Illum previous editions

illum 18 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 | illum 19 Opinjoni I d-dilettanti tal- piroteknika huma wkoll artisti. Huma artisti għaliex il- ġmiel li jipproduċu huwa xi ħaġa ta' valur artistiku kbir, ta' livell straordinarju. Diversi kmamar tan-nar ipparteċipaw f 'kompetizzjonijiet barra minn Malta u kisbu unuri kbar, mhux biss għalihom imma għal pajjiżna. Huma ħafna l-Maltin u turisti li jfittxu n-nar fl-istaġun tal- festi u diffiċli timmaġina festa Maltija mingħajr il-piroteknika. Bla dubju ta' xejn, in-nies involuti fil-piroteknika huma wkoll artisti u bħalma għenna forom ta' arti oħra, għandna dover li ngħinu lil dawn l-artisti wkoll. Sigurtà Naturalment dan hu qasam fejn is-sigurtà għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox. Sekonda ta' nuqqas ta' attenzjoni tista' twassal biex allaħares qatt iweġġa' xi dilettant u jweġġa' lil ħaddieħor. Għalhekk ħadna deċiżjoni li għall-ewwel darba fl-istorja kulturali ta' pajjiżna jinħareġ fond proprju għall-kmamar tan-nar li jaħdmu fuq bażi volontarja. Ġew individwati €170,000 li jkunu miftuħin għad-dilettanti tal-kmamar tan-nar li jaħdmu fuq bażi volontarja, b'kull kamra tkun tista' tieħu massimu ta' €5,000. Dawn il-fondi għandhom jintużaw għas-sigurtà u titjib infrastrutturali li, kif għidt, huma kruċjali fil-ħidma piroteknika. Naturalment, bħalma jiġri fil-fondi kollha l-oħra li joħorġu mill-Kunsill għall- Arti, biex entità tibbenefika minn fondi pubbliċi hi jew soċjetà oħra li hi intimament assoċjata mal-kamra (eżempju Soċjetà Mużikali) trid tkun reġistrata bħala Organizzazzjoni Volontarja. Interess kbir Irrid ngħid li wara li nidejna l-fond ġie rreġistrat interess kbir ħafna u d-dilettanti tan-nar ħadu gost għaliex ħassewhom li għall-ewwel darba f 'ħafna snin il-Gvern stmahom u wera interess f 'dak li jagħmlu. Kif dejjem ngħid, fil-qoxra tal- magazins turistiċi, ma jagħmlux ir-ritratti tal-politiċi imma ħafna drabi jagħmlu ritratti ta' xi xena sabiħa tal-logħob tan-nar. B'din l-iskema qed ngħidu grazzi lid-dilettanti tan-nar tal- kontribut eċċezzjonali li jagħtu lis-settur artistiku u kulturali. Nieħu l-opportunità li nirringrazzja lill-Assoċjazzjoni Piroteknika Maltija u lil kull min ħadem biex dan il-fond seta' jitwieled għall-ewwel darba fl-istorja kulturali ta' pajjiżna. Niftħu l-bibien Irrid b'kemm għandi saħħa inkisser il-ħajt li kultant, għal raġuni jew oħra, jinbena bejn l-esperti tas-settur kulturali u l-poplu Malti u Għawdxi. Pajjiżna għandna bosta esperti fis-settur kulturali u tal-wirt storiku li nneħħilhom il-kappell għad-dedikazzjoni u l-ħeġġa tagħhom. Nemmen li hemm lok ta' iktar sinerġija bejn dawn l-esperti u l-poplu Malti u Għawdxi b'mod ġenerali. Ħadna deċiżjoni li darbtejn fix-xahar niftħu sit kull darba b'xejn għal kulħadd biex il- familji jkunu jistgħu jattendu flimkien mal-għeżież tagħhom. Meta ftaħna l-bibien b'xejn għat-Tempji ta' Ħal Tarxien attendew xejn inqas minn 6,000 ruħ. Illum ftaħna b'xejn il-Katakombi tal-Mintna fl-Imqabba u Din l-Art Ħelwa fetħet il-Kappella ta' Ħal Millieri bla