Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564
5 Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 | illum Aħbarijiet fuq il-bieb ta' Delia jkollu jwettaq mingħajr dewmien. L-ILLUM lejh. Hemm lista twila ta' nies, anke Deputati li jew ħadmu attivament biex Delia ma jkunx Kap jew inkella li saħansitra għamlu allegazzjonijiet serji fil- konfront. Ma' dawn Delia se jkollu jibni pontijiet li jmorru lil hinn mill-kompromessi fuq bażi ta' pożizzjonijiet jew offerti. Se jkollu jqatta' ħafna ħin jikkonvinċi li huwa bniedem onest, li jrid ikompli fejn ħalla Busuttil u li se jżomm fuq quddiem il-valuri tal-partit. Jikkonvinċi li se jkun moralment fuq in-naħa t-tajba u li huwa 'l fuq minn kull forma dubju jew dell. Jekk dan ma jiġrix Delia se jiffaċċja Grupp Parlamentari maqsum li mal-ewwel darba li jaqa' se jħallih mal-art. 5- Jiddeċiedi jemminx lil Daphne jew le... Iddejqu jew le, Daphne Caruana Galizia se tibqa' hemm. Se tibqa' tuża l-forza tagħha biex issemma' leħinha, tikteb l-istejjer u tkun parti mid-diversità medjatika tal-pajjiż. Delia għamilha ċara illi hu la jaqra l-blogg u li l-istejjer dwaru kienu kollha "kalunji" bil- kampanja tiegġu tqajjem fervur kontra l-istess persuna li l-istess nies probabilment kienu jaħilfu biha sal-2013. Issa Delia jeħtieġ jiddeċiedi. Jew se jibqa' jittimbra lil Caruana Galizia bħala persuna li xxerred l-mibegħda, dejjem. Jew inkella se jbiddel id-diska tiegħu ladarba l-attenzjoni ma tibqax fuqu. Naturalment, jekk jagħmel tal- aħħar jiftaħ lilu nnifsu għal ħafna kritika ta' opportuniżmu politiku. 6 - Idaħħal lil Said xi mkien Il-kampanja tal-PN kienet waħda mill-aktar akrimonjuża. Kien ċar għal kulħadd li bejn Delia u Said ma tantx hemm xi passjoni kbira, anzi. Chris Said għandu warajh minoranza qawwija ħafna ta' tesserati, 47% ta' dawk li vvutaw nhar is-Sibt li għadda. Ħafna minn dawn mhuma kuntenti xejn bl-elezzjoni ta' Delia u għalhekk strateġikament ikun jagħmel ħafna sens għal Delia stess li f 'ġieħ l-għaqda joffrilu pożizzjoni ċentrali fit-tmexxija tal-partit. B'hekk, jorbot lill-eluf li ma riduhx mal-karru tiegħu f 'sinjal ċar tal-għaqda li tant se jkollu bżonn. Jekk ma jagħmilx dan ikun qed jirriskja li jaljena lil dawk li mhumiex komdi bih u li ma jaqtax ras inkwiet serju intern fil-PN. B'47%, it-tamiet ta' dawk li riedu lil Said għadhom hemm. Li żżomm lil dan is-settur ta' attivisti u lil Said innifsu diżillużi, tista' tkun strateġija fatali 7 - Kampanja biex ikabbar il- preżenza politika tiegħu B'mod immedjat Delia jeħtieġ jibda kampanja qawwija madwar il-pajjiż. Fil-każini, fit-toroq, fis- swieq, fil-barijiet. Kull fejn hemm in-nies Delia jeħtieġ ikun hemm. Jitkellem, jagħti diskorsi u jiltaqa' man-nies f 'tip ta' whirlwind tour li jagħti palata qawwija lill- preżenza politika tiegħu fil-qalba tal-irħula, villaġġi u bliet Maltin. Muscat kien għamel xi ħaġa simili u rnexxiet. Biha kien issolidifika l-għeruq Laburisti warajh, li sa dak iż-żmien kienu diżillużi ferm bit-telfa tal-2008. Busuttil ma kienx għamilha u fl-ewwel xhur bħala Kap kien qed jidher illi kien assenti u maqtugħ min-nies, kwiet u mingħajr wisq saħħa. U minkejja li ġġilidha t-tiketta baqgħet imwaħħla miegħu. Għax l-ewwel impressjoni tgħodd ħafna. 8 – Li ma jkunx taħt id-dell ta' Simon Maż-żmien iżda Busuttil bena immaġini qawwija ta' kap li ġibed ħafna ammirazzjoni lejh u lejn il-kawża tiegħu. Minkejja telfa kbira, Busuttil kien rebaħ l-ammirazzjoni u r-rispett ta' ħafna Nazzjonalisti li jħossu li kellu kawża ġusta ħafna u li ma kienx jixraqlu r-riżultat li dabbar il-PN. B'Busuttil fil-Parlament u preżenti ma' djulu l-ħin kollu Delia se jibqa' dejjem fir-riskju (speċjlament jekk waħda mill- inkjesti fid-dawl ta' Konrad Mizzi, Keith Schembri jew Joseph Muscat jagħtu raġun lil Busuttil) illi jibqa' taħt id-dell tal-predeċessur tiegħu. Dan ikun pjuttost traġiku għall-karriera politika ta' Delia. 