Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564
Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 ĠIMGĦA ilu l-Alternattiva Demokratika eleġġiet lil Carmel Cacopardo bħala Chairperson tagħha. Dan wara riżultat elttorali xejn sodisfaċenti għall-istess partit fl-aħħar elezzjoni u wara lista sħiħa ta' riżultati li ħallew lill-AD bi ftit tamiet li qatt tasal ikollha siġġu Parlamentari. Dan kollu iżda seta' ma baqax il- każ kieku l-AD daħlet f 'koalizzjoni mal-Partit Nazzjonalista. Kien, definittivament, ikollu ċans jirbaħ is- siġġu li rebħet Marlene Farrugia fuq id- distrett ta' Tas-Sliema fejn l-AD minn dejjem kellha l-akbar numru ta' votanti u segwaċi. Imma ma jiddispjaċihx Cacopardo, li l-AD tilfet iċ-ċans u wieħed tad- deheb ukoll, li tkun lura fil-Parlament għall-ewwel darba minn meta kienet iffurmata u fil-parlament kien hemm Wenzu Mintoff bħala Deputat? "Le, m'għandi l-ebda dispjaċir," jibda mill-ewwel iwieġeb Cacopardo. "Konna nitilfu l-kredibilità. Il-PN ried biss blank cheque mingħajr rabta ta' policy, mingħajr diskussjonijiet dwar il- kandidati. Mela jien stajt inkun fl-istess lista ta' kandidati ma' Josie Muscat? Bniedem razzist u omofobiku," kompla jgħid Cacopardo għall-mistoqsija ta' din il-gazzetta. Imma din mhux sitwazzjoni ta' kompromessi? Ma setgħetx l-AD aċċettat lil Josie Muscat fuq il-lista imma mbagħad ma taċċettax jew tinnegozja fuq punti oħrajn? Imma Cacopardo jinsisti li mhux din biss kienet il-problema. "Simon Busuttil u Marlene Farrugia filli jitkellmu kontra xi ħaġa u filli jitkellmu favur, bħal fil-każ tal-kaċċa. Ma kien hemm ebda rabta ta' direzzjoni politika, anke jekk qalu li ddistkutew. Imma jien qatt ma kont se naċċetta li nkun f 'lista elettorali ma' xi ħadd li filli jaqbel u filli le." Baqa' bla kjarifiki mill-PN.... Iċ-Chairman tal-AD reġa' fakkar illi fil-każ tad-diskussjonijiet mal-PN, l-AD kienet talbet li tal-anqas ikun hemm kjarifika fuq numru ta' kwistjonijiet. "Primarjament il-każ tal-invoices foloz, il-fatt li Beppe Fenech Adami kien Direttur tal-kumpanija Capital One (taħt investigazzjoni mill-Pulizija Olandiża b'rabta mad-droga) u fuq din," ikompli jgħid Cacopardo, "bħala minimu kien dak ta' ġudizzju ħażin, il-każ ta' Claudio Grech li qal li ma jiftakarx li ltaqa' ma' George Farrugia u Mario De Marco li jinnegozja f 'isem klijent imbagħad jissorvelja pjani tal-istess klijent fil-Parlament. Aħna għidna lill-PN, intom qed titkellmu fuq governanza tajba, imma intom mhux dejjem kontu ta' eżempju." Cacopardo kompla jgħid illi l-AD riedet ukoll ftehim formali, li jinfirex fuq diversi setturi tal-mekkaniżmu politiku, mhux l-inqas id-dritt li jkunu l-partiti kollha li jagħżlu l-kandidati flimkien. Tant li l-AD sa fuq l-isem kien ried jiddiskuti, fis-sens li l-koalizzjoni toħroġ għall-elezzjoni taħt isem wieħed. 