ħlas. It-Tnejn filgħodu se niftħu d-Domus Romana u l-Katakombi ta' San Pawl (it-tnejn fir-Rabat Malta) u filgħaxija se niftħu l-Kon-Kattidral ta' San Ġwann bil-gallarija b'kollox. Hekk irridu naħdmu. Inkomplu niftħu l-bibien beraħ għall-familji tagħna biex igawdu iktar il-wirt storiku ta' pajjiżna. Riċerka Il-ħabib tiegħi Dr Tony Pace, espert ewlieni fil-qasam tal-arkeoloġija u wirt storiku, jħobb jgħidli li Malta hija superpotenza fejn jidħol il-wirt storiku. Forsi l-kelma tinstama' bombastika però' vera. Maltija hija rikka ħafna fil-wirt storiku – iktar minn qatt wieħed jistenna biex pajjiż tant żgħir. Fl-aħħar ħames snin Heritage Malta, l-Università ta' Malta u għadd ta' universitajiet fl- Irlanda u l-Ingilterra ħadmu flimkien fuq proġett ta' riċerka relatat mal-wirt storiku tagħna li verament huwa sabiħ. Ilbieraħ fil-Fort Sant Anglu nidejna l-konferenza f 'kamra ippakkjata sa ruħ ommha fejn espert wara espert ta d-dettalji xjentifiċi tar-riċerka li saret. Fost oħrajn sibna li l-ewwel nies li ġew Malta ġew 700 sena qabel mingħalina li kienu ġew! Tellajna wkoll wirja flghaxija fil-Mużew tal-Arkeoloġija fejn qed nistiednu lill-pubbliku jara l-wirja u jifhem aħjar dan il- proġett ta' riċerka x'għamel għal pajjiżna. Xi ġmiel ta' settur! Grazzi minn qalbi lir-riċerkaturi u l-esperti kollha li tant għamlu xogħol sabiħ. Għadd tal-voti elettroniku Din il-ġimgħa fil-Parlament ressaqt abbozz tal-liġi li għandu l-għan li jbiddel il-liġijiet elettorali sabiex jespedixxi u jagħmel iktar faċli l-proċess elettorali. Emenda importanti hi li għall-ewwel darba se tiddaħħal il-possibbiltà' ta' għadd elettroniku tal-voti. Biex ħadd ma jifhimni ħażin, m'inix qed ngħid li fl-elezzjonijiet li ġejjin se nkunu nistgħu nivvotaw elettronikament. Li qed ngħid hu li l-għadd tal-voti se jsir b'mod elettroniku. Kollox sar bi qbil bejn il-partiti politiċi rispettivi permezz tad- delegati tagħhom. Naħseb dan hu pass importanti 'l quddiem. Rule of law Din il-ġimgħa ssolviet is-saga tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar wara struzzjonijiet u interventi li tajt u għamilt biex tissolva din il-kwistjoni. Kien hemm min saqsieni- sibtha diffiċli li tagħti struzzjonijiet li bihom effettivament il-Kunsill Lokali baqa' jitmexxa mill-partit oppost? Le ma sibthiex għaliex f 'kull ħaġa li għamilna aħna dejjem imxejna mal-prinċipji tar-rule of law. Jiġifieri li rridu nobdu f 'kull ħin u f 'kull mument il-liġi – kemm meta l-liġi tkun favur tagħna u iktar u iktar meta l-liġi tkun kontra tagħna. Irrid nirringrazzja minn qalbi lill-membri tal-Partit Laburista fuq il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar li anke jekk forsi d-direzzjoni li tajthom ma kinitx dik li xtaqu jisimgħu, fehmu li f 'pajjiżna r-rule of law tirbaħ qabel kull konsiderazzjoni oħra. Grazzi minn qalbi lilhom għaliex urew kemm iħobbu dak li hu sewwa u, fuq kollox, il-lokalità' ta' San Pawl il-Baħar. Artisti Chamber of Commerce Open until Friday 23rd March Ebba von Fersen Balzan Her life in Art OWEN BONNICI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 March 2018