Illum previous editions

ILLUM24092017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

illum | Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 20 Opinjoni I s-Sunday Times of Malta kellha rapport estensiv fuq żewġ faċċati dwar iż-żieda fl-inċidenti tat- traffiku. Ir-rapport ikkonċentra fuq tliet taqsimiet: i) miżuri li jisgħu jittieħdu biex it-toroq tagħna jkunu inqas perikolużi, bid-dixxiplina tas-sewwieqa fattur ewlieni; ii) l-effetti fiżiċi u psikosoċjali fuq il-vittmi u l-familji tagħhom u iii) intervista ma' spettur tal-pulizija li jaħdem fit-Taqsima tat-Traffiku. Wieħed mill-fatturi li jbaxxu l-livell tal-ħajja fil-gżejjer Maltin hu l-ammont ta' karozzi fit-triqat tagħna. Dan il-pajjiż rarament jaħseb għal pjanijiet fit-tul, u f 'dan il-każ ukoll il-karozzi tħallew jiżdiedu mingħajr l-ebda kontroll biex illum wasalna fi stat fejn is- sena l-oħra kien hemm 23 fatalità fit-toroq u 293 persuna weġġgħu serjament. Is-sens ta' propozjon ukoll hu kważi ineżistenti – minn toroq dojoq li sa mitt sena ilu forsi kien jgħaddi xi ħmar jew żiemel, illum tara SUV jew trakk jipprova jintrass. Dawn huma 'toroq' fil-qalba tal- irħula li f 'pajjiżi oħra traffiku ma jitħalliex jgħaddi minnhom. Toroq magħluqa għat-traffiku għandhom enerġija partikolari: tfal jilagħbu, kafejiet, attività artistika u nies jippassiġġaw. Lura għar-rapport tas-Sunday Times. Kif spjega tajjeb il-konsulent mediku fid-Dipartiment tal- Emerġenza tal-isptar Mater Dei, kull mewt f 'inċident tat-traffiku, tfisser mijiet oħra ta' vittmi li jibqgħu isofru minn diżabbilitajiet għal żmien qasir jew anki b'mod permanenti. Ir-riżultat, spjega Dr Jonathan Joslin, hu restrizzjonijiet fuq l-abbiltajiet fiżiċi, konsegwenzi psikosoċjali u tnaqqis fil-kwalità tal-ħajja. Għall-Ispettur Pierguido Saliba element qawwi fin-nuqqas ta' dixxiplina fis-sewqan hu l-egoiżmu u n-nuqqas ta' empatija lejn l-oħrajn. Tassew. Din hi tendenza li tista' tmissha b'idejk f 'kull livell tal-ħajja f 'Malta, fejn l-istint għas- sopravivenza individwali jaħkem fuq il-ġid kollettiv, bir-riżultat li jispiċċaw ibatu dawk li huma l-iktar dgħajfa, bħat-tfal u l-anzjani. It-toroq tagħna saru l-pista tal- mewt. Paolo Freire: għoxrin sena mill- mewt Minkejja li l-edukatur Brażiljan Paolo Freire miet fl-1997, l-influwenza tiegħu għada qawwija u mill-qasam edukattiv infirxet u llum tkopri l-oqsma tas-soċjoloġija, in-nursing, l-iżvilupp komunitarju, il-komunikazzjoni u t-teoloġija. Freire jemmen f 'tip ta' edukazzjoni liberatorja fejn l-istudenti mhumiex reċipjenti passivi tat-tagħrif imma għandhom jiżviluppaw ħiliet kritiċi li jgħinuhom ikunu parteċipi fil- proċess tat-tagħlim u, imbagħad, fl- iżvilupp ta' soċjetà inqas oppressiva. F'Malta il-Professuri Peter Mayo u Carm Borg mill-Università jaħdmu ħafna biex il-prinċipji ta' Paolo Freire jiddaħlu fis-sistema edikattiva tagħna. Carm Borg hu wkoll