Belti għadha tinkiteb sal-lum. Propju seba' snin ilu wara l-kapitlu Provincjali tal- Provinċja Agostinjana ta' San Mark f 'Malta, Patri Raymond Francalanza ġie magħżul bħala kappillan ġdid tal-parroċċa ta' Santu Wistin fil-Belt Valletta. Tul il-ħidma pastorali varja tiegħu Patri Raymond sema' b'attenzjoni ix-xewqa ċara ta' ħafna mill-parruċċani li tinbidel il-vara titulari ta' Santu Wistin meqjuma fil-knisja parrokkjali. Il-vara attwali ta' Santu Wistin kienet waslet Malta fil-bidu tas-snin sebgħin wara li nħadmet fl-injam mid-ditta Santa Ruffina fi Spanja fuq disinn ta' Ċensu Apap. Iżda din l-istatwa qatt ma niżlet tajjeb man-nies u mill-ewwel deher li kien hemm diskrepanzi kbar bejn l-abbozz oriġinali u l-iskultura finali. Mill-ewwel inħass ukoll li l-vara ma kienetx taqbel mal-istil barokk tal-Knisja. Dan speċjalment meta mqabbla mal-statwa mill-isbaħ minquxa fil-ġebel li nsibu fil-kor ta' dan it-tempju. Din kienet saret mill-artist Francesco Gerolamo Fabri mill-Birgu fl-1766. Meta tikkompara din l-iskultura mirquma meqjusa bħala waħda mill-isbaħ statwi barokki fil-gżejjer Maltin mal-vara li nġiebet minn Spanja tinduna li diffiċli ħafna li tqabbilhom ma' xulxin. Għaldaqstant maż-żmien l-istatwa ta' Santu Wistin sarulha diversi tibdiliet u tiżjin ġdid f 'tentattivi biex id-dehra tagħha tkun waħda iktar aċċettabli. Fost dawn l-interventi nsemmu dak tal-istess artist Ċensu Apap li bidel għal kollox ras l-istatwa. 'Il quddiem saru wkoll alterazzjonijiet fil-kappa, fl- ispalel kif ukoll fl-ilbies. Infatti l-istatwa oriġinali kienet liebsa tonka sewda taħt il-kappa bħalma jilbsu l-patrijiet Agostinjani iżda din inbidlet f 'kamżu abjad bħalma jilbes kull saċerdot. Barra minn hekk maż-żmien l-istatwa ġiet ukoll indurata, iżda minkejja dawn l-isforzi kollha l-parruċċani Agostinjani xorta qishom ma rabtux qalbhom magħha. Meta seba' snin ilu l-parroċċa ta' Santu Wistin nediet proġett intensiv ta' restawr u tisbiħ tal-vara nstab li din kellha diversi ħsarat. Għaldaqstant il- provinċja Agostinjana Maltija bdiet tikkonsidra bis-serjetà l-possibilità li ssir xbiha ġdida, li tikkumplimenta iktar l-istil tal-knisja u li n-nies ikunu jistgħu jassoċċjaw ruħhom iktar magħha. Fis-sena 2010 fil-Knisja Parrokkjali u fil- ktieb ippubblikat fi żmien il-festa, ġew ippubblikati żewġ disinji għal statwa ġdida maħduma mill-artisti l-Kavallieri Alfred u ibnu Aaron Camilleri Cauchi. Il-parruċċani ingħataw l-opportunità biex jivvotaw għal liema disinn xtaqu li jsir realtà. Wara li ntagħżel id- disinn tal-istatwa, inħadem abbożż tagħha li ġie wkoll espost fil-Knisja Parrokkjali. Għal darb'oħra, il-parruċċani ingħataw ukoll l-opportunità biex jiktbu l-kummenti tagħhom fuq xi dettalji fl- istatwa li fl-opinjoni tagħhom setgħu jinbidlu, jiżdiedu jew jitranġaw. Fis-sena 2014, Patri Raymond Francalanza ġie elett Provinċjal u Patri Deo Debono ntgħażel bħala l-għaxar kappillan ta' din il-parroċċa. Peress li huwa kien diġà qed jgħin lil Patri Raymond f 'dan il-proġett kien diġà jaf sew f 'liema triq kellu jkompli biex dan il-proġett isir realtà. Il-parroċċa Agostinjana Beltija kienet konxja li quddiemha kellha tliet snin ta' anniversarji importanti. L-ewwel wieħed kien fl-2016 meta ġew iċċelebrati l-450 sena mit-twaqqif tal-Belt Valletta. Kurżità interessanti hija dik li dakinhar li tpoġġiet l-ewwel ġebla tal-Belt Valletta nhar