Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564
illum Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 Sports 30 Il-mibki iżda qatt minsi, Alex Vella. Malta tkompli tagħmel isem fil-kickboxing b'diversi kisbiet minn Team Noel TUL din is-sena Malta kompliet tistabbilixxi ruħha fix-xena internazzjonali tal- kickboxing, hekk kif atleti Maltin minn Ying Yang - Team Noel laħqu qċaċet ġodda u għamlu isem għal pajjiżna fi ġlidiet internazzjonali. L-atleta professjonali Keith Azzopardi, li jitħarreġ ma' Team Noel, għadu kemm ġie ddikjarat K1 Pro Champion tal- Ewropa fil-kategorija Lightweight, wara li f 'isem Malta rebaħ it- titlu Ewropew tal-World Kickboxing Network (WKN) waqt avveniment fi Franza. Iċ-champion Malti ta' 24 sena nhar id-9 ta' Settembru ġġieled bout ta' K1 b'ħames rounds ta' tliet minuti kull waħda. Fit-taqtigħa għat-titlu huwa ffaċċja lill-avversarju Franċiż Mathias Branchu. Kienet ġlieda missielta ħafna, imma permezz ta' daqqiet bil-ponn u s-sieq Azzopardi rnexxielu jolqot lill-avversarju f 'rasu u fin-naħa ta' fuq ta' ġismu b'mod ċar u preċiż. Il- qlubija ta' Azzopardi kienet innutata u mfaħħra mill- uffiċjali tal-WKN u minn rappreżentanti magħrufa. Il-ħidma bla heda tal- kowċ Noel Mercieca biex l-atleti Maltin jinfetħulhom dejjem iktar bibien biex jikkompetu barra ħalliet il-frott, u din is-sena fil-fatt rat l-ewwel kompetizzjoni fl-Awstralja għal atleta Malti tal-kickboxing. F'April li għadda, Keith Azzopardi kien l-ewwel kickboxer Malti li mhux biss iġġieled fl-Awstralja, iżda wkoll rebaħ bl- unuri. Il-kummentatur Awstraljan fix-xandira ta' din il-ġlieda kellu kliem ta' tifħir għall-atleta Malti, u qal li "Azzopardi qed jirrappreżenta lil pajjiżu tajjeb ħafna." L-atleta minn Team Noel, Christopher Rotin, ukoll għandu l-unur li kien l-ewwel kickboxer Malti li ġġieled f 'Tehran, il-kapitali Iranjana. Rotin, akkumpanjat minn Master Noel, kellu l-opportunità li jikkompeti fl-Iran f 'Marzu li għadda. It-teknika li Rotin wera fl- Iran, u anki s-suċess li kellu fi Franza xahrejn wara, wasslu biex ikun iddikjarat kickboxer professjonali mill-President tal-World Kickboxing Network (WKN), Stephan Cabrera. Fl-ewwel tmien xhur tas- sena atleti nisa u rġiel minn Team Noel irrapreżentaw lil Malta f 'seba' pajjiżi differenti. Minbarra fl-Awstralja u fl-Iran, l-atleti Maltin iġġieldu wkoll f 'diversi postijiet fl- Italja, fil-Belġju, fi Franza u fl-Irlanda, u rebħu l-maġġoranza tal-ġlidiet. Dan minbarra l-ġlidiet internazzjonali li saru lokalment waqt l-avvenimenti tal- Gladiators, li din is- sena diġà ttellgħu tlieta minnhom. Fl-aħħar Gladiators Fight Night li saret f 'Lulju, l-atleti Maltin minn Team Noel rebħu l-ġlidiet kollha kontra l-atleti barranin li kienu ġejjin mill-Italja u r-Rumanija. Kienet rebħa mistħoqqa wkoll għall-boxer Diane Schembri, li f 'Mejju kisbet it-titlu tal-World Boxing Union(WBU) fi ġlieda ma' Marie-Clare Church fil-kategorija ta' 56 kilo. Schembri, li għandha 26 sena, ilha titħarreġ fil- boxing għal ftit iktar minn sentejn, u daħlet għall- ewwel ġlieda tagħha wara biss xahrejn ta' taħriġ ma' Team Noel. Il-Master Noel Mercieca, li ħarreġ lil Schembri tul dawn is-sentejn, fisser kif fil-bidu Schembri bdiet titħarreġ fil-kickboxing, iżda hu mill-ewwel ra fiha potenzjal għall-boxing u ħeġġiġha tiffoka fuq dan l-isport. Minn hemm bdiet it-taqbida ta' Schembri għaċ-ċintorin tal-WBU, li din is-sena rnexxiet ukoll. Emma Grech terġa' tikseb suċċess kbir għal pajjiżna fil-Karate WARA li ġiet fid-disa' post fl-Ewropa f 'Mejju li għadda, l-atleta Maltija Emma Grech reġgħet kisbet suċċess kbir għal pajjiżna meta kkompetiet fil- kompetizzjoni kbira tal-Premier League K1 fil- Ġermanja li seħħet bejn it-8 u l-10 ta' Settembru. Din kienet akkumpanjata mill- kowċ tagħha Sensei Josef Antonelli. Hi spiċċat fis-seba' post min 77 atleta ġejjin minn 80 nazzjon differenti. Hija ħadet sehem fil-kategorija tal- Kumite female seniors ta' taħt it-68 kilogramma. Il-Maltija ġiet kontra atleta mis-Slovakkja. Emma rebħet il-ġlieda bl-iskor ta' 2-0. Hija rnexxielha tidħol b'żewġ punti b'attakki fil-wiċċ, waqt li mbagħad ħadmet rasha u ntefgħat fuq ġlieda difensiva sakemm iż-żewġ minuti spiċċaw. Fit-tieni ġlieda, Emma, rnexxielha tegħleb l-atleta tas-Serbja bl-iskor ta' 3-0. Avolja, din kienet rebħa ċerta għall-Maltija, is-Serbjana baqgħet tiġġieled sal-aħħar u fi ftit sekondi qabel intemmet il-ġlieda din tkeċċiet minħabba l- 'warnings' li kienet qalgħet. It-tielet ġlieda tal-Maltija kienet ferm iktar iebsa, meta ltaqgħat mas-Slovena fis- semi-finali tal-pool. Emma użat l-esperjenza u l-kapaċità tagħha biex tiġġieled il- ġlieda tal-avversarju, u bl-għajnuna tal-kowċ tagħha, rebħet il-ġlieda bl-iskor ta' 3-2. Fil- finali tal pool Emma habtet wiccha ma Jappuniza, li spiccat terbah il –kampjonat tal K 1. Per oil maltija tilfet bscore baxx ta 2-0. Lahhar Glieda ta Emma Kienet kontra It turkija. Kieku Emma rebhet din il glieda kienet titla sabiex tikkometi ghat 3jew 4 post, izda emma tilfet bi skor ta 3-1. B'hekk Emma temmet fis-seba' post. Din hija l-unika atleta Maltija fl-istorja tal- Karate Malti li waslet sabiex tagħmel das- suċċess.