Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564
Aħbarijiet 14 illum | Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 Jekk jirreżenja, Schiavone jieħu l-Elcom f 'idejh ....TKOMPLI minn paġna 1 Għal din il-pożizzjoni, li ġiet vakata wara li Stellini tela' b'elezzjoni każwali, applika wkoll Matthew Bonett, li huwa l-uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-PN. Din il-gazzetta tinsab infurmata wkoll li jekk jirreżenja Schiavone, ikun mistenni li jieħu taħt idejh it- tmexxija tal-Elcom, l-Uffiċċju Elettorali tal-PN. Għal-laqgħat mad-Deputati jew kandidati prospettivi għal elezzjoni każwali qed jattendu Clyde Puli u Pierre Portelli. Il-qasma li hemm fil-grupp Parlamentari Nazzjonalista kompliet toħroġ fid-deher nhar il-mass meeting ta' lejliet l-Indipendenza, meta tmien Deputati ma kinux preżenti wara Delia. Kien is-sit illum. com.mt li żvela kif tmien Deputati Parlamentari ma kinux qed jagħtu l-appoġġ lil Delia fuq il-palk warajh fl- ewwel diskors tiegħu lill-massa bħala kap. Dawn kienu Karol Aquilina, Jason Azzopardi, Therese Comodini Cachia, Marthese Portelli u Ivan Bartolo. Ma' dawn ingħaqad il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kif ukoll Frederick Azzopardi u Karl Gouder li kien imsiefer. Adrian Delia, waqt il- kampanja għall-ħatra ta' kap ġdid, kien qal illi l-kwistjoni tas-siġġu Parlamentari kienet waħda li ma kien hemm ebda problemi dwarha. Mal-ILLUM Schiavone kien sostna li kien hemm mekkaniżmu mifthiem, lest biex jidħol fis-seħħ ladarba Delia jirbaħ it-tiġrija. Il-Ħadd li għadda din il- gazzetta żvelat kif fin-nuqqas ta' qbil ma' Deputati li telgħu fil-Parlament b'elezzjoni każwali, Delia kien se jkollu jinnegozja ma' Marlene Farrugia biex il-PD ma joħroġx il-kandidati għall- elezzjoni każwali. Farrugia, sabtet il-bibien tal-PD ftit wara u ordnat li kull Deputat tal- partit li tmexxi jitfa' n-nomina f 'każ ta' riżenja mill-PN li twassal għall-elezzjoni każwali. Dan ħalla lil Delia bi triq waħda. Dik li jifthiem ma' kandidat/i biex wara li jkun elett minn elezzjoni każwali li jkollha ssir minħabba l-PD, jirreżenja u minfloku jidħol hu. L-Ewroparlamentari Nazzjonalisti kienu kollha favur id-deputat Għawdxi Chris Said fil-kampanja biex jiġi elett Kap ġdid tal- Partit Nazzjonalista. Il-kap tad- delegazzjoni Nazzjonalista fil- Parlament Ewropew David Casa kien l-ewwel wieħed li appoġġja n-nomina ta' Said b'kummenti ta' approvazzjoni wkoll fil-mezzi soċjali. Persuni mid-Dar Ċentrali li tkellmu mal-ILLUM qalulna li Casa kien interessat li jikkontesta l-kariga ta' Segretarju Ġenerali li kieku Said sar Kap tal-partit. It-tieni MEP li wriet fil-pubbliku l-appoġġ lil Chris Said kienet Roberta Metsola, l-MEP Nazzjonalista fl-aħħar elezzjonijiet Ewroparlamentari kienet l-aktar kandidata li akkwistat voti. Kien hemm żmien ukoll qabel l-elezzjoni fejn kienet qed tissemma' li kienet se titfa' isimha għal Kap. Il-kummenti ta' David Casa u Roberta Metsola fil-mezzi soċjali ntużaw mill-kampanja ta' Chris Said biex juru l-popolarità tad-deputat Għawdxi u l-lealtà lejn il-partit. L-istess sorsi fil-Partit Nazzjonalista