Illum previous editions

ILLUM24092017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 Għandhom jarawlek imejls u messaġġi li FIL-ĠIMGĦAT li għaddew il-Qorti Ewropea għad- Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet fuq appell li għamel ir-Rumen Bogdan Mihal Bărbulescu. Dan tkeċċa mill-post tax-xogħol fejn kien qed jaħdem wara li għamel użu mill-kompjuter u l-wifi tax- xogħol biex bagħat komu- nikazzjonijiet personali. Jirriżulta li d-diretturi tal- kumpanija fejn kien jaħdem, rawlu l-komunikazzjoni personali mingħajr ma għarrfuh li kienu qed jagħmlu monitoraġġ fuqu. L-appell ta' Bărbulescu kien ibbażat fuq il-ksur tal-Artiklu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, li tistipola li għandu jkun hemm rispett sħiħ lejn il- ħajja privata, dik tal-familja u l-korrispondenza tal- individwu. Il-Qorti Ewropea waslet għall-konklużjoni li ma kienx hemm dan il-ħarsien tal-privatezza. L-ILLUM tistaqsi x'inhi s-sitwazzjoni preżenti f 'Malta, x'tgħid il-liġi, x'inhi l-pożizzjoni tal- unjins u fuq kollox x'inhuma d-drittijiet tal-ħaddiema f 'każ bħal dan. ĦATRA TA' USHER PARLAMENTARI I MAL-KAMRA TAD-DEPUTATI L-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati jilqa' applikazzjonijiet għall-kariga ta' Usher Parlamentari I. Dettalji dwar il-kundizzjonijiet, dmirijiet, rekwiżiti ta' eliġibbiltà, għażla u sottomissjoni ta' applikazzjonijiet jinsabu fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li tista' titniżżel mis-sit tal-Parlament ta' Malta fl-indirizz li ġej http://parlament.mt jew miġbura mis-Sezzjoni tar-Riżorsi u Faċilitajiet, Kamra tad-Deputati, Pjazza Ħelsien, Il-Belt Valletta VLT 1111. Applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumentazzjoni relattiva, jintlaqgħu mill-Kamra tad-Deputati mhux aktar tard minn nofsinhar (CET), il-Ġimgħa, 29 ta' Settembru 2017, jew jistgħu jintbagħtu b'mod elettroniku fuq dcs@parlament.mt. L-ILLUM titkellem mal-unjins dwar id-drittijiet ta' min iħaddem u tal-impjegati b'ħarsien sħiħ tal-privatezza jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Il-UĦM twieġeb… Il-liġijiet Maltin x'referenza jagħmlu għall-monitoraġġ ta' email jew mezzi tal-komunikazzjoni oħra mill-impjegati fuq il-post tax- xogħol tagħhom? Kapitlu 440 tal-liġijiet ta' Malta dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, jitkellem dwar 'suġġett ta' data' li tfisser persuna naturali li lilha jkunu jirrigwardaw id- data personali u għalhekk tali definizzjoni tinkludi wkoll 'impjegat'. S'issa jidher li ma hemm ebda regola ġenerali fir-rigward ta' monitoraġġ ta' imejl jew mezzi tal- komunikazzjoni oħra mill-impjegati fil-post tax-xogħol tagħhom u fil-fatt jidher li l-Uffiċċju tal- Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data qed jitratta kull każ b'mod separat bit-termini tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9 tal-Kapitlu 440 tal-Liġijiet ta' Malta. Għandu jsir monitoraġġ fuq l-impjegati jekk dawn jagħmlu użu minn riżorsi tal-kumpanija fejn jaħdmu għal skopijiet personali? Filwaqt li huwa ġustifikat li l-kumpanija tara li l-impjegat juża l-ħin tiegħu tajjeb waqt il-ħin tax- xogħol, wieħed