Illum previous editions

ILLUM24092017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017| illum Aħbarijiet Jekk Konrad jagħlaq l-Air Malta, il-Gvern ma jistax jinvesti direttament fil-kumpanija l-ġdida L-ebda investiment statali dirett mingħajr ma ssir investigazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea JEKK il-Ministru għat- Turiżmu Konrad Mizzi jiddeċiedi li jagħlaq il-linja nazzjonali ta' Malta, l-Air Malta u minflok jiftaħ kumpanija ġdida b'impjegati ġodda, il-Gvern ma jkunx jista' liberament jagħti għajnuna finanzjarja lil din il- kumpanija ġdid. Dan għaliex il-Gvern ma jistax jagħti għajnuna statali mingħajr ma din tgħaddi mill-għarbiel tal- Kummissjon Ewropea. Kienet kelliema għall-Kummissjoni li kkonfermat dan għall- mistoqsijiet tal-ILLUM. Tard il-ġimgħa l-oħra, il-Ministru Konrad Mizzi 'hedded' li jagħlaq l-Air Malta jekk l-impjegati u r-rappreżentanti tagħhom jibqgħu ma jikkoperawx mal-kumpanija għat-tibdil propost. Mizzi qal li hemm probabbilità kbira li l-istrateġija tal-Gvern tkun suċċess u l-Air Malta ssalva u terġa' tagħmel profitt. F'Ġunju tal-2012, il- Kummissjoni Ewropea kienet approvat il-pjan ta' ristrutturar tal-Air Malta, li kien jinkludi għajnuna finanzjarja. L-approvazzjoni tal-pjan kienet ibbażata fuq pjan għat-tul li ntemm fil- ħarifa tal-2015. Żmien li matulu l-Gvern kien qed ifittex sieħeb strateġiku fosthom l-Alitalia. Issa li ż-żmien tal-ftehim għar-ristrutturar intemm, l-Air Malta m'għandhiex aktar obbligi lejn il-Kummissjoni Ewropea. Maż-żmien, il-Gvern jista' jagħżel jerġa' jfittex sieħeb strateġiku għall-Air Malta, kumpanija li tinvesti hi u ssaħħaħ l-operat tal-linja nazzjonali. Għaldaqstant, il- Prim Ministru Joseph Muscat f 'diskorsi pubbliċi kemm-il darba qal li jeħtieġ li l-Gvern jibqa' jżomm il-maġġoranza tal-ishma fil-linja nazzjonali tal-ajru biex ikun f 'pożizzjoni li jieħu d-deċiżjonijiet li jeħtieġ u biex ma jkunx hemm il-periklu li dan is-sieħeb jagħżel li jopera minn pajjiż ieħor u jippakkja u jitlaq. Dan ifisser li jekk il-Gvern beħsiebu jżomm il-maġġoranza tal-ishma f 'kumpanija ġdida nazzjonali tal-arju ma jistax jagħti għajnuna finanzjarja diretta. Jekk il-Gvern bil- maġġoranza tal-ishma jagħżel li jfittex sieħeb strateġiku ma' kumpanija oħra, il- Kummissjoni Ewropea f 'dak il-każ tkun tista' tgħarbel il- ftehim li jintlaħaq mas-sieħeb strateġiku, speċjalment jekk is-sieħeb ma tkunx kumpanija oħra Ewropea. Dan għaliex fi tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-ILLUM, il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li investiment fl-Air Malta minn kumpanija tal-ajru oħra li ma tkunx kumpanija Ewropea jrid ikun taħt il- 50%. Għall-Kummissjoni l-importanti huwa li fil-linja nazzjonali l-Maltin jibqgħu bil-maġġoranza. Fix-xhur qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, il-Gvern kien daħal f 'diskussjonijiet mal-Etihad u aktar tard mal-Alitalia biex jixtru ishma u jinvestu bħala sieħeb strateġiku. Jidher li wara li fallew in-negozjati din id- deċiżjoni tpoġġiet fuq l-ixkaffa iżda