Illum previous editions

ILLUM24092017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 Sports 28 Minn Cristian Antony Muscat CHELSEA, barra minn darhom kisbu rebħa kbira ta' 4-0 kontra Stoke City, bil-gowls għalihom jaslu minn Pedro Rodriguez u hat-trick personali tal-Ispanjol, Alvaro Morata. Manchester City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium ukoll kisbu rebħa kbira meta għelbu lil Crytsal Palace bl-iskor ta' 5-0, bil-gowls għalihom jaslu minn Leroy Sane, Sergio Aguero, Fabian Delph u doppjetta ta' Raheem Sterling. Tottenham Hotspur barra minn darhom għelbu lil West Ham United bl-iskor ta' 3-2 bil-gowls għalihom jaslu minn Christian Eriksen u doppjetta ta' Harry Kane. Min-naħa l-oħra ż-żewġ gowls għall-Hammers waslu minn Javier Herndandez u Cheidou Kouyate. Ta'nota huwa l-fatt li għall-Ispurs tkeċċa Serge Aurier wara li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta' sitt minuti. Manchester United barra minn darhom għelbu lil Southampton bl-iskor minimu ta'1-0, bil-gowl uniku għalihom jasal minn Romelu Lukaku fl-20 minuta. Everton ġewwa darhom f 'Goodison Park għelbu lil AFC Bournemouth bl-iskor ta' 2-1, bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Baye Oumar Niasse. Min-naħa l-oħra, il-gowl uniku għal AFC Bournemouth wasal minn Joshua King fid-49 minuta. Watford barra minn darhhom għelbu lil Swansea City bl-iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Andre Gray u Richarlison. Min-naħa l-oħra, il-gowl uniku għal Swansea City wasal minn Tamy Abraham fis-56 minuta. Intant, Burnley u Huddersfield Town, temmew il-konfront ta' bejnitehom fi draw ta' mingħajr gowls. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 23 ta' Settembru West Ham United vs Tottenham 2-3 Burnley vs Huddersfield Town 0-0 Everton vs AFC Bournemouth 2-1 Manchester City vs Crystal Palace 5-0 Southampton vs Manchester United 0-1 Stoke City vs Chelsea 0-4 Swansea City vs Watford 1-2 FIXTURES Il-Ħadd 24 ta' Settembru 17:00 Brighton & Hove Albion vs Newcastle U. It-Tnejn 25 ta' Settembru 21:00 Arsenal vs WBA Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 23 ta' Settembru Roma vs Udinese Il-Ħadd 20 ta' Settembru 12:30 Sampdoria vs AC Milan 15:00 Cagliari vs ChievoVerona 15:00 Crotone vs Benevento 15:00 Hellas Verona vs Lazio 15:00 Inter vs Genoa 18:00 Sassuolo vs Bologna 20:45 Fiorentina vs Atalanta Rebħiet kbar għal Manchester City u Chelsea Maverick Vinales rebaħ il-pole position ta' Aragones fi Spanja meta għadda bi ftit lil Jorge Lorenzo wara li Marc Marquez idiżappunta fl-aħħar lap u kien sfortunat li ma kisibx pożizzjoni rispettabbli u fil- fatt temm fil-ħames post post tal- gradwatorja. Is-sewwieq Taljan Valentino Rossi temm fit-tielet post waqt li Cal Crutchlow temm fir-raba' post. Dan filwaqt li Dani Pedrosa u Andrea Dovizioso temmew fis-sitt u fis-seba' post rispettivament. Intant, mill-klassifikazzjoni tal- bieraħ, kollox qed jindika li l-Moto GP tal-lum għandu joffri spettaklu lil dawk preżenti. Maverick Vinales jirbaħ bi ftit il-pole ta' Aragones fi Spanja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM24092017