Illum previous editions

ILLUM24092017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 Sports 34 CHRISTIAN Presciutti twieled fil-belt pittoreska ta' Venezja fis- 27 ta' Novembru 1982. Huwa twil 184 ċentimetru filwaqt illi jiżen 87 kilogramma. Miżżewweġ lil Micol u għandhom tifla ċkejkna bl-isem ta' Chloe. Għandu 34 sena u jilgħab il-waterpolo mal-klabb ta' Serie A1 Taljana AN Brescia. Dan is-sajf għażel illi jkompli l-karriera tiegħu f 'Malta fejn ngħaqad ma' Sirens, il-klabb minn San Pawl il-Baħar. Beda l-karriera tiegħu fil-waterpolof l-età ta' seba' snin meta missieru, li kien pulizija fil-belt ta' Ruma, kien jieħdu ta' spiss l-iskola tal-għawm bl-isem ta' FIamme Oro. Wara xi żmien, il-kowċ li kien jieħu ħsiebu ħajru sabiex jibda jilgħab dan l-isport b'mod kompetittiv. L-idea ntgħoġbot miż-żagħżugħ Christian illi mingħajr ma qagħad jaħsibha aċċetta bil-qalb kollha din l-istedina. Kif jgħid hu stess, dan l-isport għenu ħafna fiżikament u mentalment biex jikber bħala individwu speċjalment fiż-żogħżija tiegħu fejn bħal kull bniedem ieħor kellu jagħmel xi għażliet importanti. F'din il-logħba għamel ukoll ħafna ħbieb illi eventwalment saru wkoll kollegi tiegħu fil-famuż Settebello li fih it-Taljani kienu marru tant tajjeb. Presciutti għandu kurrikulu impressjonanti fil-karriera tiegħu fejn rebaħ diversi unuri fil-waterpolo kemm domestiku kif ukoll internazzjonali. Rebaħ il-kampjonat Taljan 2008-2009, darbtejn il-Coppa Italia, darba t-Tazza LEN u darba oħra s-SuperCup LEN fost l-oħrajn. Inċidentalment ħutu jilagħbu wkoll dan l-isport fejn il-kbir Nicholas jilgħab fl-istess klabb ta' Christian, dak ta' AN Brescia filwaqt illi l-fustani Daniel jilgħab ma' Rari NantesSori. Fis-sena 2011, Presciutti rebaħ it- Tazza tad-Dinja tal-waterpolo mat-tim nazzjonali Taljan meta għelbu lit-tim qawwi tas-Serbja bl-iskor ta' 8-7. B'hekk dan il-plejer flimkien ma' oħrajn naqqax ismu fl-istorja tal- waterpolo Taljan hekk kif irnexxielhom jirbħu dan it-titlu għat-tielet darba. Sena wara, eżattament fl-2012, huwa rċieva plakka kommemorattiva mill- Kumitat Olimpiku Taljan għas-sehem tiegħu fir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja. It-tim nazzjonali Taljan magħruf bħala Il Settebellofejn kull plejer li jilbes il-kappa blu bħal qisu jkun kiseb unur kbir. F'intervista riċenti illi taha lil sit soċjali, Presciutti qal illi hu m'għandux kwiet u fis-sajf l-hena tiegħu jilgħab f 'Malta. Hu jiddeskrivi lil Malta bħala esperjenza pożittiva fis-sajf fejn minbarra li jilgħab il-waterpolo jgawdi s-sabiħ illi taf toffri din il-gżira. Fil-fatt hu jgħid illi meta jilgħab ma' Sirens, hu jħossu jibqa' għaddej fuq livelli kompetittivi li eventwalment jgħinuh biex jkun lest għal kampjonat Taljan ma' AN Brescia. Iqis lil waterpolo bħala stil ta' ħajja u meta jinżel ġo l-ilma jkun dejjem motivat li jagħti l-mija fil-mija. Meta ġejt biex nintervista lil dan il- plejer rajt fih l-umiltà bħala individwu u l-ħeġġa biex jilgħab il-logħba li jmiss ma' Sirens. Plejer illi ftit iddum biex issir taf il- kwalitajiet sbieħ illi għandu u x-xewqa li jgħaddi l-esperjenza tiegħu liż- żgħażagħ li jilagħbu miegħu fit-tim. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- waterpolo? Jien kont ngħix f 'Ruma, il-belt kapitali Taljana minħabba li missieri kien pulizija hemmhekk. Meta ma kienx ikun xogħol kien joħodni l-pixxina t'hemmhekk sabiex ngħumu flimkien. Minn hemm beda jogħġobni ħafna l-ilma u b'mod partikolari l-isports tal-għawm u l-waterpolo. Fl-aħħar mill-aħħar għażilt dan tal-aħħar sabiex naqbad karriera fih. L-ewwel kowċ tiegħi kien Maurizio Mirarchi illi inċidentalment kien imexxi wkoll lil Exiles ftit tas-snin ilu. Huwa ħeġġiġni ta' età żagħżugħa biex nipprova nilgħab il-waterpolo. Kont nitħarreġ bis-sħiħ sabiex ngħolli l-livell personali tiegħi u sa ċertu punt irnexxieli għax sirt inħobb mhux ftit dan l-isport. Int kont parti mill-famuż Settebello mmexxi mill-kowċ Alessandro Campagna. X'tikkummenta dwar din l-esperjenza? Jien kelli x-xorti illi nagħmel parti minn