'Marlene kaxxa infernali' Cacopardo ma tantx kien kumplimentuż għal Marlene Farrugia. F'artiklu li kiteb fuq din il-gazzetta stess akkużaha li lill-Partit Demokrtiku, użatu u ramietu bħalma persuna tuża u tarmi lumija. Insomma, prattikament għajjarha opportunista. Nistaqsiha għalfejn iħoss li l-persuna politika ta' Marlene Farrugia ddejqu daqshekk. "Għax m'hemmx konsistenza u meta trid tifforma koalizzjoni trid taħdem f 'tim. Ma tistax dak li jiftillek filgħodu xħin tqum tgħidu. Trid tiddiskuti ma' sħabek. Il-problema ta' Marlene hija li hi instantanja, tirreaġixxi dak il-ħin u tgħid l-affarijiet fil-mument mingħajr ma neċessarjament taħseb. Bħal meta qalet li riedet issir kap tal-PN." Cacopardo jżid jgħid li hu m'għandu ebda dubju dwar l-intenzjonijiet ta' Farrugia, "m'għandix dubju fuq il- ġenwinità tagħha, imma hija naqra ta' kaxxa infernali." Cacopardo jindika li l-AD tista' tkun 'qrib ħafna' siġġu fil-PE Nerġgħu nduru fuq l-AD. F'30 sena l-AD qatt ma kellha suċċess kbir biżżejjed biex tispiċċa fil-Parlament, kellha xi suċċessi fuq livell ta' kunsilli lokali inkluż fl-ewwel rounds qabel ma beda joħroġ il-PL bit-tikketta tal-partit, imma xejn aktar minn hekk. Ma jaħsibx Cacopardo li l-AD għandha bżonn iddur dawra magħha nnifisha u tara kif se tbidel is- sitwazzjoni? Ħafna għadhom jaraw dan il-partit biss bħala pressure group. Cacopardo ma jiċħadx, imma jgħid illi meta wieħed janalizza jinduna illi "l-AD hija b'saħħitha f 'dak li huma politiki, imma dgħajfa f 'termini organizzattivi." Huwa jgħid illi diġà bdew laqgħat biex il-partit ikollu preżenza ikbar fil-lokalitajiet madwar il-pajjiż, b'timijiet ta' nies li jkunu qed jaħdmu madwar il-kandidati. Imma l-AD għandha miri elettorali? Hemm mira li ttella' siġġu fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2019? "Li ntellgħu siġġu hija mira kontinwa. L-ewwel nett irridu nkunu preżenti f 'kemm jista' jkun lokjalitajiet possibbli, hekk kif mal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew se jsiru l-elezzjonijiet fil- Kunsilli Lokali madwar il-pajjiż kollu." Imma għandu jew m'għandux miri elettorali li jtella' siġġu? "Jekk il-pjanijiet tagħna organizzattivi jirnexxu nkunu qrib ħafna," aċċerta Cacopardo. Jiddeskrivi lil Delia bħala 'arċi- konservattiv' b'lingwaġġ tat-30jiet Naturalment l-AD topera f 'xenarju politiku, fejn hemm tliet partiti oħrajn. Is-Sibt li għadda kien elett Adrian Delia kap ġdid tal-PN u nhar l-Erbgħa għamel l-ewwel diskors tiegħu. X'deherlu Cacopardo mill- ewwel messaġġ ta' Delia? "Mill-ftit li smajt jidher li qed imur lura għal żmien ta' lingwaġġ tat-tletinijiet, b'referenzi għall-kliem 'ta' Kattoliċi u Latini' mill- innu tal-PN. Meta nkiteb l-innu kien jagħmel sens, imma llum iktar jimbutta n-nies." Infakkru li Delia kien qed jitkellem għall-folla ta' Nazzjonalisti li bħalissa jinsabu pjuttost diżillużi bis-sitwazzjoni fil-partit. "Iva, vera, imma mhux dawk ta' quddiemu biss kienu qed jisimgħuh. Għan-nies tal-PN jista' jkun li dak il-lingwaġġ għamel sens, għall-bqija tal-pajjiż ma jfisser xejn u dan huwa s-sentiment ġenerali." Jimmaġina lill-AD tagħmel koalizzjoni mal-PN immmexxi minn Delia? Filwaqt li jsostni illi għadu kmieni u li l-unika ġudizzju li wieħed jista' jagħmel huwa fuq l-ewwel diskors, għax "waqt il-kampanja għall-Kap ftit kien hemm diskors dwar politiki." Minkejja dan hu xorta jinsisti li minn dak li sema' s'issa minn Delia ma jimmaġinax li jkun lest jagħmel koalizzjoni miegħu. Filwaqt li jiddeskrivi lill-Kap tal-PN bħala arċi- konservattiv jgħid illi l-mod kif qed jaħseb Delia huwa ta' partit