9 – Jagħżel sew lin-nies li se jiddawwar bihom Il-politiku huwa wkoll dawk li jkunu miegħu, madwaru jtuh il-pariri u juruh it-triq 'il quddiem. Dak li għandu jgħid, kif għandu jgħidu, meta għandu jgħidu u lil min. In-nies ta' madwar il-politiku jistgħu jkunu ta' żewġ tipi. Ħassieba, intelletwali u strateġisti, li jgħollu l-profil ta' kull mexxej politiku u s-sangisugi, li fil-mexxej politiku jaraw biss l-avvanza tagħhom u tal-familja tagħhom. It-tieni grupp ta' nies joffru bħal buffer bejn il-politiku u d-dinja ta' madwaru. Dawn huma in- nies li jimlew l-uffiċċju tal-kap bl-'inċens' bit-tama li fid-daħna l-kap jaqdi l-bżonnijiet tagħhom. Meta politiku, u din pruvata mill-istorja politika passata ta' dan il-pajjiż, ikun imdawwar biss jew kważi biss b'dawn in-nies, il- falliment isir inevitabbli. Delia jeħtieġ jagħżel sew lil dawk ta' madwaru u jitgħallem minn esperjenzi li seħħew mhux biss fil-PN imma anke fi Gvern Laburista b'Ministri bħal Michael Falzon u Manuel Mallia, jispiċċaw f 'ilma jagħli minħabba nies li huma stess għażlu biex ikunu qrib tagħhom. Dan jgħodd mhux biss għal dawk li jaħdmu fl-uffiċċju tiegħu imma wkoll dawk li se jkunu madwaru, speċjalment dawk li jitrattaw il-midja. 10 – Jitħaffef il-proċess biex jintagħżlu l-Viċi Kapijiet L-aħħar ħaġa li għandu bżonn Delia bħalissa hija tiġrija oħra interna fil-partit li tkompli tiggrava l-qasmiet u żżid id-doża ta' qrusa li hemm fil-PN bħalissa. Issa jridu jintagħżlu l-uffiċjali tal-partit il-ġodda, inkluż iż-żewġ Viċi Kapijiet. Dan Delia għarrfu, tant li fl- indirizz tiegħu lill-attivisti fuq il-fosos lejliet l-Indipendenza ħabbar illi l-elezzjonijiet se jsiru sal-aħħar ta' din is-sena. B'digriet tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) tas-17 ta' Lulju 2017 ġiet ordnata l-pubblikazzjoni tal-estratt li jidher hawn taħt għall-finijiet ta' notifika skont l-Artikolu 931(3) talKodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12). Bandu għall-kuraturi. Repubblika ta' Malta Lill-Marixxall tal-Qorti Billi b'digriet mogħti minn din il-Qorti fuq talba ta' timothy u Corinne konjugi Camilleri ġie ordnat illi jintgħażlu kuraturi deputati biex jirrappreżentaw l-eredi mhux magħrufa ta' Leonard Ralph Fisher fl-atti taċ- ċedola numru 1213/2017 u fl-atti u l-proċeduri l-oħra relattivi jew sussegwenti fejn talbu: Permezz ta' kuntratt fl-atti tan-Nutar Dr Henri Vassallo datat id-29 ta' Diċembru, 2005, l-esponenti akkwistatw "the fully-detached villa, named Villa Svedala numbered thirty four (34) and thirty-six (36) in triq ir-Russett, Kappara, San Ġwann, consisting of a basement (lower groundfloor), accessible from number thirty six (36) and a ground floor, first floor and overlying airspace, accessible from number thirty-four (34)" kif suġġetta għaċ-ċens annwu u perpetwu ta' €139.80 ekwivalenti għal Lm60. Il-provenjenza ta' dan iċ-ċens ġejja minn kuntratt tan-Nutar Paul Pullicino tal-1 ta' Ottubru, 1966 (kopja hawn annessa ummarkata Dok. A). Irriżulta illi hemm porzjon ta' dan iċ-ċens li huwa pagabbli lill-eredi mhux magħrufa ta' Leonard Ralph Fisher u Caryl Priscilla Fisher née Joye fl-ammont ta' €41.94 ekwivalenti għal Lm18. Għaldaqstant, l-esponenti jixtiequ jaffettwaw il-ħlas taċċens għall-perjodu bejn l-2012 u l-2017 cjoè l-aħħar ħames snin, li jammonta għal €2089.70. Għaldaqstant, l-esponenti qegħdin jadixxu lil din l-Onorabbli Qorti u taħt l-Awtorità tagħha jiddepożitaw is-somma ta' €173.83 li flimkien mas-somma ta' €35.87 spejjeż ta' din il-proċedura jammontaw għas-somma ta' €209.70 sabiex jiġu mogħtija lil min għandu dritt għalihom skont il-liġi. Rikorrenti: timothy u Corinne konjugi Camilleri, 34, the Mitties, triq ir-Russett, San Ġwann Int għaldaqstant ordnat li twaħħal kopja uffiċjali ta' dan il-bandu fid-daħla tal-Qorti, u ssejjaħ b'dan lil kull min irid jidħol bħala kuratur biex jidher fi żmien erbat ijiem f'dan ir-reġistru u jagħmel b'nota d-dikjarazzjoni illi huwa jidħol għal dan. Inti ordnat ukoll illi tgħarraf lil kull wieħed illi jekk ma jagħmilx hekk fi żmien mogħi, din il-Qorti tgħaddi biex tagħżel kuraturi tal-uffiċċju. U wara li tkun għamilt dan, jew tiltaqa' ma xi xkiel flesekuzzjoni ta' dan il-bandu inti għandek tgħarraf minnufih lil din il-Qorti. Mogħti mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta), fuq xhieda ta' Dr Consuelo Scerri Herrera, LLD, Duttur tal-Liġi, Maġistrat tal-Qorti hawn fuq imsemmija. Illum is-17 ta' Lulju, 2017 Reġistru tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta), illum it-28 ta' Lulju, 2017 ALEXANDRA DEBAttIStA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u tribunali Delia: Bejn Messija għal xi wħud u Ċarlatan għal oħrajn