Illum previous editions

ILLUM24092017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017| illum Aħbarijiet Mad-9,000 persuna joħorġu mir-riskju tal-faqar jew mill-esklużjoni soċjali WAQT konferenza tal- aħbarijiet, il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon spjega li skont statistika ppubblikata mill-NSO tul is-sena li għaddiet kien hemm tnaqqis ta' 9,000 persuna li jaqgħu f 'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali. Falzon qal li persuni li jaqgħu f 'din il-faxxa niżlu b'2.3% f 'temp ta' sena. L-istatistika ffukat fuq id-dħul u l-kwalità tal-għajxien u tfisser li dawk li qegħdin f 'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali niżlu għal 20.1% minn 22.4% fl-2015. Dan juri li kien hemm tnaqqis sostanzjali ta' 9,000 persuna minn 94,000 fl-2015 għal 85,000 fl-2016. Dan filwaqt li żdied id- dħul medju gross ta' kull familja, stmat li laħħaq il-€31,655 fl-2016 minn €31,429 fl-2015, filwaqt li d-dħul medju disponibbli laħaq is-€26,247 fl-2016 (li żdied minn €25,960 fl- 2015), spjega l-Ministru Falzon. Dan ifisser li dawk ikkunsidrati li jgħixu f 'familja b'deprivazzjoni severa fl-2016 naqsu bi 3.7% mill-2015 meta kien hemm 8.1% tal-familji li jinsabu f 'din il-qagħda. L-aktar kontributuri li waslu għal dan it-tnaqqis kienu l-kapaċità akbar mill-familji li jieħdu btala imqar darba fis- sena, kapaċità akbar mill-familji li jistgħu jżommu d-djar tagħhom sħan matul ix-xhur tax- xitwa u l-kapaċità akbar mill-familji li jaffordjaw jieklu laħam, tiġieġ, ħut jew l-ekwivalenti darba iva u oħra le. "L-ikbar tnaqqis fil- persuni f 'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali kien irreġistrat kemm fejn hemm familji bit- tfal u kemm għal dawk il-familji mingħajr tfal. Fil-fatt, meta mqabblin mas-sena 2015 il-figuri juru li fil-familji bla tfal kien hemm tnaqqis ta' 1.3 punti perċentwali fil-faqar filwaqt li għall- familji bit-tfal naqas bi 3.4 punti perċentwali," sostna l-Ministru Michael Falzon. L-indikaturi juru wkoll li l-persuni f 'riskju ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali għal dawk taħt it-tmintax-il sena niżel b'4.2% mill-2015 għall-2016, għal persuni bejn it-18 u l-64 niżel b'3.2%. Fuq in-naħa l-oħra kien hemm żieda ta' 2.4% għal persuni 'l fuq minn 65. Il-Ministru Falzon saħaq li "Il-Gvern Laburista se jibqa' impenjat li jdaħħal aktar miżuri għall-pensjonanti, għall-familji, għall- ħaddiema, għall-anzjani u għall-persuni b'diżabilità fost oħrajn, biex ikompli jnaqqas il-faqar f 'pajjiżna. Dawn il-miżuri se jissoktaw mill- baġit li ġej kif imwiegħed fil-manifest elettorali."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM24092017