Illum previous editions

ILLUM24092017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

9 Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 | illum Aħbarijiet li tibgħat mill-kompjuter tax-xogħol? L-MEA twieġeb… Il-liġijiet Maltin x'referenza jagħmlu għall-monitoraġġ ta' imejls jew mezzi tal- komunikazzjoni oħra mill- impjegati fuq il-post tax-xogħol tagħhom? Il-liġi ma tagħmel l-ebda referenza speċifika għal monitorġġ ta' imejls. Madanakollu kumpanija tista' jew tipprojbixxi impjegati milli jużaw dan għall-użu personali tagħhom jew inkella jħallu lill-impjegati jużaw l-imejl tax-xogħol iżda jridu jiġu mgħarrfa li minħabba s-sigurtà tal-kumpanija l-imejls kollha qed jgħaddu minn proċess ta' monitoraġġ. Id-dritt tal- privatezza tal-impjegat f 'dan il-każ ma jintilifx fis-sens li sakemm il-materjal ma jkunx ta' det-riment għall-kumpanija jew huwa illegali, ma jintuzax għal skopijiet oħra. Għandu jsir monitoraġġ fuq l-impjegati jekk dawn jagħmlu użu ta' riżorsi tal-kumpanija fejn jaħdmu għal skopijiet personali? L-impjegat irid jifhem li meta qed juża riżorsi tal-kumpanija, ikun hemm 'record' ta' kulma qed jiġi kkomunikat fuq is- 'server', li huwa propjetà tal- kumpanija. Ħafna drabi dan hu proċess awtomatiku u għalhekk, apparti l-fatt li jista' jirrifletti tlajjar u ħela ta' ħin min-naħa tal- impjegat, huwa jkun qed jagħmel aspetti tal-ħajja privata tiegħu għad-dispożizzjoni ta' ħaddieħor. Għandhom il-ħaddiema jiġu avżati li qed isir monitoraġġ fuqhom u għandhom jittieħdu miżuri dixxiplinarji fuqhom bħalma hija tkeccija? Il-ħaddiema għandhom ikunu mgħarrfa li hemm sistema ta' monitoraġġ. Jekk jirriżulta li xi ħadd qed jaħli ħafna ħin fuq l-internet pereżempju, jistgħu jittieħdu passi dixxiplinarji. Dan jgħodd ukoll għall-użu ta' midja soċjali anke minn 'smartphone' privat tagħhom waqt il-ħin tax- xogħol. Tqis li monitoraġġ bħal dan huwa ksur tal-protezzjoni tad- data personali skont l-Artiklu 8 tal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem? Sakemm qed isir fuq apparat tal-kumpanija ma naħsibx li l-monitoraġġ huwa ksur tad- data personali, għax kumpanija għandha dritt tkun taf kif l-apparat tagħha qiegħed jintuża. Il-kumpanija għandha tirrispetta l-privatezza tal-impjegat u m'għandhiex tagħmel ħwejjeġ privati tal-impjegati pubbliċi anke jekk dan iseħħ billi pereżempju, tqassamhom ma' ħad-diehor. "L-impjegat irid jifhem li meta qed juża riżorsi tal-kumpanija, ikun hemm 'record' ta' kulma qed jiġi kkomunikat fuq is-server" Għall-istess mistoqsijiet il-GWU wieġbet: Il-GWU, bħala prinċipju, temmen li min iħaddem m'għandux ikollu aċċess għall-komunikazzjoni personali tal-impjegati. Huwa żball enormi jekk id-dinja tax-xogħol u l-ħajja personali jsiru ħaġa waħda. Tajjeb wieħed jinnota li, skont il-liġi għall-Protezzjoni tad-Data, il-kumpaniji jridu jiksbu l-kunsens tal-impjegati u dan waqt il-ħin tax-xogħol biss. F'kull komunikazzjoni, jekk ikun hemm il-ħtieġa, irid ikun hemm ġustifikazzjoni valida dwar il-monitoraġġ u mhux kull attività tkun irrekordjata u analizzata. Li hu żgur huwa, li grazzi għal din id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea, wasal iż-żmien li l-kuntratti ta' xogħol u fteh-imet kollettivi jridu jkunu ċari u jneħħu kull ambigwità dwar x'inhuma l-obbligi tal-impjegat u ta' min qed iħaddem, f 'dak li għandu x'jaqsam mal-użu ta' apparat elettroniku. Il- kumpaniji jridu jinfurmaw b'mod ċar lill-impjegati tagħhom, mal-iffirmar tal- kuntratt ta' xo-għol, li jista' jkun hemm monitoraġġ tal- użu qta' apparat u 'software' elettroniku. Dan aktar u aktar meta llum ninsabu f 'sitwazzjoni fejn ikollok impjegati li jintalbu li jġibu l-apparat elettroniku privat tagħhom u jużawh għax-xogħol. Bħala GWU nemmnu li għandha tirrenja l-fiduċja bejn min iħaddem u l-impjegati. B'fiduċja sinċiera l-produzzjoni u l-kwalità tax-xogħol ikunu ferm aktar għoljin, meta mqabbel ma' impjegati li jħossuhom os-servati f 'kull pass li jagħmlu. Mil-lenti tal-impjegat L-ILLUM tkellmet ukoll mal- Avukat Roselyn Borg dwar il- monitoraġġ tal-komunikazzjoni tal-impjegat. Borg, li tispeċjalizza fil-liġi tax-xogħol spjegat wara d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea, kumpaniji li jwettqu monitoraġġ iridu