Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 ILLUM Adrian Delia, jagħlaq ġimgħa bħala kap tal-Partit Nazzjonalista, wara rebħa bi kważi 53% tal-voti illi ntefgħu mit-tesserati Nazzjonalisti. Minkejja li kiseb maġġoranza assoluta, ir-riżultat huwa bil- wisq 'il bogħod mis-60% jew saħansitra 70% li wħud kienu qed jipprevedu li se jakkwista Delia. Huwa wkoll riżultat illi anke jekk ġie minkejja kull attakk jew allegazzjoni xorta jħallu lill-PN pjuttost maqsum. B'dawk li jridu lil Delia jew saħansitra li jarawh qisu l-Messija li se jieħu lill-PN fl-art tar-rebħ jew dawk li jarawh bħala bniedem b'rabtiet dubjużi, appoġġjat mill-ħamalli li se jkisser lill- partit. Dan kollu jagħmel mis- sitwazzjoni li jinsab fiha Delia waħda xi ftit jew wisq dgħajfa. Kważi, kważi aktar dgħajfa milli kienet dik ta' Simon Busuttil fl-2013. Għax apparti id-distakk qawwi bejn iż-żewġ partiti, Delia jrid jara l-ewwel kif se jkabbar jew saħansitra jibni l-persunaġġ tiegħu bħala kap, saħansitra ma' bosta fil-qalba nett tal-PN. L-ILLUM tat ħarsa lejn 10 prioritajiet li se jkollu jiffaċċja Delia fil-jiem, ġimgħat u xhur li ġejjin qabel biss jikkontempla li jinżel fl-arena politika biex jibbattalja kontra Muscat. 1 – Isib siġġu fil-Parlament Sagħtejn wara li kien elett Kap tal-PN is-sit illum.com. mt ippublika storja dwar id- dilemma li fiha jinsab Delia hekk kif, fid-dawl tal-fatt li ħadd mill-erba' kandidati li telgħu b'elezzjoni każwali ma jrid iċedi postu, se jkollu jmur għand Marlene Farrugia biex forsi jsib postu fil-Parlament. Hemm xenarju ieħor; issir elezzjoni każwali xorta, ladarba Marlene bagħtitu jixxejjer, bi pjan minn qabel li min jirbaħ l-elezzjoni każwali jirreżenja minnufih u jagħti postu lil Delia. Tkun xi tkun it-triq li jagħżel, din hija l-ewwel sfida li Delia se jkollu jegħleb. Jekk ma jegħlibx din jista' jkun li nispiċċaw b'Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni li jkunu differenti. Xi ħaġa li tkun kważi skerz fis-sistema politika lokali. 2 – Jiddeċiedi x'se jagħmel bil- koalizzjoni U ladarba semmejna lil Marlene, waħda mill-ewwel affarijiet li Delia jrid jiddeċiedi meta jkollu siġġu huwa jekk iridx li Marlene Farrugia tpoġġi maġenbu fil-koalizzjoni li l-PN għamnel magħha. Delia bejn kien evażiv u bejn kritiku ferm tal-koalizzjoni mal-Partit Demokratiku. Jekk jagħżel li jkompli bil- koalizzjoni, Delia mbagħad irid jitgħallem jgħix b'Marlene Farrugia bħala parti mill- Grupp Parlamentari imma jekk itemm ir-rabta politika mal- PD, imbagħad irid jikkuntenta b'żewġ siġġijiet inqas u allura distakk ta' disa' siġġijiet bejn il-PN u l-PL. 3- Replika tal-Kap tal- Oppożizzjoni L-ewwel u probbabilment l-akbar sfida li għandu Delia f 'termini ta' diskors pubbliku se jkun dak ta' madwar sagħtejn illu matulu jrid iwieġeb għall- baġit li se jippreżenta l-Gvern. Dan id-diskors irid ikun kemm tekniku, politiku, u xi minn daqqiet viżjonarju. Għalhekk, jekk Delia jkun fil-Parlament sa dakinhar, ħafna għajnejn se jkunu fuqu u se jkun bħal litmus test tal-ewwel perjodu tiegħu bħala kap. 4- Jipprova jibni pont jew tnejn Delia se jkollu bżonn b'mod immedjat, u jidher li diġà beda jagħmel dan, jibni pontijiet ma' diversi persuni li għamlu fil- pubbliku l-antipatija tagħhom agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham L-10 sfidi li qed iħabbtu fuq Delia sar kap. Imma t-triq għadha twila u l-qamar il-għasel jista' jinsieh. Fl-immedjat hemm affarijiet li se jkollu tħares lejn l-10 prioritajiet l-aktar importanti li Delia jeħtieġ jiffaċċja, llum qabel għada....