Illum previous editions

ILLUM24092017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 | illum Sports 31 ILKUMITAT Olimpiku Malti u l-Assoċjazzjoni tal-Logħob tal- Commonwealth ta 'Malta, b'kollaborazzjoni mal- Kummissjoni Għolja Awstraljana, ospitaw numru ta' attivitajiet biex jilqgħu l-wasla tal-Queen's Baton f 'Malta nhar il- Ħamis li għadda - il-21 ta 'Settembru meta hi waslet minn Ġibiltà. "Huwa ta' pjaċir għall- Kumitat Olimpiku Malti li nilqgħu l-Queen's Baton Relay f 'Malta , bħala parti mill-vjaġġ ta' 388 ġurnata. Ninsabu aktar kuntenti li din ir-Relay kienet aċċessibbli mhux biss għall-entitajiet sportivi iżda wkoll għall-pubbliku ġenerali. Din iż-żjara għnet biex titqajjem kuxjenza dwar dawn il-Logħob u r-rwol li Malta tagħmel fi ħdan il-Commonwealth" stqarr Julian Pace Bonello, President tal-Kumitat Olimpiku Malti. Matul iż-żjara tagħha, il-Baton ġiet milqugħa min-numru ta' kunsilli lokali u entitajiet sportivi organizzaw numru ta' attivitajiet biex juru l-Baton lill-komunitajiet rispettivi tagħhom. Kull komunità appuntat numru ta' Baton bearers li nkludew atleti li rrapreżentaw lil Malta kif ukoll personalitajiet li taw kuntribut sostanzjali fil-komunitàjiet rispettivi tagħhom. "Il-Kumitat Olimpiku Malti huwa partikolarment grat għall-appoġġ, l-entużjażmu u l-kollaborazzjoni sħiħa tal- il-Kummissjoni Għolja Awstraljana għal din iż-żjara. Barra minn hekk, kienet opportunità eċċellenti għall-Kumitat Olimpiku Malti biex jaħdem aktar mill-qrib mal-kunsilli lokali," spjega s-Sur Joseph Cassar, Segretarju Ġenerali tal- Kumitat Olimpiku Malti. Malta se kienet it-48 pajjiż tal-71 li fihom seħħet iż- żjara tal-Baton. Il-Logħob tal- Commonwealth se jsir f 'Gold Coast Australia f 'April 2018 u Malta qiegħda timmira li tipparteċipa b'kontinġent ta' madwar 22 atleta fl-Atletika, Ċikliżmu, Ġinnastika, Għawm, Lotta, Sparar, Squash, Weightlifting u Lawn Bowls. Il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-Logħob tal- Commonwealth tmur lura għall-1958 f 'Cardiff, Wales. Il-Baton ser titlaq lejn Ċipru nhar it-Tnejn 25 ta 'Settembru fit-15.30. Għall-programm sħiħ ta 'avvenimenti wieħed jista' jżur: - www.nocmalta.org. Tasal f 'Malta l-Queen's Baton Relay Xahar biss 'il bogħod mir-Rolex Middle Sea Race META fadal xahar biss għall-bidu tar-Rolex Middle Sea Race, il-lista tad-dħul tkompli tinbena b'mod stabbli. Bħalissa n-numru ta' jottijiet laħqu id-disgħin u dawn jirrappreżentaw seba u għoxrin pajjiz. Ir-reġistrazzjonijiet mhumiex se jagħlqu qabel is-6 ta' Ottubru, u ir-Royal Malta Yacht Club hija kunfidenti li għal darb'oħra pajjizna ser jilqa flotta oħra impressjonanti. It-tipi ta' jottijiet diversi, kif ukoll ir-rapprezentanza internazzjonali twiegħed spettaklu ieħor għat-tmienja u tletin edizzjoni ta' din it- tellieqa. Mhix ta' sorpriża ir- rappreżentanza tal-Italja, fejn in-numru tal-kontinġent Taljan, hu għal darb'oħra l-ikbar b'sbatax il-jott. Ta min jinnonta li tlieta min-ħames edizzjonijiet li għaddew raw jottijiet Taljani joħorġu rebbieħa. Għalkemm din is- sena iċ-ċampjin Mascalzone Latino mhux ser jkun preżenti biex jiddefendi t-titlu li rebaħ is-sena l-oħra, wieħed isib Cookson 50 Taljan - Endlessgame fil-lista ta' din is-sena b'pontenzjal ta'rebħa. B'Mascalzone jieħu it-tieni u l-ewwel post f 'dawn l-aħħar żewġ edizzjonijiet, wieħed jista' jiġi skużat milli jaħseb li kwalunkwe Cookson 50 għandu ċans aħjar għal rebħa, speċjalment jekk it-temp ikun favorevoli. Endlessgame, li kien mgħaruf bħala Cippa Lippa