Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564
Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 | illum Intervista 13 bin-nhar ta' Sibt Marsaxlokk 1952 Fl-14 ta' Jannar 1952, mal-405 pajpijiet ġew żarmati minn orgni antik li kien inxtara mill-Knisja ta' Marsaxlokk mill-knisja tal-Isla, ġew misruqa. Il-każ baqa' qatt ma ssolva. Caravaggio 1984 F'lejlet l-ewwel tas-sena tal-1984, il-pittura ta' San Ġilormu tal-artist famuż, Caravaggio, kienet insterqet mill-Kon-Katidral ta' San Ġwann. L-awtoritajiet kienu donnhom qatgħu qalbhom milli jerġgħu jsibu l-pittura jew in-nies li wettqu dan l-att sakemm, kważi sentejn wara, fl-1986, Fr Marius Zerafa, il-qassis inkarigat mill-Kon-Katidral ta' San Ġwann, irċieva filmat flimkien ma' ritratt tal-pittura li fih il-ħallelin kienu talbu r-riskatt ta' miljun lira Maltin għall-pittura. Fr Marius, iddeċieda li ma jinfurmax lill-pulizija minħabba l-biża' li l-kriminali setgħu jpattuhielu. Huwa beda jirċievi telefonati kważi kuljum mill-kriminali u saħanistra rċieva wkoll biċċiet imqatta' mill-pittura storika. Il-qassis żamm il-ħallelin f 'kuntatt miegħu billi tahom x'jifhmu li hu kien interessat li jixtri l-pittura. Dan wassal biex jiftehmu fuq prezz ta' kwart ta' miljun lira Maltin. Wara xhur jinnegozja mal-ħallelin, it-telefonati ġew traċċati għall-fabbrika żgħira taż-żraben fil-Marsa li kellha wkoll konnessjonijiet mal-mafja Taljana li fiha l-ħallelin kienu qegħdin joperaw. Bil-pulizija issa konxji ta' dawn id-dettalji, Fr Marius laħaq ftehim mal-ħallelin biex dan 'jixtri' l-pittura. Il-pulizija u l-forzi armati ta' Malta ċċirkondaw iż-żona bl-użu ta' kemm forzi fuq l-art u kif ukoll fl-ajru. Żewġ ħallelin ġew arrestati u l-pittura kienet instabet f 'sitwazzjoni xejn tajba, biex iktar tard Fr Marius ħadha Ruma fejn ġiet irrestawrata. Il-ħallelin qatt ma ġew ikkundannati fuq din is-serqa hekk kif kienu fetħu każ kostituzzjonali kontra l-pulizija minħabba, tapping illegali ta' telefonati. Wieħed mill- ħallelin miet b' 'overdose' filwaqt li l-ieħor laħaq miet matul il-proċess tal-ġuri. bin-nhar ta' Sibt Serqa mill-knisja ta' Ġieżu – Ir-Rabat 2012 Fl-14 ta' Novembru raġel ta' 43 sena ammetta li fil-qorti li fil-ġurnata ta' qabel seraq pittura mill-Knisja ta' Ġieżu fir-Rabat. Il-pittura misruqa kienet xogħol Giorgio Hyzler li tmur lura għas-sena 1812. L-akkużat li kien arrestat ftit tas- sigħat wara r-reat, kien stqarr mal-awtoritajiet li huwa qatt ma kellu l-ħsieb li jbigħ il-pittura. Il-Qorti kienet ikkundannatu sentenza ta' 6 xhur ħabs sospiża għal tliet snin. Fl-ewwel ta' April tal-2016 l-istess raġel kien ikkundannat sentenza ta' seba' snin ħabs wara li kien reġa' nstab ħati li seraq numru ta' oġġett minn diversi knejjes madwar Malta fosthom pittura, din id-darba pittura ta' Antonio Falzon tal-Imakkulata Kunċizzjoni li tmur lura għas-sena 1861, mill-Knisja ta' Ġieżu fil-Belt Valletta. Serqa mill-Knisja ta' Tas-Sliema 1984 Is-17 ta' Mejju 1984, serqa minn Knisja f 'Tas-Sliema xxukjat lis-Slimiżi hekk kif, stallet tal-fidda minn l-istatwa tad-Duluri fl- istess knisja, b'valur ta' madwar 550 lira Maltin minn ġol-kaxex tad-donazzjonijiet ġew misruqa. L-investigazzjonijiet preliminari stabbilixxew li x'aktarx il- ħallelin staħbew ġewwa l-knisja wara li s-sagristan kien sakkar fit-8.30pm. Il-kappillan kien induna bis-serqa hekk kif innota waħda mill-kaxex tad- donazzjonijiet f 'nofs kurutur malli fetaħ il-knisja. Din is-serqa baqgħet mfakkra għaliex il-ħallelin għamlu l-bżonnijiet tagħhom fuq il-biċċa ta' wara tal- knisja. llan kien induna bis-serqa hekk kif innota Caravaggio, kienet insterqet mill-Kon-Katidral ta' San Ġwann.