teokrartiku. Finalment nistaqsih jekk iħossx li l-PD, jew Marlene Farrugia, għamlitx sew li qed tirreżisti l-proċess ta' co- option ta' Delia. "Id-diffikultà tal-PD hija li l-forma tal-koalizzjoni titfa' taħt dell lil dan il-partit, allura trid toqgħod tagħmel it-teatrini Marlene, biex tagħmel tajjeb għal dan. Jien naħseb li Marlene Farrugia għamlet ħażin li involviet ruħha wisq fl-elezzjoni għall-Kap meta din hija xi ħaġa li jrid jiddeċiedi dwarha l-PN." Problema kirjiet; 'Intaxxa proprjetà vojta' Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna din il-ġimgħa qal illi s-suq jirregola l-prezzijiet tal-kirjiet (u mhux il-Gvern). Nistaqsi lil Cacopardo jekk jaqbilx ma' dan, bir-risposta mill-ewwel tkun li l-Ministru Scicluna qed jipprova ma jindaħalx u qed "iġib kull skuża biex ma jindaħalx. Biex inkunu ġusti qal ukoll li se jagħmel ir-reġistrazzjoni ta' kull kirja waħda obligatorja biex allura kulħadd iħallas it-taxxa." "Is-suq waħdu ma jsolvix il-problema, isolvi biss il-problema ta' domanda u forniment, imma mhux il-problema soċjali. Għax il-kwistjoni tal-kirjiet hija waħda ekonomika, imma wkoll waħda soċjali. U jidher li l-Ministru Scicluna, qed jagħti prijorità lill-kwistjoni ekonomika, fuq dik soċjali." Cacopardo jfakkar fil-proposta tal- AD, li ilha issir snin, jiġifieri dik li tkun intaxxata l-proprjetà vojta. Ninterġetta u nistaqsih għalih xi tfisser eżatt proprjetà vojta. "Nistgħu niddiskutuha, nistgħu niddiksutu kif villeġjatura tkun eżentata pereżempju, basta din tkun qed tintuża. Mhux tkun qed tintuża darba kull ħames snin, biex nagħti eżempju." Cacopardo jfakkar illi l-proprjetà hija allaċjata ma' diversi servizzi; mal-ilma, mas-servizzi ta' telefonija, ma' tad- drenaġġ, internet u aktar. Dan kollu jfisser li dik il-proprjetà hija piż fuq l-infrastruttura. Infakkru kif il-kontro-argument ta' ħafna huwa li mhux ġust li wara tant sagrifiċċju, l-investiment tal-individwu jiġi ppenalizzat. Imma Cacopardo ma jaqbel assoluatment xejn. "Le, inti qed tippenalizza lilek innifsek billi ma tużahiex. Ħadd mhu qed jipprova jeħdolok il-proprjetà. Qed ngħidulek użaha. Ma tistax tħalliha vojta għal dejjem. Lesti niddiskutu x'se tagħmel biha, imma mhux tħalliha vojta." Imma apparti l-villeġġjatura Cacoparado jfakkar li hemm tip ieħor ta' proprjetà. "Hemm 40,000 proprjetà vojta, uħud minnhom jinsabu f 'fażijiet differenti ta' kostruzzjoni, imma xorta jibqagħlek numru ta' madwar 25,000 proprjetà vojta, abbandunati u mhux qed ikunu użati." Ninterrompih u nfakkru li ta' sikwit il-kontro-argument huwa li ħafna minn dawn il-proprjetajiet jew jinsabu fi stat ta' abbandun totali jew inkella mhumiex abitabbli. "Le, mhux vera," iwieġeb iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika. Lura għall-kirjiet. L-AD taqbel ma' "Jekk inkunu aktar organizzati nkunu 'Id-diffikultà tal-PD hija li l-forma tal-koalizzjoni titfa' taħt dell lil dan il-partit, allura trid toqgħod tagħmel it-teatrini Marlene, biex tagħmel tajjeb' agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'Jien u l-AD dejjem tkellmina kontra l-abort imma xorta rridu diskussjoni għax din tgħin lill-pajjiż, id-diskussjoni minnha nnifisha tgħin biex nifhmu aħjar l-ideat ta' xulxin'