Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506
11 Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 | illum Aħbarijiet Veritas Hearing tagħżel lil Malta bħala l-ewwel pajjiż li tinvesti fih lil hinn mir-Renju Unit ISSMIGĦ huwa parti importanti mill-ħajja tagħna. Il-ħsejjes madwarna huma parti mill-komunikazzjoni mill-aktar neċessarja biex inkunu nistgħu ngħixu aħjar u napprezzaw iktar dak kollu madwarna; min-natura sal-ħsejjes li noħolqu aħna fit-toroq, pjazez u kull fejn nissoċjalizzaw. Imma s-smigħ u allura widnejna, huma taħt attakk kważi kontinwu u bħalma nieħdu ħsieb għajnejna, is- snien u s-saħħa fiżika tagħna hekk ukoll jeħtieġ li nieħdu ħsieb is-smigħ, għax jekk nitilfuh inkunu tlifna parti importanti ħafna minna. F'realtà fejn ħafna nies għadhom iżommu lura milli jmorru jiċċekkjaw is-smigħ, din il-gazzetta ltaqgħet ma' Robin Gordon, awdjoloġista u konsulent tas-smigħ fil-klinika ġdida li għadha kemm fetħet f 'San Ġiljan f 'investiment uniku mir-Renju Unit. Fil-fatt din il-klinika fi Triq San Ġorġ, fuq il-Melita Pharmacy, f 'San Ġiljan għadha kemm fetħet il-bibien tagħha u bdiet tilqa' l-ewwel pazjenti li qed imorru biex jaċċertaw li s-smigħ tagħhom huwa tajjeb u fejn hemm bżonn jieħdu l-kura jew l-għajnuna. Gordon jgħid lil din il- gazzetta illi l-kumpanija ilha topera għal aktar minn 10 snin fir-Renju Unit u li din hija l-ewwel investiment barra minn dan il-pajjiż. Fil-fatt Gordon jgħid illi l-kumpanija qed tittama li dan l-investiment iservi bħala l-bidu ta' investiment simili madwar l-Ewropa. U x'kienu l-fatturi li waslu lil Veritas Hearing biex fetħu Malta u mhux pajjiż ieħor? Apparti l-konnessjoni familjari Gordon jispjega kif iċ-ċokon u l-familjarità, l-isbuħija ta' Malta kif ukoll il-klima kienu fost ir-raġunijiet ewlenin li wasslu biex din il-kumpanija tiftaħ f 'Malta. Huwa fil-fatt iħares barra mit-tieqa tal- klinika u jgħid, "kif tista' ma togħġbokx Malta, ara t-temp barra." Imma Robin Gordon kif jemmen li se jagħmel suċċess dan l-investiment f 'pajjiżna? Huwa jibda billi jfakkar illi Veritas Hearing hija isem mill-aqwa u toffri servizz ta' kwalità għal dawk kollha li jagħmlu użu mill-klinika, dan apparti l-fatt li tuża apparat u tagħmir mill-aqwa biex tkun tista' tagħti s-servizz li jixraqlu l-pazjent. U Veritas Hearing x'jistgħu joffrulek bħala pazjent Malti? "Għandna numru ta' servizzi li noffru, fosthom nassesjaw is-smigħ b'metodi tradizzjonali u dawk iktar xjentifiċi, noffru konsultazzjoni lill-pazjenti li jkunu qed ibatu minn nuqqas ta' smigħ u nagħmlu diversi testijiet." Huwa jindika l-kamra 'sound proof ' li bħalissa għaddej xogħol fuqha u li hija parti mit-trattament li jingħata l-pazjent biex jassigura illi s-smigħ tal-pazjent ikun b'saħħtu. U xi jwassal biex persuna tibda titlef is-smigħ? Gordon jispjega kif hemm diversi raġunijiet u emfasizza li kuntrarjament għall- perċezzjoni mhumiex biss l-anzjani li jbatu minn nuqqas ta' smigħ imma anke persuni li huma żgħar fl-età. "Illum bħala popolazzjoni qed ngħixu aktar," jispjega Gordon mal-ILLUM, "allura l-persuni bi problemi ta' saħħa fis-smigħ se jiżdied u għandek ukoll il-fatt li aħna ħafna iktar esposti għall-istorbju u l-ħsejjes ta' madwarna." L-Awdjoloġista jfakkar ukoll illi llum l-aspettativi żdiedu u allura n-nies qed jissoċjalizzaw aktar u qed idumu jissoċjalizzaw. Dan iwassal biex diversi persuni jibqgħu esposti għall-istorbju għal żmien itwal. Huwa fakkar ukoll iżda li t-teknoloġija llum kibret, tant li ħafna mill-problemi qed ikunu solvuti b'teknoloġiji ġodda, bħal dawk li għandha Veritas Hearing f 'San Ġiljan. Gordon itemm jappella biex in-nies ma jibżgħux u jersqu għall-għajnuna. "Nafu illi ħafna nies ikunu ilhom li bdew jitilfu s-smigħ qabel jiġu għandna u dan huwa ħażin. Li tiċċekkja s-saħħa tiegħek, inkluż is-smigħ għandu dejjem ikun in-norma. Dawk kollha li għandhom jew iħossu li jista' jkollhom problemi ta' smigħ jew inkella li huma esposti għal ħafna storbju għal tul ta' ħin huma inkoraġġuti biex jieħdu ħsieb saħħithom u s-smigħ. Veritas Hearing joffri l-aqwa servizzi f 'dan il-qasam minn espert, li apparti l-esperjenza huwa wkoll persuna li joffri servizz mill-aktar effiċjenti. Tistgħu ċċemplu lil Veritas Hearing fuq in-numru 21384100. L-ILLUM tiltaqa' ma' Robin Gordon, il-persuna li qed tmexxi klinika tas-smigħ f 'San Ġiljan Il-klinika f 'San Ġiljan Robin Gordon, l-Awdjoloġista li qed jaħdem f 'Malta