l-editur ta' antoloġija ta' siltiet mill-kitbiet ta' Paolo Freire tradotti għall-Malti bit-titlu L-Edukazzjoni hi Politika (Horizons). Minkejja l-isforzi tagħhom, iżda, għad baqa' ħafna xi jsir biex is-sistema edukattiva tagħna tkun tassew trasformattiva u liberatorja. Illum hemm modi ġodda ta' oppressjoni: it-teknoloġija, l-allerġija kontra l-kultura "għojla", tfal magħluqin f 'bini ġewwa minn età bikrija, l-ambjent dejjem jiċkien u l-aljenazzjoni konsumista. F'Malta wkoll l-Istitut Paolo Freire fiż-Żejtun, imwaqqaf mill-Ġiżwiti, imexxi bosta programmi ma' nies vulnerabbli, li jinkludu r-refuġjati (fil-maġġoranza tagħhom Somali li jgħixu fiċ-ċentri miftuħa), ħiliet fit-trobbija, programmi ta' litteriżmu (anki bi sħab mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu) u oħrajn ta' integrazzjoni soċjali. Meta s-silenzju jikkundanna Numru ta' rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi, fosthom l-Arċisqof Desmond Tutu u Malala Yousavzai ħeġġew lill-Aung San Suu Kyi, rebbieħa tan-Nobel fl-1991 u li damet snin twal arrestata f 'darha mill-ġunta militari ta' Myanmar, titkellem kontra l-persekuzzjoni tal- minorità Rohingya mill-maġġoranza Buddista. Illum Suu Kyi hi l-Prim Ministru ta' Myanmar u r-Rohingya huma Musulmani li n-Nazzjonijiet Uniti ddeskrivew bħala "l-iktar minorità ppersegwitata fid-dinja." Bħala riżultat tal-operazzjonijiet militari f 'Myanmar mat-300,000 refuġjat ħarbu mill-pajjiż f 'temp ta' ġimagħtejn. L-Arċisqof Sud- Afrikan Desmond Tutu kiteb hekk f 'ittra lill-Suu Kyii: "Jien issa xjaħt, żmagajt u irtirajt formalment, imma qed nikser il-wegħda li għamilt li nibqa' sieket dwar kwistjonijiet pubbliċi sforz in-niket li nħoss dwar il-qagħda tal-minorità Musulmana f 'pajjiżek...Naf li taf li l-bnedmin jidhru differenti u jħaddnu twemmin divers – u wħud jista' jkollhom iktar armamenti minn oħrajn – imma ħadd mhu superjuri u ħadd mhu inferjuri; taħt il-qoxra aħna lkoll l-istess, membri ta' familja waħda, dik umana; m'hemm l-ebda differenzi naturali bejn il-Buddisti u l-Musulmani; u kemm jekk Lhud, kemm jekk Indù, Kristjani jew atei, twelidna biex inħobbu, mingħajr preġudizzju. Id- diskriminazzjoni mhix naturali; hi mgħallma." Temm jgħid Desmond Tutu: "Oħti l-għażiża, jekk il-prezz politiku biex tilħaq l-ogħla kariga f 'Myanmar hi s-silenzju tiegħek, zgur li l-prezz hu qawwi ħafna. Pajjiż li mhux kwiet miegħu nnifsu, li ma jirrikonoxxix u jipproteġi d-dinjità u l-valur ta' niesu kollha, mhuwiex pajjiż liberu." "Wasalna fi stat fejn is-sena l-oħra kien hemm 23 fatalità fit-toroq u 293 persuna weġġgħu serjament." "Kull mewt f 'inċident tat-traffiku, tfisser mijiet oħra ta' vittmi li jibqgħu jsofru minn diżabbilitajiet għal żmien qasir jew anki b'mod permanenti." MARIO AZZOPARDI Mill-ġdid: l-inċidenti tat-traffiku Aktar imwiet fit-toroq Maltin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM24092017