mhux eskluż li l-Gvern jerġa' jimraħ f 'dan ix-xenarju. Fil-midja kienu feġġew ukoll rapporti li l-Gvern kien f 'taħdidiet mal-Air China, Turkish Airlines u AZAL li hija l-linja nazzjonali tal- Ażerbajġan. Intant, wara laqgħat mal- unjins din il-ġimgħa, Konrad Mizzi ħabbar li se jingħataw b'€16 miljun żieda fil-pagi lill-ħaddiema tal-Air Malta sakemm dan ikun jidher fil-produttivitá tagħhom u l-flessibilitá. Il-bdoti u l-membri tal-ekwipaġġ issa huma mistennija li jaħdmu aktar sigħat skont l-istandards internazzjonali. Il-Ministru Konrad Mizzi qal li sabiex ikun possibbli li din iż-żieda tingħata, l-linja nazzjonali tal- ajru trid iżżid il-qligħ tagħha b'€100 miljun. L-Air Malta ghadha qed timxi fit-triq biex tqum fuq saqajha Rumeni arrestati wara li ppruvaw ji- sirqu kartiera ta' turist f 'Tas-Sliema IL-PULIZIJA arrestaw żewġ Rumeni ta' 35 u 41 sena wara li nqabdu fil-fatt jisirqu kartiera ta' turist li kien tiela' fuq tal-linja. Ir-Rumeni daħlu fost grupp ta' Maltin u barranin li kienu qed jistennew il-karozza tal-linja fuq stejġ fi Triq it-Torri f 'Tas-Sliema. Il-Pulizija wettqu l-arrest tar-Rumeni wara investigazzjoni li saret fuq numru ta' rapporti li persuni kienu qed jisirqu mill-inħawi ta' San Ġiljan u Tas-Sliema. F'dawn l-aħħar jiem, ir-Rumeni kienu sorveljati mill-Pulizija. Ir-Rumen ta' 35 sena huwa mifhum li hu reċediv fuq l-istess reati, li seraq kartieri fil-Ġermanja, l-Olanda u fl-Iżvizzera nħariġlu wkoll mandat tal-arrest. Ir- Rumen l-ieħor ta' 41 sena hu magħruf mal-Pulizija fir-Repubblika Ċeka u jinsab akkużat li kellu dokumenti foloz. Ir-Rumeni se jitressqu l-Qorti aktar tard illum. Dan kien it-tieni każ ta' arrest li sar fl-istess ġimgħa, hekk kif it- Tlieta li għadda ġew arrestati żewġ Rumeni oħra li qajmu s-suspett tal-Pulizija. Wieħed minnhom kellu mowbajl li kien insteraq aktar kmieni f 'Settembru. Dan ir-Rumen li għandu 47 sena diġà tressaq il-Qorti l-Ħamis u kien akkużat b'serq u li sar reċediv b'sentenzi għall-istess reati minn Qrati barranin fosthom Franza, l-Olanda u r-Rumanija. Huwa ammetta l-akkużi mressqa kontrih u ngħata s-sentenza ta' 7 xhur priġunerija. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzonijiet. jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Lestu l-umbrelel għax ġejja x-xita, jgħidu s-siti tat-temp Minn Liam Carter Is-Sit FirstMalta.com, bassara indipendenti tat-temp, jinnotaw li ammont kbir ta' kummenti fuq il-media soċjali qed joħolqu xi ftit tal-allarm hekk kif ħafna qed jgħidu li għada t-Tnejn 25 ta' Settembru mistennija ammont kbir ta' xita. Skont l-istess sit, dan mhux minnu hekk kif it-Tnejn mhux mistennija xita, iżda l-ġurnata se tkun b'xi perjodi ta' sħab, bir-riħ Punent Majjistru Forza 4 – 5, bl- ogħla temperatura tilħaq is-27 °C u l-inqas id-19 °C. Skont l-istess sit ix-xita hija mistennija illum, u tista' tkun akkumpanjata minn xi sajjetti, iżda mhux qed nistennew xi ammont kbir ta' xita bl-ikbar probabbilità ta' xita tibqa' għal wara nofsinhar.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM24092017