it-28 ta' Marzu 1566, Patri Spirito Pelo Angosciola, Agostinjan Sqalli, predikatur mill-aqwa tant li kien il- predikatur uffiċjali tal-Ordni ta' San Ġwann, intagħżel biex jagħmel id-diskors ewlieni f 'din il-ġrajja storika. Għall- Agostinjani dan kien ta' unur kbir, li jaraw lil wieħed minn ħuthom stess isellem għall- ewwel darba fl-istorja lill-Belt Valletta bħala l-Belt tal- Ġentlomi, kif fil-fatt baqgħet tissejjaħ maż-żmien. Fl-2016, mal-faċċata tal-Knisja tal- Agostinjani fil-Belt, tpoġġiet irħama kommemorattiva b'tifkira ta' din ir-rikorrenza storika. Matul is-sena attwali 2017, il-familja Agostinjana Maltija ċċelebrat il-200 anniversarju mit-twaqqif tal-Provinċja Agostinjana f 'din il-gżira. Propju ftit tal-jiem ilu, fl-14 ta' Settembru, l-Agostinjani Maltin iċċelebraw l-għeluq ta' programm ta' sena ta' attivitajiet li fakkru din il- ġrajja, b'quddiesa pontifikali mmexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna fil-Kon Katidral ta' San Ġwann. L-aħħar anniversarju li se jiġi kkomemorat fl-1 ta' Frar 2018, ifakkar il-50 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa Agostinjana Beltija. Il-programm ta' ċelebrazzjonijiet speċjali ta' dan it-trio ta' anniversarji ser jilħaq il-qofol tiegħu fil-festa parrokkjali ta' Santu Wistin f 'Mejju li ġej. Kien għalhekk li l-Kappillan attwali tal- parroċċa, Patri Deo, minbarra li ta spinta liċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, il-ħajja pastorali u x-xogħlijiet ta' manutenzjoni fil-Knisja, ħadem ħafna wkoll biex din il-vara tasal propju fil-ħin għal dawn il- mumenti sbieħ u sinifikanti għall-familja Agostinjana Maltija. Għaldaqstant, ftit wara li beda l-ħidma tiegħu bħala kappillan, huwa ltaqa' mill-ġdid mal-artisti Camilleri Cauchi u ddiskuta magħhom il-ħidma fuq mudell life size tal-istatwa li kellu jkun maghmul mit-tafal. Dan ippermetta li jsiru l-arranġamenti mixtieqa fil-vara qabel ma nbeda l-proċess tal-iskultura fl-injam. L-iskultura fl-injam meta magħmula b'ħila artistika u professjonali tieħu ż-żmien tagħha u tirrikjedi paċenzja u attenzjoni kbira biex l-artist joħroġ l-aqwa xogħol possibbli tiegħu. Il-Kappillan Patri Deo stqarr miegħi li dan ma kienx żmien faċli għalih speċjalment meta kien diġà xandar d-data li fiha kellha tasal l-istatwa l-ġdida u kellha tiġi pospostha peress li kienet għadha mhux lestha. Huwa qalli li l-istennija ser tħalli l-frott tagħha għaliex l-istatwa l-ġdida ser tkun wahda mill- isbaħ vari riċenti li għandna f 'pajjiżna. L-iskultur tagħha, il-Kav Alfred Camilleri Cauchi jistqarr li l-istatwa ta' Santu Wistin kien fiha ħafna xogħol ta' dettall iżda jemmen li kienet sfida għalih biex irnexxilu joħroġ waħda fost l-aqwa opri tiegħu. Għall-okkazzjoni tal-wasla u l-inawgurazzjoni tal-istatwa l-ġdida ta' Santu Wistin fil-Belt Valletta, l-parroċċa Agostinjana nediet programm speċjali ta' ċelebrazzjonijiet li jibdew nhar is-Sibt 30 ta' Settembru u jibqgħu sejrin sal-lejl tan-Notte Bianca nhar is-7 ta' Ottubru 2017. Għad-dettalji tal-programm tal-attivitajiet għal din l-okkazzjoni speċjali tistgħu żżuru l-paġna Facebook – Parroċċa Santu Wistin Valletta. Grazzi lill-Kappillan tal-Belt l-Agositjan P. Deo Debono talli tani ħafna mill- informazzjoni. Il-Kapitali Clifford Galea Statwa ġdida tiżdied mal-patrimonju tal-Belt Valletta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM24092017