Illum previous editions

ILLUM24092017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Viżjoni mhux medjokrità M ingħajr viżjoni m'hemmx għaqda ta' partit. Hemm biss ħafna nies li individwalment jaħdmu għalihom, jaħsbu għal rashom u jinteressaw lilhom infushom biss f 'dak li jolqot lilhom biss. Din il-ġimgħa rajna l-frott ta' x'jiġri meta f 'partit politiku, minflok is-saħħa permezz tal-għaqda jkun hemm biss l-individwaliżmu sfrenat, fejn l-ewwel niġi jien imbagħad il-ġid komuni, jew il-ġid tal-partit. Fejn qatt konna nobsru, fl-istorja politika riċenti ġeneralment immarkata mil-lealtà lejn il-ġid komuni jew ġid tal- partit, li Deputat li għadu jibda l-ħajja politika f 'partit jiġi għal għajnu mill-bżonn tal-partit jew tal-Kap tiegħu stess u jibagħtu jixxejjer, minflok jagħmillu ħajtu faċli? Fejn qatt rajna l-ġlied intern ikrah li għaddej minnu bħalissa l-PN? Fejn qatt rajna tant determinazzjoni biex jekk hemm bżonn jegħreq il-vapur, 'basta tgħaddi tagħna'? Dan kollu huwa frott ta' nuqqas ta' viżjoni. U n-nuqqas ta' viżjoni u dan ir-raġunament ta' 'issa', 'illum', 'jien u jien biss', ħakem mhux biss lill- PN, imma anke lill-PL u l-pajjiż sħiħ. Meta se nibdew inħarsu lejn viżjoni ta' kif iridu li pajjiżna jkun jidher? Għaliex m'aħniex inwerżqu biżżejjed biex il- ftit spazji miftuħin li għad fadlilna nsalvawhom? Fejn hija l-viżjoni fit-trasport? Fl-2017 u pajjiżna għadu mtaqqal b'sistema ta' trasport pubbliku ġeneralment inefiċċjenti. Xarabanks ma jaslux, ħaddiema m'hemmx biżżejjed, pagi miżeri u vjaġġi li jaslu tard. Kemm se ndumu naċċettaw il- medjokrità? Kemm se ndumu naċċettaw li ningħaddu biż-żmien minn dawk il-kumpaniji li suppost qed joffrulna servizz u li ta' dak is-servizz qed inħallsu. Tibda tisma' b'kontijiet mimljin żbalji, servizzi li ma jaħdmux, spejjeż moħbija li qatt ma jkun jaf bihom il-klijent. Telefonati li ma jwasslu mkien, telefonati li jħalluk minuti tistenna. Kemm se ndumu naċċettaw il- medjokrità f 'dan il-pajjiż, fejn il-klijent qatt ma jkollu raġun? Il-prekarjat u xogħol biċ-ċiċri. Ilna nitkellmu dwar pagi diċenti snin u xhur. Din il-ġimgħa l-Arċisqof ukoll fakkar fl-importanza li kulħadd ikollu paga diċenti, li tgħinu jgħix b'dak li huwa bażiku. Kemm se ndumu naċċettaw il-medjokrità ta' min jitratta lill-ħaddiema ta' numru? Kemm se ndumu naċċettaw sitwazzjoni fejn mhux min hu l-aktar kapaċi, imma min jitħallas l-inqas li qed jispiċċa jieħu x-xogħol f 'ċerti setturi? Il-viżjoni hija kollox. Ta' fejn irridu nieħdu dan il-pajjiż. Ta' fejn irridu li Malta tkun minn hawn u 20, 30 jew 50 sena oħra. Ta' kif irridu neċċellaw, mhux biss illum u issa. Imma kif irridu neċċellaw għas-snin li ġejjin b'investiment li huwa dejjiemi u li joffri l-aħjar kundizzjonijiet tax- xogħol. F'dan is-sens l-ewwel diskors ta' Adrian Delia bħala kap tal-PN kien diżappuntanti, anke jekk għadu kmieni biex wieħed jgħaddi ġudizzju. Diżappuntanti għax kien nieqes minn dik il-ħeġġa li l-pajjiż għandu bżonn fuq iż-żewġ naħat politiċi, biex jimxi 'l quddiem. Wieħed jittama li, meta u jekk din it-tromba politika fil-PN tikkalma, id-diskors tal-partiti jerġa' jaqa' fuq il-viżjoni li għandhom għan-nies. Mhux biss ta' fejn irid imur il-pajjiż kollu, imma ta' kif se nagħmlu ħajjet in-nies aħjar. Mhux li nkunu tajbin imma li neċċellaw. Forsi jekk nibdew bl- idea li dan il-pajjiż jieqaf jaċċetta l-medjokrità bħala n-norma, inkunu bdejna xi mkien. Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM24092017