dan it-tim illi rebaħ diversi unuri ferm prestiġjużi fil-waterpolo internazzjonali. Irbaħna l-midalja tal- fidda fil-kampjonati Ewropej ta' Zagreb, dik tad-deheb f 'Shanghai u midalja oħra tat-tieni post fil-Logħob Olimpiku ta' Londra. Meta plejer Taljan jagħmel parti mis-Settebello huwa unur kbir għalih għax ikun laħaq il-quċċata tal- karriera tiegħu. Imbagħad kont ħadt brejk ta' sentejn għax kien diffiċli tilgħab kull sajf f 'livelli daqsekk għoljin u rġajt irritornajt għall- Olimpijadi ta' Rio fejn ħadt il-bronż u dan kien ta' sodisfazzjon enormi. Issa ħa nerġa' nieħu ftit żmien ta' mistrieħ mit-tim nazzjonali u jekk il-kowċ attwali jerġa' jkollu fiduċja fija nerġa' nipparteċipa bil-qalb kollha. Naf li int tilgħab fil-kampjonat Taljan ma' AN Brescia. X'kien il-progress ta' dan it-tim f 'dawn l-aħħar staġuni? Iva. fil-fatt Brescia huwa t-tieni tim l-iktar b'saħħtu fl-Italja għal dawn l-aħħar seba' snin. Jien il-captain tat-tim hekk kif ili nilgħab magħhom tmien snin. L-ambizzjoni tagħna dejjem kienet li nagħtu sfida lil Pro Recco, bla dubju l-aqwa skwadra li hemm fl-Italja bħalissa u barra minn hekk nilagħbu fl-aqwa kompetizzjonijiet Ewropej tal- waterpolo. Aħna min-naħa tagħna dejjem qed nippruvaw intejbu l-livell tagħna b'taħriġ intensiv u b'dixxiplina kbira fit-tentattiv illi nirbħu lil Pro Recco u eventwalment nkunu champions tal- Italja. Mhux xi ħaġa faċli imma fil-ħajja jekk taħdem sod jirnexxielek taqta' l-frott ta' dan kollu. Mat-tim ta' Pro Recco jilagħbu wkoll Ivovic u Molina li wkoll qegħdin jikkompetu f 'pajjiżna. Ċertament illi dawn huma plejers ta' livell għoli hux hekk? Semmejt lil dawn iż-żewġ plejers li m'hemmx għalfejn ngħidu huma l-aqwa fid-dinja u m'għandhom bżonn tal-ebda introduzzjoni. Terġa' u tgħid Molina kien jilgħab magħna però Pro Recco kienu daħlu għalih u eventwalment irnexxielhom jakkwistawh. Li tirbaħ ma' Pro Recco mhux diffiċli però l-ikbar sfida huwa li tirbaħ ma' tim ieħor u hemmhekk fejn tkun ktibt l-istorja. Kellimni dwar l-esperjenza tiegħek ma' Sirens. Ma' Sirens kont ferm għal qalbi. Dan it-tim minn San Pawl il-Baħar qed jipprova dejjem aktar illi jżid il-profil tiegħu. Sirens għandhom plejers żgħażagħ illi qed itejbu l-wirjiet tagħhom logħba wara logħba u dan jawgura tajjeb għall-futur. Nafu li San Ġiljan ħadu l-kampjonat. Minbarra Ivovic illi għenhom mhux ftit biex jieħdu dan it-titlu kien hemm ukoll plejers Maltin illi taw kontribut għal dan l-unur. Imma kemm kienu b'saħħithom fl-opinjoni tiegħek dan it-tim? Jien nagħti mertu kbir lill-kowċ tagħhom Marko Orlovic illi bagħat tliet plejers Maltin jilagħbu fis-Serbja. Dan għen mhux ftit biex il-livell tagħhom jiżdied b'mod konsiderevoli. Fost l-oħrajn jogħġobni ħafna ż-żagħżugħ Ben Plumpton minħabba l-aggressività tiegħu fl-ilma u li qatt ma jaqta' qalbu jkun xi jkun ir-riżultat. Dan huwa xhieda li jekk plejer Malti jieħu l-affarijiet bis-serjetà kapaċi jirnexxi daqs plejer barrani. San Ġiljan għandhom tattika verament partikolari hekk kif jirbħu ħafna blalen u b'hekk jibdew kontrattakki li fl-aħħar mill-aħħar jirriżultaw f 'gowls. "Il-waterpolo huwa sport ferm sabiħ illi jġiegħlek timmatura kemm b'mod fiżiku iżda anke psikoloġiku. Hemm element sabiħ ta' tim u jekk int tħobb tissoċjalizza dan huwa l-isport għalik. Huwa sport illi fih taqsam il-ferħ tar-rebħ iżda anke d-diżappunt tat- telf ma' sħabek. M'intix waħdek għandek grupp li miegħu tgħaddi l-ħin tiegħek waqt it-taħriġ u l-logħob." Il-Captain tat-Tim Nazzjonali Cristian Antony Muscat Christian Presciutti - Captain tat-tim nazzjonali Taljan tal-Waterpolo iktar magħruf bħala s-'Settebello' u li fl-aħħar staġun lagħab f 'pajjiżna ma' Sirens ASC. "Fil-waterpolo, huwa importanti li tkun għawwiem tajjeb, li tkun kapaċi taqdef b'saqajk sew iżda fuq kollox illi jkollok viżjoni sħiħa tal-logħba. Veru li f 'dan l-isport il-ħin kollu trid tgħum iżda fl- istess ħin trid tkun taf iżżomm il-ballun b'idejk filwaqt illi tqassam u tixxuttja tajjeb."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM24092017