Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564
Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 | illum Sports 35 Kemm huwa importanti illi fil- waterpolo tkun għawwiem tajjeb? Fil-waterpolo, huwa importanti li tkun għawwiem tajjeb, li tkun kapaċi taqdef b'saqajk sew iżda fuq kollox illi jkollok viżjoni sħiħa tal-logħba. Veru li f 'dan l-isport il-ħin kollu trid tgħum iżda fl-istess ħin trid tkun taf iżżomm il-ballun b'idejk filwaqt illi tqassam u tixxuttja tajjeb. Jien nagħtiha wisq importanza lit-teknika tal-logħba. Bla dubju illi aktar ma titħarreġ aktar se titjieb fiha. F'Malta ħafna plejers tal-waterpolo jaħdmu u għalhekk il-ħin tat-taħriġ tagħhom huwa limitat. Madankollu jekk jaħdmu fuq it-teknika dejjem ħa ttejjeb il-livell tiegħek. X'taħseb dwar il-livell tal-plejers żgħażagħ tal-waterpolo f 'Malta? Iż-żgħażagħ Maltin illi telgħin għandhom livell ta' logħob aċċettabbli. Madankollu għad iridu jitgħallmu minn xi żbalji li jagħmlu. Fl-istess ħin hemm bżonn illi jieħdu t-taħriġ aktar bis-serjet u jistinkaw sabiex jekk iridu xi ħaġa joħduha permezz ta' aktar xogħol u sagrifiċċju xi ħaġa li b'xorti ħażina tidher nieqsa f 'xi wħud minnhom. Fil-ħajja, speċjalment fl-isport ħadd ma jagħtik rigali. Int trid taħdem għal dak li trid takkwista. Semmejt is-sagrifiċċji. X'tip ta' sagrifiċċji jrid jagħmel plejer sabiex isir tajjeb fil-waterpolo? Ifhem trid tagħmel sagrifiċċji bla dubju għax inkella ma tkunx tista' tiffoka fuq dan l-isport. Meta jien kont żagħżugħ dejjem ħadtu bis-serjetà u kelli niċċaħħad minn xi ħruġ u affarijiet oħra ta' pjaċir. Jekk int għandek għarusa u trid ittiha l-attenzjoni jew inkella qed tistudja trid tipprova ssib spazju għat-taħriġ. Importanti jekk verament trid tkompli din il-karriera tant sabiħa fil-waterpolo. Bħala plejer professjonali jien nitrenja darbtejn kuljum u meta jkollok il- logħob matul tmiem il-ġimgħa nħobb nipprepara mentalment għalihom u b'hekk inħossni lest biex nagħti l-mija fil-mija tiegħi. Togħġbok il-ħajja f 'pajjiżna? Il-ħajja f 'Malta hija ferm sabiħa. Anke l-mara tiegħi tħobbha lil din il-gżira. Togħġobni ħafna l-bajja ta' San Pawl minħabba illi għandha veduta pittoreska u l-ambjent huwa ferm sabiħ. Ġieli tagħmel iż-żejjed sħana imma meta jkun ir-riħ, it-temp bħal qisu jiffriska xi ftit. Xi tgħidilhom liż-żgħażagħ illi jixtiequ jibdew dan l-isport tant sabiħ? Il-waterpolo huwa sport ferm sabiħ illi jġiegħlektimmatura kemm b'mod fiżiku iżda anke psikoloġiku. Hemm element sabiħ ta' tim u jekk int tħobb tissoċjalizza dan huwa l-isport għalik. Huwa sport illi fih taqsam il-ferħ tar- rebħ iżda anke d-diżappunt tat-telf ma' sħabek. M'intix waħdek għandek grupp li miegħu tgħaddi l-ħin tiegħek waqt it-taħriġ u l-logħob. Dan kollu jgħinek ukoll fil-ħajja ta' kuljum għax kull bniedem mhuwiex maħluq biex ikun waħdu imma biex jissoċjalizza u jaqsam il-pożittiv u d-diżappunti tal-ħajja. Nazzjonali Taljan tal-Waterpolo Twieled fil-belt pittoreska ta' Venezja fis- 27 ta' Novembru 1982. Huwa l-captain tat-tim nazzjonali Taljan tal-Waterpolo iktar magħruf bħala s-'Settebello' u li fl-aħħar staġun lagħab f 'pajjiżna ma' Sirens ASC. Beda l-karriera tiegħu fil-waterpolo fl-età ta' seba' snin meta missieru, li kien pulizija fil-belt ta' Ruma, kien jieħdu ta' spiss l-iskola tal-għawm bl-isem ta' FIamme Oro. Christian Presciutti