Illum previous editions

ILLUM24092017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol LORENZO INSIGNE - Antonio Ottaiano, li huwa l-aġent tal-player ta' Napoli Lorenzo Insigne, f 'intervista li kellu mal-istazzjon Sky Sport, tenna illi l-istilla Naplitana għandu żgur sas-sena 2019 ma' dan it-tim. "Lorenzo jinsab kuntent ma' Napoli u din is-sena jrid ikun il-protagonist fil-kampjonat u anke fic-Champions League," stqarr Ottaiano. Dan jikkuntrasta bil-kbir dak li ġie żvelat mis-sit sportiv 90min.com fejn intqal li Insigne jinsab frustrat bin-nuqqas ta' suċċessi li kiseb it-team tiegħu kemm ilu magħhom. Skont l-istess sit, Barcelona jinsabu interessati fil-firma ta' dan il-player. ANTOINE GRIEZMANN - Il-klawżola ta' flus sabiex jiġi rilaxxat il-plejer ta' Atletico Madrid, Antoine Griezmann ser ikollha tonqos bin-nofs minn €200 miljun għal €100 miljun skont dak li rrapportat ir- rivista Spanjola AS. Il-Franċiż ta' 26 sena ffirma kuntratt ġdid mal-Colchoneros u ta kelma li ser jibqa' magħhom minkejja interess kbir minn Manchester United u Paris St Germain. Kif inhu fatt magħruf, Atletico Madrid ma jistgħux jixtru u jbiegħu players sa Jannar u għalhekk li Griezmann jista' jkollu timijiet interessati fih. Madankollu l-klabb lest jerġa' jżid il-prezz tiegħu ħalli jibqa' magħhom. DOMENICO BERARDI - Il-president ta' Sassuolo Giorgio Squinzi jinsab kuntent illi l-gojjell taghhom Domenico Berardi ġedded il-kuntratt ma' dan it-team. F'intervista illi kellu mal-gazzetta Taljana Gazzetta dello Sport, Squinzi qal illi l-attakkant Taljan jiswa €40 miljun u bħala president għamel minn kollox biex ineħħilu t-tentazzjoni illi jitlaq. "Nixtieq illi Berardi jkun is-simbolu ta' dan it-team u jgħinna f 'dan il-kampjonat diffiċli tas-Serie A" temm Squinzi. Berardi għandu 23 sena u beda l-karriera professjonali tiegħu ma' Sassuolo fejn ilu magħhom sa mis-sena 2012. GARETH BALE - Il-kowċ ta' Real Madrid Zinedine Zidane qiegħed jitlob aktar sforz min-naħa tal-plejer Gareth Bale jew inkella jirriskja illi jitlef postu, skont Don Balon. Biż-żagħżugħ Marco Asensio illi qed jipproduċi wirjiet impressjonanti ma tkunx ħaġa kbira illi l-internazzjonali minn Wales jitlef postu wara wirjiet mhux daqstant konvinċenti. Bale kien qed jissemma' illi jingħaqad ma' ManchesterUnited matul is-sajf kollu iżda ma kien hemm l-ebda żblokk tas-sitwazzjoni. U huwa għalhekk illi f 'Jannar il-plejer jista' jikkunsidra tentattiv ieħor sabiex jingħaqad mar-Red Devils. DAVID DE GEA - Hekk kif il-goalkeeper David De Gea fl-aħħar ġimgħat kien qed jilgħab ma' Spanja, kien hemm xnigħat illi talab lil sieħbu Sergio Ramos sabiex ikellem lid-diriġenti ta' Real Madrid u 'jgħaddilu kelma' sabiex jipprova jingħaqad mal-ġganti Spanjoli. Huwa fatt magħruf illi De Gea kien ferm viċin illi jingħaqad mal-Madrileni madwar sentejn ilu iżda ma ġiex konkluż ftehim sabiex huwa kellu jibqa' mal- United. RAHEEM STERLING - Il-winger ta' Manchester City Raheem Sterling għadu l-objettiv prinċipali ta' Arsenal skont ma rrapurtat il-gazzetta The Daily Mail. Ġie żvelat li l-eks plejer ta' Liverpool ġie ssuġġerit bħala parti mill-ftehim sabiex Alexis Sanchez eventwalment jitlaq lil Gunners. U hekk kif jasal Jannar, Arsenal qed jistennew li Sanchez jerġa jibda n-negozjati flimkien mal-aġent tiegħu sabiex huma jmorru fuq l-akkwist ta' Sterling. EMRE CAN - Wara li ma rnexxielhomx jakkwistaw lill-internazzjonali Ġermaniż Emre Can, Juventus ser jerġgħu jippruvaw b'aktar insistenza matul is-suq tat-trasferimenti ta' Jannar. Skont il-Corriere dello Sport, il-player ta' 23 sena jinsab fl-aħħar sena ta' kuntratt ma' Liverpool u l-Bianconeri jistgħu jakkwistawh anke għas-somma ta' 9 miljun lira sterlina. Can kellu esperjenzi wkoll ma' Bayer Leverkusen u Bayern Munich f 'pajjiżu. minn Cristian Antony Muscat ANDRE GOMES - Andre Gomes jista' jitlaq lil Barcelona f 'Jannar illi ġej sabiex jingħaqad maċ- Champions Taljani Juventus skont ma rraporta s-sit Taljan calciomercato.it. Gomes ma jidhirx illi huwa l-preferut tal-coach Erneto Valverde u kien għalhekk illi l-player qed jaħseb biex jitlaq konxju wkoll mill-fatt illi għandu kompetizzjoni kbira biex isib postu f 'nofs il-ground bi players bħal Iniesta, Rakitic, Paulinho, Sergi Roberto u Denis Suarez. Gomes għandu 24 sena u libes ukoll il-flokk ta' Valencia u Benfica. TOBY ALDERWEILD - Il-kowċ ta' Manchester City, Pep Guardiola, qed jittama li jikseb il-firma tad- difensur ċentrali ta' Tottenham Hotspur, Toby Alderweireld. Skont The Sun, il-manager Spanjol qed ifittex plejer illi jilgħab bl-istess karatteristiċi ta' Vincent Kompany li jinsab imweġġa' u Alderweireld jidher illi huwa ideali. Skont l-aġent tiegħu, il-plejer Belġjan xejn ma jinsab kuntent f 'White Hart Lane speċjalment bil-paga li jirċievi li tammonta għal 50,000 lira sterlina fil-ġimgħa.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM24092017