Illum previous editions

ILLUM24092017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 Aħbarijiet Minn Liam Carter ITTMIENJA ta' Settembru jew Otte Settembre hija festa pubblika ċċelebrata f 'Malta li primarjament tfakkar il- ġrajja ta' żewġ avvenimenti li fasslu l-istorja ta' din il-gżira. Iżda mhux biss hekk kif din il-ġurnata taħbat ukoll mal-kommemorazzjoni tat-twelied tal-Verġni Marija, magħrufa aħjar bħala l-Bambina, festa li tiġi ċċelebrata f 'bosta lokalitajiet f 'Malta fosthom, l-Isla, in-Naxxar u l-Mellieħa u x-Xagħra f 'Għawdex. Din il-ġurnata tfakkar żewġ assedji li l-gżejjer Maltin esperjenzew. L-ewwel, dak tal-1565 meta għal iktar minn tliet xhur it-Torok Ottomani kienu assedjaw lill-Birgu u lill-Isla sakemm irtiraw u telqu minn din il-gżira filwaqt li fl-1943, l-Italja kienet irtirat mit-Tieni Gwerra Dinjija dan wassal għat-twaqqif tal- bumbardamenti min-naħa tat-Taljani fuq Malta, b'hekk il-poplu Malta seta' jieħu naqra nifs. Sfortunatament fil-jum ta' din il-ġurnata tant mistennija, Malta esperjenzat maltempata kbira li ħalliet partijiet mill- pajjiż saħansitra mgħerrqin taħt l-ilma. Ix-xita damet nieżla aktar minn siegħa u kienet ikkaratterizzata minn sajjetti kontinwi f 'din l-ewwel maltempata wara sajf mill- aktar twil, sħun u niexef, ikkarratterizzat minn diversi mewġiet ta' sħana, speċjalment fil-bidu t'Awwissu. F'Jum il-Vitorja, issir ukoll ir-regatta tradizzjonali fejn numru ta' qaddiefa mil- lokalitajiet ta' Bormla, il-Birgu, Birżebbuġa, Marsamxett, il-Kalkara u l-Isla jissiltu f 'esibizzjoni ta' numru ta' tiġrijiet bid-dgħajjes fil-Port il-Kbir fejn ir-rebbieħ jieħu x-shield. Intant ilbieraħ filgħaxija fil-lokalitajiet fejn issir il-festa tal-Vitorja fosthom l-Isla, ix- Xagħra Għawdex u n-Naxxar, ħarġet il-purċissjoni tal- Bambina, hekk kif din kellha tkun posposta minħabba l-istess maltempata. Fil- Mellieħa l-Bambina ħierġa llum wara li l-Ħamis li għadda ttellgħet wirja spettakolari ta' nar tal-art u anke tal-ajru. Il-maltemp mistenni li jippersisti fl-ewwel jiem tal- ġimgħa d-dieħla, għalkemm it-temperatura se terġa' tmiss it-30 grad u x-xemx terġa' tiżreġ, biex ikompli s-sajf Malti, li din is-sena ma tantx kien ħanin wisq. 'Malta saret mudell għal pajjiżi oħra biex idaħħlu riformi li jsaħħu lin-nies' Joseph Muscat jindirizza l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda ILPRIM Ministru Joseph Muscat qal li bil-miżuri li ddaħħlu f 'pajjiżna, Malta saret mudell li fuqu jistgħu jimxu pajjiżi li huma abkar minnha sabiex jintroduċu miżuri li jsaħħu lin-nies fis-soċjetà. Fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Joseph Muscat spjega kif il-Gvern qed jibbaża l-politika tiegħu fuq erba' punti li huma l-mobbilità soċjali, il-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza u l-għaqda. Elenka miżuri li ddaħħlu biex tissaħħaħ l-ugwaljanza fosthom aktar liġijiet għal persuni LGBTIQ+ u kif sirna l-ewwel pajjiż Ewropew li qed joffri 'childcare' bla ħlas. Qal li b'din il-miżura aktar nisa rnexxilhom jilħqu l-potenzjal tagħhom. Muscat qal li l-potenzjal tan-nisa u ż-żgħażagħ fil- politika se jintlaħqu bit- tisħiħ tal-parteċipazzjoni tan-nisa u d-dritt tal-vot liż-żgħażagħ ta' 16-il sena. Saħaq li nies li jgħixu fil-biża' jew li huma diskriminati ma jistgħux jilħqu l-potenzjal tagħhom u jgħixu fil-paċi. Il-Prim Ministru Malti qal li ma jistax ikun hawn il-paċi dejjiema jekk se jibqa' jkun hawn il-faqar. Filwaqt li rrimarka kif il-persuni fir-riskju tal-faqar f 'Malta naqsu, qal ukoll li l-paċi tista' tintlaħaq mhux biss bin-nuqqas tal-gwerra imma wkoll billi jiġu indirizzati sfidi bħall- immigrazzjoni, it-tibdil fil-klima u l-iskarsezza tal- ikel u l-ilma. Elenka kif il-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal- Ewropa ħadmet b'suċċess flimkien mal-pajjiżi membri favur kunsens Ewropew fuq l-iżvilupp u pjan ta' azzjoni biex jinqered il-faqar. Malta flimkien mal-pajjiżi Ewropej qed taħdem kontra t-traffikar tan-nies imma azzjoni nazzjonali jew reġjonali mhux biżżejjed mingħajr ħidma internazzjonali. Joseph Muscat qal li l-pajjiżi kollha membri fil-Commonwealth huma impenjati bis-sħiħ biex jintlaħqu l-miri tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Magħquda li jinkludu l-qerda tal-faqar u l-ħarsien tal-klima. Filwaqt li saħaq li Malta tinsab impenjata favur il-ftehim ta' Pariġi, f 'livell nazzjonali ttieħdet azzjoni volontarja fejn 30% tal-baħar kontinentali saret żona protetta. Hekk kif enfasizza li huwa kruċjali li jkun hawn aktar protezzjoni legali għall-biodiversitá fil-baħar, Joseph Muscat fakkar kif ix-xahar id-dieħel, Malta se tkun qed tospita l-konferenza Our Ocean 2017. jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM24092017