qedjgħamel ritorn fit- tellieqa. Cippa Lippa kien ħa t-tieni post fl-2016 u rebaħ il-kategorija ORC. Armat b'ekwipaġġ ġdid, il-jott wera l-kapaċità kontinwa tiegħu billi rebaħ ir- Rolex Giraglia Cup meta għadda lil Mascalzone Latino. Minkejja riżultat tajjeb fil-Giraglia, sid Endlessgame Pietro Moschini jemmen li huma għandhom triq twila biex jiksbu l-aħjar mill- jott. Din ser tkun l-ewwel parteċipazzjoni ta' Moschini fir-Rolex Middle Sea Race, xi ħaġa li qed jistenna bil-ħerqa kbira: "L-ewwelnett biex nesperjenzaw u ngawdu l-itwal tellieqa offshore fil-Mediterran, kif ukoll waħda mill-aktar prestiġjużi u spettakolari fid- dinja." Moschini huwa realistiku: "Irridu nbaħħru bl-aħjar mod li ma jkollnix dizappunti fl-aħħar tat-tellieqa, irrispettivament mir-riżultat tagħna. L-2017 kien l-ewwel staġun tagħna u nixtiequ li nagħlquha b'nota posittiva. Wara neżaminaw x'għamilna u nibdew niffukaw fuq l-istaġun li jmiss. Huwa diffiċli li wieħed jgħid jekk il-Rolex Middle Sea Race hijiex l-aħħar tellieqa tal- istaġun tal-2017 jew pjuttost il- preludju tal-istaġun tal-2018." Wara l-Italja, huma ir-Renju Unit u r-Russja bl-ikbar rapprezentaz. Hugo Boss ta 'Alex Thomson bla dubju se jkun wieħed mill-aktar jottijiet b'profil għoli fil-kategorija 'Double Handed', filwaqt li DSS ta' sitta u erbgħin pied ta' Quentin Stewart, Maverick, tirritorna għal tieni sena konsekuttiva. Maverick se jkun qed jittama għal kundizzjonijiet soddisfaċenti biex ittejjeb it-tielet post tas- sena l-oħra. Il-kobor tal-kontinġent Russu huwa l-konferma tal- popolarità, li dejjem qeda tiber tal-Rolex Middle Sea Race, fost il-pajjiżi tal-Ewropa tal- Lvant, li din is-sena jgħoddu dħul minn Repubblika Ċeka, Kroazja, Slovakkja, Serbja, Slovenja, Bulgarija, Ungerija u Ukraina. Bosta huma jottijiet li ġa ħadu sehem. Sergey Bryuzga u Frogfoot spiċċaw it-tlielet fil-klassi fl-2016, bi Vasiliy Shumarin u Belka 2 biss post wieħed lura. Sadanittant, Igor Rytov u Bogatyr ħadu t-tieni post fuq il-podju tal- klassi tagħhom flimkien ma 'riżultat globali eċċellenti tal- ħmistax il-post fil-flotta IRC ta' ħamsa u disgħin jott. Ir-rappreżentazzjoni lokali, s'issa din is-sena, ġejja mill- jottijiet: Isomat Unica ta' Jamie Sammut, li ser jkun qed jikkompeti b'ekwipaġġ sħiħ wara li-sena li għaddiet rebaħ il-kategorija Double Handed; Elusive 2, tal-aħwa Podesta -Maya, Aaron u Cristoph; Otra Vez, li din id-darba ser tara lil Sean Arrigo u Brian Flahive jtellqu Double Handed u Xpresso ta'Sean Borg. Bi ftit aktar minn ġimagħtejn sa l-għeluq tar- reġistrazzjonijiet, hemm kull possibbiltà li l-Rolex Middle Sea Race se terga tospita aktar minn mitt jott għar-raba' sena konsekuttiva, u forsi anke tilħaq ir-rekord ta '30 pajjiż. Il-Rolex Middle Sea Race tibda mill-Port il-Kbir nhar is-Sibt, il-21 ta 'Ottubru 2017 u ċ-ċerimonja finali tal-Premijiet issir nhar is-Sibt, it-28 ta' Ottubru 2017. Wieħed jista jsegwi l-aħħar aħbarijiet u aġġornamenti fuq il-media soċjali – Facebook, Instagram u Twitter. Il-hashtags uffiċjali tar-Rolex Middle Sea Race huma # RMSR2017 #RolexMiddleSeaRace Ir-reġistrazzjonijiet jagħalqu nhar il-Ġimgħa 6 ta 'Ottubru u l-ekwipaġġi huma mħeġġa jissottomettu r-reġistrazzjonijiet tagħhom mill-aktar fis possibbli. Għal aktar informazzjoni dwar ir-Rolex Middle Sea Race żuru www.rolexmiddlesearace. com jew ikkuntattja l-Royal Malta Yacht Club permezz ta' email: info@rmyc.org jew bit- telefown fuq in-numru: +356 2133 3109.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM24092017