għandu jifhem li monitoraġġ jista' jfisser kemm li tara l-persuna fuq lie-ma websajt qiegħda, filwaqt li tista' tfisser ukoll il-persuna x'qed tikteb, tfittex u tikkomunika ma' ħaddieħor. Dan għall-unjin mhux ġustifikat li jkun monitorat. Barra minn hekk wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn użu ta' kompjuter tax-xogħol u użu ta' wifi tax-xogħol. Mhu-wiex lanqas ġustifikat li jiġi monitorat x'jiġri fuq il-'mobiles' li jaqbdu mal-wifi tax-xogħol. Il-ħaddiema għandhom jiġu avżati li qed isir monitoraġġ fuqhom u għandhom jittieħdu miżuri dixxiplinarji fuqhom bħalma hija tkeċċija? Il-ħaddiema dejjem għandhom jiġu avżati x'qed isir, jew x'jista' isir fuqhom. Jekk dan isir, sakemm id- data li jkunu qegħdin responsabbli tagħha tkun waħda kunfidenzjali u anki tista' tkun 'trade secret', allura dan il-monitoraġġ jista' jintuża sabiex jittieħdu miżuri dixxiplinarji. Iżda jekk waqt dan il-monitoraġġ, jirriżulta illi l-kumpanija abbużat mill-poteri tagħha u an-ke daħlet fuq it-tagħrif personali tal-ħaddiem, dan ma għandux u ma jistax jiġi użat għall-ebda skop, lanqas għal tkeċċija. Tqis li monitoraġġ bħal dan huwa ksur tal-protezzjoni tad-data personali skont l-Artiklu 8 tal- Konvenzjoni tad-Drittijiet tal- Bniedem? Il-monitoraġġ fuq komunikazzjoni privata tal-impjegati għandu jkun projbit bħala regola ġenerali. Madanakollu invista tal-użu dejjem jikber tal-mezzi ta' komunikazzjoni personali, anke fil-postijiet tax-xogħol, kull tip ta' monitoraġġ għandu jsir biss b'avviż u taħt proċeduri uffiċjali ta' investigazzjoni. "Il-monitoraġġ fuq komunikazzjoni privata tal-impjegati għandu jkun projbit bħala regola ġenerali" Imniedi l-programm tal-istaġun tal-kunċerti tal-Orkestra Filar- monika ta' Malta IL-MINISTRU għall-Kultura Owen Bonnici flimkien maċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Orkestra Filarmonika ta' Malta Sigmund Mifsud ħabbru l-programm tal- istaġun tal-kunċerti tal- Orkestra. Kif sar fl-istaġuni li għaddew l-Orkestra se sservi bħala Ambaxxatriċi Kulturali ta' Malta lil hinn minn pajjiżna, fosthom f 'żewġ okkażjonijiet importanti. Għaxar mużiċisti tal-Orkestra se jingħaqdu ma' 10 mużiċisti Russi f 'kunċert f 'Moska għaċ-ċelebrazzjoni tal-50 sena mit-twaqqif tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi. It-tieni avveniment hu sinjifikanti fejn l-Orkestra se tagħti wirjiet f '4 postijiet prestiġjużi fil-Ġermanja, qabel ma terġa' tmur Vjenna biex tieħu sehem fl-avveniment ta' fama dinjija l-Musikverein. Il-Ministru Bonnici qal li dan hu impenn li jieħu t-talent Malti 'l barra minn xtutna fejn qed ikun apprezzat sew. Fakkar fil- Missa Solemnis li saret f 'Ruma f 'Diċembru li għadda u l-kunċert li ngħata waqt il-Presidenza ta' Malta tal- Kunsill tal-Unjoni Ewropea fi Brussell f 'Jannar li għadda. Iċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Orkestra Sigmund Mifsud qal li m'għandniex inħarsu lejn l-Orkestra bħala organizzatur ta' kunċerti ta' livell imma nqisu l-orkestra bħala punt ta' referenza għall- mużiċisti żgħażagħ li jkollhom l-aspirazzjoni li jingħaqdu magħha.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM24092017