Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564
illum | Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 22 Bijogra ja minn Alfred Consiglio FRANK Kitz, li ismu propju kien Francis Platt, twieled f 'Londra fl-1849. Huwa kien il-wild illeġittmu ta' Mary Platt u John Lewis. Missieru kien arloġġar u ommu seftura. Kitz kellu jfendi għal rasu, jaħdem bħala qaddej, porter u messaġġier. Huwa ddekora l-ħitan ta' kamartu bi stampi tar- Rivoluzzjoni Franċiża. Kitz attenda kull laqgħa tal-moviment radikali f 'Londra. Fl-irvell ta' Hyde Park fl-1866 irnexxielu bi ftit jevita li jkun arrestat. Huwa beda jaħdem ta' żebbiegħ tad- drapp. Meta waqaf minn dan ix-xogħol, huwa beda jiġġerra fit-toroq tax-xlokk tal-Ingilterra; huwa daħal fl-armata imma ħarab kemm-il darba. Huwa rritorna Londra u beda jgħix fl-1873 f 'Soho. Hawnhekk issieħeb mad-Democratic and Trades Alliance Association li kienet il-fdal tal-Ewwel Internazzjonal fl-Ingilterra. L-imseħbin kienu kważi kollha ħajjata u skrapan. L-aktar elementi rivoluzzjonarji ffurmaw il-Manhood Suffrage League, u Kitz inħatar segretarju. Fl-1877 telaq u beda jipprova joħloq grupp soċjalisti u internazzjonali f 'Londra. Huwa kien imħeġġeġ minn Johann Neve (1844- 1896) biex jifforma sezzjoni Ingliża tal-moviment soċjalist. L-English Revolutionary Society twaqqfet fl-1878. Kitz beda jistampa fl-1881 verżjoni Ingliża tal-ġurnal Freiheit (Ħelsien). F'dawn iż-żminijiet Kitz kien bla flus u ntefa' 'l barra minn daru. Huwa attenda l-Kungress Internazzjonali Soċjalist bħala delegat. Kitz tkellem fil-laqgħa tal-Stratford Dialectical and Radical Club. Flimkien ma' Joe Lane (1851-1920) beda jmexxi propaganda f 'Homerton u Mile End. Huma waqqfu l-Labour Emancipation League. Il-Lega ma kinetx anarkista iżda maż-żmien imxiet f 'dik id-direzzjoni. Il-Lega affiljat mas-Social Democratic Federation; meta xi wħud telqu, il-Lega ġiet ittrasformata bħala s-Socialist League. Kitz, flimkien ma' Charles Mowbray (1850-1910), waqqaf stamperija. Huma bdew jistampaw propaganda antimilitarista u waħħluhom mal-ħitan fl-East End ta' Londra. F'Awwissu 1885 Kitz kien arrestat talli imblokka waqt li kien qed jitkellem fi Stratford. Fl-1887 huwa beda kampanja madwar Londra biex iżid il-bejgħ ta' Commonweal, il-ġurnal tal-Lega. Sal- 1888 il-kurrent anarkist fil-Lega kien dominanti. Kitz inħatar segretarju, u flimkien ma' Sam Mainwaring (1841- 1907) huwa beda vjaġġ f 'Wales. Huwa kien wieħed mill-kelliema fil-laqgħat matul l-Istrajk tal-Baċiri fl-1889. Kitz għen lil Reynolds iwaqqaf is- Surrey Labourers Union li organizzat lis-sewwieqa tal-karozzi, ħaddiema manwali u lin-nisa ħassiela tal- 'laundry'. Iżda sal-1890 l-affarijiet fil-Lega marru għall-agħar. Kitz kellu nuqqas ta' qbil ma' Mowbray fuq l-użu ta' bombi u rriżenja f 'Marzu tal-istess sena. Fl-1910 Kitz tilef xogħlu bħala żebbiegħ tad-drapp. Huwa beda jgħix billi jarma posta fis-swieq tat-toroq. Kitz kiteb il-memorji tiegħu, Recollections and Reflections, bejn Jannar u Lulju 1912. Dawn dehru fil- ġurnal anarkiku Freedom. Il-ġurnal appella għal finanzi biex jingħataw lil Kitz. Fl-appell il-ġurnal qal: "issa li għandu aktar minn 70 sena, huwa ma jistax aktar jaħdem biex jgħix... u kull ma jaqla' hi l-miżerabbli penzjoni ta' 10 xelini fil-ġimgħa ..." Kitz miet fil-faqar f 'Londra f 'Jannar 1923. Frank Kitz (1849-1923) Il-ġurnal Commonweal The Flying Carpet Importers of hand-knotted Oriental carpets THE FLYING CARPET - OLD RAILWAY TRACK, ATTARD Mon - Tues, Thurs - Sat 10am – 12pm • Wednesday morning closed Mon - Fri – 4.30pm - 7pm Importers of: Various hand knotted carpets and Kilims, Non Slip Underlay, Dry and Liquid shampoo. Mobile No. 7953 7664