qalulna li persuna impjegata fl- uffiċċju ta' Metsola dehret bosta drabi flimkien ma' Said. Persuni mid-Dar Ċentrali li tkellmu mal- ILLUM qalu li jum qabel id-diskors ta' Delia tal-Indipendenza, Chris Said kellu jkun preżenti taħt it-tinda fuq il-fosos iżda minflok għażel li jmur għall-festin li Roberta Metsola organizzat għalih, li huwa mifhum li kien tat-tmiem tal-kampanja. Is-sorsi qalu mal-ILLUM li l-MEP il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech ukoll kien favur li Chris Said isir kap tal-partit. Qalulna li għamel telefonati fejn ħeġġeġ vot lid- deputat Għawdxi. Zammit Dimech iżda għal kuntrarju taż-żewġ Ewroparlamentari l-oħra ma għamilx kummenti ta' appoġġ lil Said fil-mezzi soċjali. It-tliet MEPs appoġġjaw attivament lil Chris Said L-Assistent Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Jean Pierre Debono jista' fl-agħar każ jiġi sospiż mill-kariga fil-partit hekk kif mistenni li jkun fiċ-ċentru tad- diskussjoni waqt laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv tal-partit li se ssir fil-ġranet li ġejjin. Mhux eskluż li wara din il-laqgħa jittieħdu passi dixxiplinarji fil- konfront ta' Debono wara li kif irrappurtat il-Maltatoday, rapport kunfidenzjali tal-partit akkużah li kellu f 'idejh prokuri għall-ġbir tad- dokument tal-vot b'firem foloz. Sezzjoni tal-midja qed tirrapporta li l-eks Kap tal-Partit Simon Busuttil u s-Segretarju Ġenerali Rosette Thake kkonfermaw li Jean Pierre Debono se jitressaq quddiem il-Kumitat Amministrattiv. Fl-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista tas-16 ta' Settembru, min mit-tesserati ma setax jiġbor id-dokument tal-vot kellu l-faċilità li bi prokura jagħti l-jedd lil ħaddieħor jiġbor il-vot f 'isem il-persuna li ma setgħetx tmur personalment id-Dar Ċentrali. Ir-rapport tal-Kummissjoni Elettorali qed jindika li Jean Pierre Debono naqas milli jivverifika l-firem ta' dawn il-prokuri, li ngħataw lilu mill-membri tal-Kumitati Sezzjonali. Debono kemm-il darba ċaħad li ffalsifika xi firem. Mal-ILLUM, Jean Pierre Debono qal li sar jaf li se jispiċċa quddiem il-Kumitat Amministrattiv mill- midja, bħalma sar jaf mill-midja wkoll li kien issemma' f 'rapport tal-Kummissjoni. "Diġà tkellimt mal- Kummissjoni Elettorali u dak li għedt quddiemhom se nerġa' ngħidu wkoll quddiem il-Kunsill Amministrattiv," qal Debono mal-ILLUM. Huwa saħaq li lanqas ma ngħata kopja tal-konklużjonijiet tar-rapport. Debono enfasizza li wara li tkellem mal-Kummissjoni, li hija mmexxija mill-eks Kummissarju Ewropew Joe Borg, kien se jitressaq għal quddiem il-Kunsill Amministrattiv li tiegħu huwa President Karol Aquilina. Matul il-laqgħa tal-Kunsill se jkun hemm ukoll il-Kap preżenti Adrian Delia, li Debono wrieh l-appoġġ tul il-kampanja kollha. Il-Kunsill huwa preżentament maqsum bejn dawk li wrew fil-beraħ l-appoġġ lejn Delia u l-oħrajn li urew l-appoġġ lejn Chris Said. Id-deċiżjoni li tista' tittieħed mill-Kunsill, dejjem jekk tittieħed xi forma ta' deċiżjoni, trid titressaq quddiem l-Eżekuttiv tal-partit għaliex fl-Amministrattiv ma ssirx votazzjoni. Jean Pierre jista' jkun sospiż mill-kariga