jipprovdu aktar dettalji fuq il-monitoraġġ li jagħmlu u x'se jagħmlu mill-informazzjoni li jiġbru mill-komunikazzjoni tal-impjegat. Qalet li jagħmel iżjed sens li din il-prattika tal-monitoraġġ tkun parti mill-'policy' tal-kumpanija milli fil-kuntratt tal-impjieg biex ikun hemm iżjed flessibilità biex tinbidel. L-Avukat Roselyn Borg spjegat li d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea żgur li se tħalli impatt ukoll fuq il-Qorti f 'Malta għalkemm il-monitoraġġ ta' data tal-impjegati diġà hija parti mil-liġi tal-Protezzjoni tad-Data u min iħaddem irid jgħarraf minn qabel lill-impjegati bil-monitoraġġ li jista' jsir. Il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-MUT ma jaqblux fuq l-ammont ta' għalliema ġodda Il-Ministeru għall- Edukazzjoni fi stqarrija sostna li għas-sena skolastika li l-ġdida l-għalliema se jiżdiedu b'600 filwaqt li l-LSAs se jiżdiedu b'200. Din iċ-ċifra wasslet għal reazzjoni ħarxa min- naħa tal-Unjin tal-Għalliema (MUT) fejn qed isostni li din iċ-ċifra tmur ferm lil hinn mill- ammont reali tal-għalliema ġodda. Il-unjin qalet li din il- figura hija differenti ferm min- numru ta' għalliema ġodda li għadhom kemm attendew laqgħat ta' 'induction' tal- Ministeru għall-Edukazzjoni. L-MUT qalet li n-numru ta' dawn l-għalliema kien madwar mitejn. Fi stqarrija, l-MUT qalet li mhix se tħalli lil min jgħaddi biż-żmien lill-għalliema u jagħti stampa li mhix reali biex jaħbi l-problema li qed jaffaċċjaw l-għalliema. L-MUT qed tinsisti li n-numru ta' għalliema li se jiggradwaw mill- Università din is-sena huwa ftit aktar minn mija. Il-Unjin tal-Għalliema qed tinsisti li kieku verament kien hawn żieda ta' 600 għalliem ġdid ma kienx ikun hawn sitwazzjoni fejn għalliema li ħadu promozzjoni qed ikomplu jgħallmu, studenti tas- Sekondarja b'sillabi differenti jispiċċaw fi klassi waħda jew klassijiet tal-Primarja jingħaqdu minħabba nuqqas ta' għalliema. L-istqarrija tal-MUT tgħid ukoll li kieku n-numru ta' 600 għalliem ġdid huwa kredibbli, għalliema ma jkollhomx 'load' massimu, għalliema rtirati ma jintalbux sabiex jidħlu lura fl-impjieg, dawk li kienu se jkunu fis-servizzi ma kinux jerġgħu jiġu mgħajta. Lanqas ma kien ikun hawn għalliema li qed jiġu mġiegħla jgħallmu numru ta' suġġetti f 'aktar minn skola waħda u l-unjin ma kinitx tirċievi ammont kbir ta' rapporti fuq każijiet. L-istqarrija tal-MUT tappella għal informazzjoni korretta li tirrispetta l-intelliġenza tal- edukaturi. Oriġinarjament, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li aktar minn 9,600 edukatur se jirritornaw l-iskola filwaqt li se jkunu 56,357 l-istudenti li se jibdew is-sena skolastika. L-istudenti li se jattendu l-'kindergarten' huma 9,382, tal-primarja 26,173 u dak ta' skejjel medji u sekondarji 20,802. Il-Ministeru għall- Edukazzjoni enfasizza li ħadem fuq bosta miżuri biex jitjieb il- livell edukattiv, kemm fuq livell akkademiku kif ukoll dakk infrastrutturali, b'in-numru ta' studenti ġodda fir-raba' sena li se jingħataw it-'tablet' jilħaq l-4,432. Ma' dawn hemm 4,387 tablet li tqassmu s-sena l-oħra. Matul is-sajf li għadda ġew imħarrġa 511-il għalliem u LSA oħra li se jkunu qed jgħallmu fil-ħames sena. Il-Ministeru qal li ftit tal-jiem ilu tħabbar ukoll li l-Iskola Primarja tal-Imsida se tinbidel għal waħda moderna u li din se tkun estiża b'faċilitajiet edukattivi ġodda. Matul il-perjodu tas-sajf sar manutenzjoni u tisbiħ fl-iskejjel kollha tal-istat li ammonta għal nofs miljun ewro. Barra din l-iskola, tħabbar ukoll li saru emendi u beda x-xogħol fuq skola primarja ġdida f 'Wied il-Għajn li se tiftaħ fl-2018, u skola ġdida oħra fil-Qawra li se tilqa' lit-tfal fl-2019. Magħhom ser inħabbru l-pjanijiet ġodda tal-iskola primarja l-ġdida tar-Rabat, Għawdex, li se tkun qed tinkludi faċilitajiet ġodda wkoll. Il-Ministeru għall- Edukazzjoni qal li se jiżdiedu l-ħaddiema amministrattivi fi ħdan il-kulleġġi biex l-għalliema jkollhom aktar ħin biex jiffukaw fuq it-tagħlim. Dan ġie deskritt pass ieħor 'il quddiem biex il-prinċipali tal-kulleġġi u l-kapijiet u l-assistenti tal-iskejjel ikunu jistgħu jiffokaw aktar fuq l-esperjenza kurrikulari u l-appoġġ għall-għalliema.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM24092017